Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545829
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-festa tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba Ftit tal-jiem ilu, ir-raħal tal-Imqabba kien jinsab f 'nofs ta' ċelebrazzjonijiet mill-aqwa ad unur il-Madonna tal-Ġilju. Il-Festi ta' din is-sena fakkru u ċċelebraw il-150 anniversarju mill-miġja tal-vara artistika u devota tal-Madonna tal-Ġilju għall-ewwel darba fl-Imqabba fl-1876. Il-Festi fetħu nhar il-Ġimgħa 12 ta' Ġunju 2026 permezz ta' Blue Gathering – Music Bingo fil-Pjazza tal-Im- qabba. Nhar is-Sibt 13 ta' Ġunju, saret il-Festa għat-Tfal, fejn inġarret l-istatwa ż-żgħira tal-Madonna tal-Ġilju waqt marċ brijuż mat-toroq tal-Im- qabba. Il-Ħadd 14 ta' Ġunju filgħodu sar il-kxif u t-tberik tal-vara tal-Madonna tal-Ġilju fil-Knis- ja Parrokkjali, wara intervent professjonali ta' restawr u konservazzjoni li sarilha matul din is-sena. Din iċ-ċerimonja kienet tinkludi tagħrif storiku dwar il-vara kif ukoll tagħrif dwar il-proċess ta' restawr li għaddiet minnu. Filgħaxija sar marċ ċelebrattiv mill-Banda Madonna tal-Ġilju fejn fil-parti konklussiva tiegħu ġiet imżanż- na bandiera artistika ġdida u kif ukoll sistema ta' illuminazzjoni ġdida għall-faċċata tas-sede tas-Soċjetà, li tinsab fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba. Ingħataw ukoll tifkiriet lil dawk kollha li kkontribwew fl-iskema marbuta mar-restawr tal-Vara tal-Ma- donna tal-Ġilju. It-Tnejn 15 ta' Ġunju kien il- jum dedikat lit-tfal tas-Soċjetà. Għaldaqstant, saret2 iċ-ċeri- monja tal-preżentazzjoni tat-tfal u trabi quddiem il-Vara tal-Ma- donna tal-Ġilju, segwita minn Quddiesa bis-sehem tat-tfal u żgħażagħ. Il-festi esterni kom- plew b'marċ brijuż bis-sehem tal-Banda Spinola ta' San Ġiljan. It-Tlieta 16 ta' Ġunju, kien imiss il-Kunċert Vokali u Strumentali mill-Banda Ma- donna tal-Ġilju fuq il-Planċier Meravilja. Dan il-Kunċert kien taħt il-Patroċinju tal-Wisq Rev. Dun Blake Camilleri, Kappillan tal-Parroċċa u matulu ġew eseg- witi diversi siltiet mużikali sbieħ bis-sehem ta' kantanti lokali u internazzjonali, fosthom b'mod esklussiv Kerry Ingram, mir-Renju Unit. Tfakkar ukoll l-anniversarju tal-150 sena tal-vara permezz ta' preżentazz- jonijiet multiviżivi. Is-Soċjetà laqgħet preżentazzjonijiet min- għand diversi personalitajiet u entitajiet waqt riċeviment li segwa fis-swali tal-Każin. Wara l-Funzjoni fil-Knisja nhar L-Erbgħa 17 u l-Ħamis 18 ta' Ġunju, issoktaw il-marċi brijużi bis-sehem tal-Banda San Leonardu ta' Ħal Kirkop u San Ġużepp tal-Ħamrun. Waqt il-marċ tal-ewwel Tridu, ġie inawgurat l-ewwel fażi ta' proġett ġdid relatat mal-armar li jikkonsisti f 'sett linef, kif ukoll bandalori għal Triq Karmenu Ciantar. Tul dawn il-ġranet sar ħruq ta' nar tal-ajru mill-Għaq- da tan-Nar Madonna tal-Ġilju. Nhar il-Ġimgħa 19 ta' Ġunju, il-Banda Madonna tal-Ġilju, flimkien mal-Banda Duke of Connaught's Own ta' Birkirkara, għamlu l-Marċ tradizzjonali u tant popolari "Tal-Ġimgħa" li matulu spikkat l-organizzazzjo- ni ta' briju mill-isbaħ mis-Sez- zjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju. Il-Marċ laħaq il-qofol tiegħu bit-tlugħ tal-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju fuq il-Pedestall tal-Vara l-Kbi- ra u l-ħruq ta' tliet spettakli piromużikali minn madwar il-Pjazza. Wara segwa spettaklu ta' briju organizzat fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba. Nhar is-Sibt 20 ta' Ġunju, le- jlet il-festa, il-Banda La Vittoria tal-Mellieħa esegwiet programm mużikali fuq il-Planċier Mer- avilja. Wara ttella' 'Symphony of Stars', spettaklu ta' nar sink- ronizzat mal-mużika għall-ew- wel darba maħruq minn fuq żewġ strutturi tal-ħadid b'ħafna elementi ġodda u oriġinali. L-ispettaklu kompla bi ħruq ta' settijiet ta' murtali tal-beraq u tal-kulur kif ukoll sfejjer u blalen ta' qisien differenti li komplew ikkonfermaw l-abbiltà tal-Għaqda tan-Nar fil-qa- sam pirotekniku. Din il-parti ġiet konkluża b'tapit artistiku mekkanizzat fuq 21 arblu li ġie rikonoxxut u premjat minn The Malta Records waqt l-istess serata. Il-lejla Piroteknika ġiet fi tmiemha permezz ta' esebizz- joni ta' diversi bċejjeċ ta' nar tal-art oriġinali li fih spikka l-mekkanizzar u d-diversi kuluri ta' fintuna, invenzjonijiet tal-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju. Il-Ħadd 21 ta' Ġunju kien jum il-Festa tal-Madonna tal-Ġil- ju. Filgħodu sar il-Pontifikal Solenni tal-Paniġierku, presedut minn Monsinjur Joseph Galea Curmi, Arċisqof Awżiljarju u wara ngħata bidu għall-marċ tradizzjonali ta' nofsinhar mill-Banda Madonna tal-Ġilju bis-sehem brijuż tal-partitarji. Filgħaxija saret il-Purċissjoni Solenni bil-Vara tal-Madonna tal-Ġilju, immexxija mill-Fratel- lanza tal-Immakulata Kunċizz- joni. Ma' dħul il-Purċissjoni tkantat l-Antifona u saret Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Wara segwa r-ringrazzjament mill-Għaqda tan-Nar fil-Knis- ja Parrokkjali. It-Tnejn 22 ta' Ġunju, l-għada tal-festa, saret ix-xalata tradizzjonali. Is-Soċjetà Mużikali Madon- na tal-Ġilju tirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu minn qalbhom biex il-Festi speċjali 2026 setgħu jkunu hekk ta' suċċess. Ringrazzjament ieħor imur lill-Kappillan u l-Kleru, flimkien ma' dawk li ħadu ħsieb jarmaw il-knisja bit- teżori artistiċi tagħha, flimkien mal-Pulizija u l-Kunsill Lokali tal-Imqabba, kif ukoll lil dawk l-eluf li qabżu qabża sal-Imqab- ba biex magħna jgawdu l-ferħ li ġġib magħha din il-festa. L-aħħar u l-akbar ringrazz- jament żgur li għandu jmur lejn Ommna Marija Immaku- lata Kunċizzjoni taħt it-Titlu 'Tal-Ġilju' li ad Unur tagħha tiġi ċċelebrata ta' kull sena din il-festa hekk devota.

