MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545612

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-kittieb Skoċċiż ta' fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb '26 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ħabbar li l-kittieb bestseller tal-kitba ġjalleska Ian Rankin se jkun wieħed mill- mistiedna speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026, li dis-sena se jsir bejn l-4 u t-8 ta' Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta' Qali. L-għażla tiegħu tixraq mal-ispirtu ta' skoperta u investigazzjoni li janimaw it-tema tal-edizzjoni ta' dis-sena – Skopri l-Istorja! Rankin jista' jitqies bħala wieħed mill-protagonisti ewlenin ta' dan il-ġeneru, u l-karattru tiegħu l-Ispettur Rebus iħabbatha ma' oħrajn bħal Salvo Montalbano, Philip Marlowe, u Hercule Poirot. Rankin twieled fir-Renju ta' Fife fl-1960, u ggradwa mill-Università ta' Edinburgh fl-1982. Qatta' tliet snin jikteb ir-rumanzi meta suppost kien qed jistudja għal Dottorat fil-Letteratura Skoċċiża. L-ewwel rumanz li qatt kiteb, Summer Rites, baqa' manuskritt sal-ġurnata tal-lum, iżda t-tieni wieħed tiegħu, e Flood, kien ġie ppubblikat fl-1986. L-ewwel xogħol bl-Ispettur Rebus, Knots & Crosses, ġie ppubblikat fl-1987 u minn hemmhekk is-serje ta' dan l-ispettur famuż inqalbet f '21 lingwa u l-kotba tagħha kisru rekords ta' bejgħ mad-dinja kollha. Barra minn din is-serje ta' Malcolm Fox, Rankin kiteb rumanzi oħra, ġabriet ta' novelli, rumanz grafiku, żewġ drammi, u ktieb ta' letteratura mhux fittizja, Rebus's Scotland (2005). Ian irċieva l-grad ta' Uffiċjal tal-Ordni tal-Imperu Brittaniku (OBE) għax-xogħol tiegħu fil-letteratura, u għażel li jilqa' dal- premju fil-belt ta' Edinburgh fejn jgħix ma' martu u ż-żewġ uliedu subien. Waqt il-Festival Nazzjonali tal-ktieb, Rankin se jmexxi masterclass fuq il-kitba ġjalleska nhar il-Ħamis 5 ta' Novembru fis-7pm. F'"Why Crime Fiction Is Good For You", l-awtur se jispjega kif dal-ġeneru u l-karattri tiegħu saru parti minnu, u kif jirnexxilu jikteb kotba li jsiru bestsellers. Rankin se jkun intervistat ukoll mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri, li wkoll jikteb kotba ġjalleski u tad-ditektiv, nhar is-Sibt 7 ta' Novembru fis-7pm. Hawnhekk se jitkellem dwar l-istorja twila tiegħu ma' dan il-ġeneru, u wara l-intervista jkun hemm sessjoni ta' ffirmar ta' kotba. "Il-preżenza ta' Rankin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tista' titqies bħala kisba oħra għall-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb", qal Camilleri meta kien qed jikkummenta dwar l-aħbar. Irrefera għal awturi oħra li fil- passat għamlu lill-Festival attività ċelebri fil-kalendarju kulturali Malti: Samantha Harvey, Paul Lynch, Jeff VanderMeer, Irvine Welsh, Salman Rushdie u Naomi Klein, fost oħrajn. Camilleri żied jgħid li bħala KNK kull sena naraw li l-pubbliku jkollu ċ-ċans jiltaqa' u jitkellem ma' wħud mill-aqwa ilħna letterarji fid-dinja fi spazju li jilqgħek u aċċessibbli. Semma wkoll is-sessjonijiet fejn il-kittieba bbażati Malta jkunu jistgħu jtejbu s-sengħa tagħhom waqt masterclases b'xejn, kif ġara fil-passat ma' kittieba bħal Jeff Vandermeer u Anthony Horowitz, fost oħrajn. Fil-ġimgħat li ġejjin jitħabbru aktar aġġornamenti. Ibqgħu segwu l-paġni Facebook tal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, kif ukoll il-paġna Instagram. Żuru wkoll is-sit tal-KNK. Għalkemm l-attendenza għall- attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb '26 hija b'xejn, trid tirreġistra post abbażi ta' min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel. Biex tirreġistra żur hawnhekk: https://ktieb.submittable.com/ submit Ian Rankin L-istilla ta' Jurassic World Dominion DeWanda Wise f 'pajjiżna l-Mediterrane Film Festival L-attriċi Amerikana DeWanda Wise, magħrufa għar-rwol tagħha fil-film Jurassic World Dominion, se tkun qed tattendi l-Mediterrane Film Festival din il-ġimgħa. Wise magħrufa wkoll għar-rwol tagħha fis-serje popolari She's Gotta Have It, maħluqa minn Spike Lee. Wise se tkun fost numru ta' mistednin internazzjonali li se jipparteċipaw fil- programm tal-festival li jinkludi wirjiet ta' films, diskussjonijiet u masterclasses. Aqta' l-biljetti tiegħek: mediterrane.com/ tickets.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 June 2026