Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545612
Bonnie & Clyde – Clyde Bar- row u Bonnie Parker kienu tnejn mill-aktar perikolużi tad-Dipressjoni. Bejn l-1931 u l-1934 daru mal-Istati Ċentrali tal-pajjiż fuq avventura kbira ta' kriminalità, jisirqu banek, pompi tal-petrol, ħwienet u negozji żgħar. Matul il-maw- ra tagħhom ta' reati kienu responsabbli tal-mewt ta' disa' uffiċjali tal-pulizija u diversi nies ċivili. Hemm kontroversja li Bon- nie qatt ma sparat tir, imma kif membru tal-gang tagħhom sostna: "Hi kienet kapaċissima biex timla l-pistola u l-azza- rini". Grupp ta' Texas Rangers immexxija mill-famuż Frank Hamer, imbarkaw biex iwaqq- fuhom, wara li għamlu ħerba f 'Arkansas, Louisiana, Kansas, Missouri, Oklahoma u Tex- as. Waqt li kienu jsuqu fi triq imwarrba f 'Louisiana, Hamer u ħamsa oħra nasbuhom u sparaw diversi tiri fuqhom. Jgħidu li Parker (ta' 23 sena) u Barrow (ta' 25 sena) intlaqtu minn xi 50 tir. Jinsabu midfuna separati f 'Dallas, Texas. Films dwarhom kienu e Bonnie Parker Story (1958) fejn Clyde Barrow ma jissemmiex u l-eċċellenti Bonnie & Clyde (1967), b'final verament qawwi u drammatiku bil-protag- onisti mtertqin bil-balal qishom f 'xi żifna enerġetika. Baby Face Nelson – Imwieled Lester Gillis, Nelson kien ħalliel tal-banek li ġieli ngħaqad ma' John Dillinger. Ta' 13-il sena diġà seraq karozza biex jiġri biha. Ipprova jidħol membru mal-gang ta' Al Capone, imma l-imġiba tiegħu kienet vjolenti ħafna anki għal dan il-gangster suprem ta' Chicago. Sar hekk vjolenti meta ngħaqad mal-gang ta' John Dillinger u ma kienx iħabbel moħħu jimla kullimkien bil-balal sparati mill-machine gun tiegħu. Ħa t-titlu ta' Public Enemy u miet ħdejn Chicago fil-battalja ta' Barrington milqut minn disa' balal quddiem xhieda ta' 30 persuna. Hu kellu l-unur dubjuż li qatel aġent tal-FBI ak- tar minn kull kriminal ieħor. In- terpretah Mickey Rooney fl-1957 f 'Baby Face Nelson. Il-karattru tiegħu deher ukoll fil-film dwar John Dillinger. Machine Gun Kelly – George Kelly Barnes imlaqqam "Ma- chine Gun" kien kuntrabandist tax-xorb fi żmien il-Projbizz- joni, ħalliel bl-armi u jaħtaf xi persuni biex jirċievi xi rahan. Minkejja ismu, ma kienx qattiel. Hu twieled f 'familja sinjura, kien edukat u jaf ħafna skola fejn at- tenda f 'Mississippi State Univer- sity. Ma' martu Kathryn orne kienu ħatfu lil Charles Urschell u kienet hi li xtratlu l-ewwel ma- chine gun u rreklamat biex jieħu dan il-laqam. Fl-1933 ġie arrestat u għadda l-bqija ta' ħajtu fil-ħabs ta' Alcatraz fejn kien priġunier ta' mġiba tajba. L-uniku gang- ster mhux maqtul mill-uffiċjali tal-paċi, kien Charles Bronson li ħadem il-parti tiegħu fl-1958 f 'Machine Gun Kelly. Pretty Boy Floyd – Charles Arthur Floyd kien ħalliel tal- banek u qattiel. Ta' 18-il sena seraq l-uffiċċju tal-posta u ħa miegħu biss tliet dollari u nofs. Tliet snin wara seraq flus ta' ħlas tal-ħaddiema u anki qatel. Hu kien jobgħod il-laqam "Pretty Boy" li tathulu waħda li kienet xhieda għal wieħed mir-reati tiegħu (din ix-xena dehret f 'O Brother Where Art ou? (2000) li ma kienx film dwar il-krim- inalità). Sar magħruf ħafna f 'Kansas City u l-inħawi ta' Ohio fejn hawn qatel aġent tal-FBI u l-ATF. Ħadd ma jaf kemm Floyd eventwalment qatel nies. Maħrub, reġa' lura lejn Ohio, kellu inċident żgħir bil-karozza tiegħu f 'East Liverpool, Ohio u wara sparatura nqatel b'żewġ balal ta' 28 sena. Fil-1960 ħareġ il-film Pretty Boy Floyd, fl-1974 e Story Of Pretty Boy Floyd u fl-1970 A Bullet For Pretty Boy. John Dillinger – Possibbilment l-aktar magħruf mill-gangsters tas-snin 30. Dillinger kien ħalliel gwapp tal-banek, imma mhux propjament qattiel. Waqt li hu ma kienx joqtol, il-gang tiegħu kien responsabbli ta' diversi mwiet ta' uffiċjali tal-pulizija. Hu rnexxielu bil-kuraġġ kollu jaħrab minn ħafna sitwazzjoni- jiet ta' periklu kbir u l-gazzetti kienu jġibu ħafna dwar dan. In-nies kienet tqisu bħala eroj jew xi Robin Hood modern ta' żmien id-Dipressjoni u diversi nies kienu jgħinuh jiskappa. Tal-gazzetti kienu jħobbuh u l-FBI qisuh bħala Public Ene- my No. 1. Wara li għamel sena sħiħa maħrub, fl-aħħar l-FBI qatluh meta kien ħiereġ mit-te- atru Biograph ta' Chicago ma' żewġ nisa, waħda liebsa l-aħmar, mill-film tal-gangsters Manhat- tan Melodrama bl-attur Clark Gable. Dillinger kien ġie ttradut mill-mara liebsa l-aħmar billi l-FBI heddewha li jibagħtuha lura f 'pajjiżha. Hu nqatel bi tliet balal ġo dahru meta pprova jaħrab. Insibu diversi films dwar dan il-kriminal, l-aħjar minnhom huma Dillinger (1945), Dillinger (1973), e Lady In Red (1979), Dillinger And Capone (fittizju) (1995) u oħrajn. F'dan ir-rapport ma semme- jtx lil Al Capone forsi l-aqwa gangster ta' dik l-epoka għax kien jaġixxi b'mod verament dif- ferenti mill-oħrajn. Kate Barker ħadet ir-reputazzjoni tal-matri- jarka kriminali li kkontrollat u organizzat il-ħajja kriminali tal-erba' wlied subien tagħha. Inqatlet ta' 61 sena fi sparatura twila fid-dar tagħha ma' binha Fred. Films dwar din kienu Ma Barker Killer Brood (1961), Bloody Mama (1969) bl-atturi Shelley Winters u Robert deNiro u oħrajn. Il-kanzunetta Ma Baker tal-grupp popolari Boney M tirreferi għal din l-omm li J. Edgar Hoover iddeskrivieha "e most vicious, dangerous and resourceful brain of the last decade". e FBI Story (1959), Public Enemies (2010) u Amer- ican Gangsters (2007) ittrattaw dan is-suġġett b'mod ġenerali. 14 films IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2026 • illum Carmel Bonnici Gangsters ta' żmien id-dipressjoni Amerikana IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Clyde Barrow u Bonnie Parker

