Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545829
"Dan ir- riżultat ma ġiex b'kumbinazzjoni. Huwa frott ta' viżjoni fit-tul, ta' investiment kontinwu fir- riċerka u fl- innovazzjoni, u ta' ekosistema li qed issir dejjem aktar matura." Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni CLIFTON GRIMA L -innovazzjoni titkejjel mill-kapaċità ta' pajjiż li jibdel l-għarfien f 'oppor- tunitajiet ekonomiċi, f 'im- pjiegi ta' kwalità u f 'soluzzjonijiet konkreti għall-isfidi tas-soċjetà. Huwa proprju għalhekk li, il-fatt li Malta, għall-ewwel darba, ġiet ikklassifikata bħala Innovatur b'Saħħtu (Strong Innovator) fil-European Innovation Score- board 2026 għandu sinifikat ferm akbar minn sempliċi bidla fil-kategorija. Dan huwa rikonoxximent Ewropew li juri kif pajjiżna llum jinsab fost dawk li qed iwasslu prestazzjoni ta' innovazzjoni ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin, Malta żammet il-pożizzjoni tagħha bħala t-12-il Stat Membru fl-Ewropa u hija fost il-pajjiżi li tejbu l-prestazzjoni tagħhom bl-aktar rata mgħaġġla mill-2019 'l hawn. Dan ifisser li x-xogħol li qed jagħmlu diversi setturi tas-soċjetà tagħna, Xjenza Malta u fuq kollox l-investiment li qed nagħmlu fir-riżorsi umani tagħna, qed iħal- lu riżultati pożittivi anki fuq livell Ewropew. Dan ir-riżultat ma ġiex b'kum- binazzjoni. Huwa frott ta' viżjoni fit-tul, ta' investiment kontinwu fir-riċerka u fl-innovazzjoni, u ta' ekosistema li qed issir dejjem aktar matura. Il-European Innova- tion Scoreboard jenfasizza b'mod partikolari s-saħħa ta' Malta fil-qasam tal-assi intellettwali u l-progress sostanzjali fil-produttiv- ità tar-riżorsi u tax-xogħol. Dawn huma indikaturi li juru li l-inno- vazzjoni f 'Malta qed tibda tħalli impatt dirett fuq il-kompetittività tal-ekonomija tagħna. Naturalment, dan ma jfissirx li wasalna fit-tragward tagħna. Ifisser li rridu nħarsu 'l quddiem u nkomplu nibnu fuq dak li ksibna. Dan ir-rapport Ewropew jindika wkoll fejn irridu nagħm- lu aktar. Irridu nkomplu nżidu l-investiment privat fir-riċerka u l-iżvilupp, ninkuraġġixxu aktar venture capital, insaħħu l-kum- merċjalizzazzjoni tar-riċerka, u nkomplu noħolqu ambjent li per- mezz tiegħu l-innovazzjoni tkun tista' tikber b'aktar veloċità. Dawn mhumiex sfidi uniċi għal Malta; huma l-isfidi li jaffaċċjaw ħafna ekonomiji żgħar li jridu jikkompe- tu fuq livell globali. Tajjeb li nsemmi ViżjoniMalta 2050, li tqis l-innovazzjoni bħala l-mutur ewlieni tal-kompetittiv- ità ekonomika. Permezz ta' din il-viżjoni, pajjiżna qed jagħti aktar valur lill-Innovazzjoni, flimk- ien mas-saħħa u mal-benesseri, mal-edukazzjoni, mas-sostenib- biltà, mal-inklużjoni, u mal-kwal- ità tal-ħajja. Il-Viżjoni Malta 2050 tpoġġi l-innovazzjoni u t-teknoloġija fiċ-ċentru tal-futur ekonomiku tal-pajjiż, bħala mutur ewlieni biex jinħolqu industriji ta' valur miżjud għoli. L-istrateġija tfittex li tittrasforma lil Malta f 'ġurisdizzjo- ni Ewropea speċjalizzata f 'set- turi bħall-Intelliġenza Artifiċjali (AI), ir-robotika, u l-manifattura avvanzata. Meta nsemmu r-Riċerka u l-Innovazzjoni rridu nħarsu lejn Xjenza Malta. Din l-entità qed ikollha rwol dejjem aktar ċentra- li. Illum l-aġenzija mhijiex biss finanzjatur tar-riċerka, imma katalista li tgħaqqad lill-univer- sitajiet, lill-industrija, lis-settur pubbliku u lis-soċjetà ċivili biex ir-riċerka twassal għal innovazzjo- ni li tagħmel differenza. Matul dawn l-aħħar xhur rajna inizjattivi konkreti li juru din