Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545829
Residenti tas-Swieqi jittamaw li l-On-the- Spot Fines ġodda jnaqqsu l-imġiba antisoċjali 03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2026 JAELLE BORG Din il-ġimgħa, il-Ministru għall-Intern Glenn Bedingfield ħabbar fuq Facebook li ffirma l-Avviż Legali li issa se jagħti s-setgħa lill-Pulizija biex joħorġu multi immedjati kontra persuni li mhumiex residenti u li jinqabdu jwettqu ċerti reati jew imġiba antisoċjali. Il-miżura se tidħol fis-seħħ fi żmien 24 siegħa mill-pubblikazzjo- ni tagħha. Il-miżura kienet tħabbret mill- Gvern f 'Mejju bħala parti minn pakkett ta' inizjattivi mmirati biex jindirizzaw il-problemi ta' mġiba antisoċjali fis-Swieqi u lokalitajiet oħra milquta mit-turiżmu u l-kirji- et għal żmien qasir. Dak iż-żmien kien tħabbar li l-On-the-Spot Fines kienu se jib- dew japplikaw mill-1 ta' Ġunju. Madankollu, id-data għaddiet u l-miżura baqgħet ma daħlitx fis-seħħ. Matul l-aħħar ġimgħat, residenti tas-Swieqi bagħtu diversi emails lil ministri u rappreżentanti politiċi fejn staqsew għaliex il-miżura kienet għadha ma ġietx implimen- tata u jekk il-qafas legali meħtieġ kienx għadu pendenti. Wieħed mir-residenti sostna wkoll li meta saret it-tħabbira f 'Mejju, il-Parlament kien diġà ġie xolt minħabba l-elezzjoni ġener- ali, u għalhekk staqsa kif setgħet titħabbar data speċifika ta' impli- mentazzjoni. Din il-pożizzjoni ġiet espressa fil-korrispondenza tiegħu mal-awtoritajiet u kienet waħda mill-mistoqsijiet ewlenin li tqajmu matul dawn il-ġimgħat. Mistoqsi minn din il-gazzetta, qabel ma ffirma l-avviż legali, il-Ministeru għall-Intern kien qal biss: "Rigward l-On-the-Spot Fines, se jkun ippubblikat Avviż Legali dalwaqt." Il-Ministeru kien spjega wkoll li bħalissa hemm aktar minn 800 kamera konnessa mas-sistema tal-LESA, filwaqt li l-kameras in- stallati fis-Swieqi twaħħlu riċente- ment biex jissaħħaħ il-monitoraġġ. Skont il-Ministeru, fi tmiem il-ġimgħa, uffiċjal tal-Korp tal- Pulizija jkun preżenti fil-Control Room tal-LESA biex jimmonitorja l-kameras li jkopru wkoll Paceville, filwaqt li matul il-bqija tal-ġimgħa l-monitoraġġ isir mill-uffiċjali tal-LESA f 'kordinazzjoni kontinwa mal-Pulizija. Inqas minn 24 siegħa wara din it-tweġiba, Bedingfield ħabbar li kien iffirma l-Avviż Legali. Residenti ilhom jitolbu din il- miżura għal snin L-introduzzjoni tal-On-the-Spot Fines ilha tintalab mir-residenti u mill-Kunsill Lokali ta' Swieqi għal mill-inqas 10 snin, hekk kif il-lokalità rat żieda fil-problemi marbuta mat-turiżmu u l-kirjiet għal żmien qasir. Residenti li tkellmu ma' din il-gazzetta ddeskrivew xhur ta' ljieli bla rqad, problemi ta' storbju, akkumulazzjoni ta' skart, infestazz- jonijiet ta' firien u wirdien, biżgħat relatati mas-sigurtà u l-effett fuq is-saħħa mentali tagħhom. F'dawn l-aħħar xhur, resident wieħed ippreżenta wkoll dokument dettaljat lill-politiċi b'sensiela ta' proposti, fosthom aktar preżenza tal-Pulizija, stazzjon permanenti tal-Pulizija fis-Swieqi, aktar CCTV u l-introduzzjoni tal-On-the-Spot Fines. Ir-residenti jgħidu li l-problema għadha hemm Id-dokumenti li rat din il-gazzet- ta juru li residenti ilhom għal diver- si xhur iwasslu t-tħassib tagħhom lill-awtoritajiet. Fost l-ilmenti li ressqu hemm storbju matul il-lejl, vandaliżmu, persuni fis-sakra fit-toroq, awrina fil-pubbliku u forom oħra ta' mġiba antisoċjali. Dawn huma allegazz- jonijiet u esperjenzi rrappurtati mir-residenti, li mhux kollha ġew ivverifikati b'mod indipendenti. Fl-istess ħin, l-istess resident faħħar ix-xogħol tal-Pulizija li qed jagħmlu ronda billejl, iżda sostna li n-numru ta' uffiċjali mhux biżżejj- ed biex ilaħħaq mas-sitwazzjoni. Huwa ppreżenta wkoll doku- ment b'għadd ta' proposti, fosthom aktar rondi tal-pulizija, stazzjon permanenti tal-Pulizija fis-Swieqi, aktar CCTV u l-introduzzjoni tal- On-the-Spot Fines. Pressjoni wkoll mill-viċi sindku Il-kwistjoni tqajmet ukoll pubblikament mill-viċi sindku tas-Swieqi Jordan Galea Pace, li f 'post fuq Facebook staqsa "Fejn huma l-wegħdi?" u rrefera għall-fatt li l-On-the-Spot Fines, il-miżuri relatati mal-Airbnb u in- izjattivi oħra mħabbra qabel l-elez- zjoni, kienu għadhom ma ġewx implimentati sal-bidu ta' Lulju. L-iffirmar tal-Avviż Legali jagħlaq kapitlu li beda bil-wegħda tal-1 ta' Ġunju, iżda jiaħ ieħor: dak tal-infurzar. Għal residenti li ilhom snin jitolbu aktar azzjoni, il-mistoqsija issa mhijiex meta se jidħlu fis-seħħ l-On-the-Spot Fines, iżda jekk dawn humiex se jiġu applikati b'mod effettiv biżżejjed biex iwaqq- fu l-imġiba antisoċjali li, skonthom, bidlet il-karattru tal-lokalità. Il-ġimgħat li ġejjin mistennija juru jekk din il-miżura hix se twas- sal għar-riżultati li ilhom jintalbu jew jekk tkunx biss pass ieħor li ma jilħaqx l-aspettattivi tar-residenti. Wara ġimgħat ta' mistoqsijiet minn residenti u rappreżentanti lokali dwar x'sar mill-wegħda tal-Gvern, il- Ministru għall-Intern Glenn Bedingfield iffirma l-Avviż Legali li se jintroduċi l-On-the-Spot Fines, miżura li kienet oriġinarjament tħabbret li kienet se tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Ġunju Residenti ilhom għal diversi xhur iwasslu t-tħassib tagħhom lill-awtoritajiet