id-direzzjoni. Nedejna t-Transdis- ciplinary Research Programme, li huwa pass importanti ieħor fil-perkors tar-riċerka u l-inno- vazzjoni ta' Malta. Programm li jippromwovi kollaborazzjoni bejn ir-riċerkaturi, in-negozji, il-gvern u s-soċjetà ċivili sabiex jiġu żvilup- pati soluzzjonijiet għal sfidi nazz- jonali u Ewropej, filwaqt li jpoġġi enfasi qawwija fuq ir-riżultati u l-impatt prattiku tar-riċerka. Din l-inizjattiva l-ġdida ta' finan- zjament hija mfassla biex tħaffef l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet inno- vattivi u tad-dinja reali għal uħud mill-aktar sfidi soċjetali, ambjentali u ekonomiċi urġenti ta' Malta. Matul l-aħħar snin, Malta għamlet progress notevoli fil-qa- sam tal-innovazzjoni. Intenni li kif rajna minn dan ir-rapport li tnie- da proprju din il-ġimgħa, skont it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-In- novazzjoni Ewropea 2025, Malta issa għandha punteġġ ta' 95% tal-medja tal-Unjoni Ewropea u tikklassifika fit-12-il post fost l-Istati Membri kollha. Aktar im- portanti minn hekk, Malta tjiebet b'pass aktar mgħaġġel mill-medja Ewropea, u dan juri li pajjiżna qed isaħħaħ b'mod kostanti l-kapaċità tal-innovazzjoni tiegħu. Aħna wkoll fost l-aqwa prestaturi tal-Ewropa fid-diġitalizzazzjoni. Fl-istess ħin, permezz tas-sħubi- ja mal-European Institute of Innovation and Technology (EIT), Malta saret it-tieni pajjiż Ewropew li nieda l-EIT Regional Innovation Booster, programm li jgħin start- ups Maltin b'teknoloġiji maturi jespandu fis-swieq internazzjonali, jattiraw investiment u jikbru aktar malajr. Dan huwa eżempju ċar ta' kif qed noħolqu pont bejn ir-riċer- ka u s-suċċess kummerċjali. Din hija l-politika li nemmnu fiha: politika li ma tħarisx biss lejn il-finanzjament tar-riċerka, imma lejn il-ħolqien ta' ekosistema li permezz tagħha, ideat tajbin jist- għu jinbidlu f 'kumpaniji ġodda, prodotti innovattivi, servizzi aħjar u impjiegi ta' kwalità għolja. L-innovazzjoni, fil-fatt, hija investiment dirett fil-futur tal- pajjiż. F'ekonomija globali fejn il-kompetizzjoni hija dejjem aktar ibbażata fuq l-għarfien, il-kreattiv- ità u t-teknoloġija, Malta ma tistax tikkompeti bid-daqs tagħha. Trid tikkompeti bil-kwalità, bl-aġilità u bit-talent tagħha. Għalhekk irridu nkomplu ninvestu fl-aqwa riżorsa li għan- du pajjiżna: fin-nies. Fit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna li qed jagħżlu karrieri fix-xjenza, fit-teknoloġija u fir-riċerka. Fl-istartups li għand- hom il-kuraġġ jieħdu idea mis-suq lokali għal dak internazzjonali. Fir-riċerkaturi li kuljum qed joħolqu għarfien ġdid. U fin-ne- gozji li jagħżlu li jinvestu fl-inno- vazzjoni bħala mutur tat-tkabbir tagħhom. L-istatus ta' Innovatur b'Saħħ- tu huwa pass importanti, imma għandu jkun ukoll punt tat-tluq. Issa rridu nkomplu nibnu kultura li permezz tagħha l-innovazzjoni ssir parti naturali minn kull settur tal-ekonomija u mis-servizzi pub- bliċi tagħna. Malta wriet li kapaċi tavvanza. Issa rridu niżguraw li dan il-pro- gress mhux biss jinżamm, imma jkompli jaċċellera. Din hija l-viżjoni tagħna: Malta li toħloq l-għarfien, tattira t-talent, tinvesti fir-riċerka u tittrasforma l-innovazzjoni f 'ġid ekonomiku u soċjali għall-ġenerazzjonijiet tal- lum u ta' għada. Minn Innovatur Moderat għal Innovatur b'Saħħtu: Il-pass li jmiss għal Malta Matul l-aħħar snin, Malta għamlet progress notevoli fil-qasam tal-innovazzjoni 08 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2026 • illum opinjoni

