Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545829
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2026 uħud mill-aktar xeni diffiċli li dehru matul il-ġuri. Il-Qorti rat ritratti tal-ġisem ta' Daphne Caruana Galizia wara l-isplużjoni, tal-proċess tal-irkupru tiegħu u aktar tard ukoll stampi meħuda waqt l-awtopsja, filwaqt li l-Ispet- tur Kevin Manicolo spjega fid-dettall il-ġrieħi kkawżati mill-isplużjoni u l-proċess ta' ġbir tal-provi mix-xena. Ix-xhieda kompliet b'rak- kont emozzjonanti minn xhud li kien qed isuq mill-Bidnija fil-mument tal-isplużjoni. Huwa rrakkonta kif ra lil Daphne Caruana Galizia tieqaf bil-vettura tagħha wara l-ewwel splużjoni, semagħha twerżaq u, ftit sekondi wara, ra l-karozza tittajjar għal ġo għalqa. Żewġ residenti tal-Bidni- ja xehdu wkoll dwar vetturi suspettużi li kienu ilhom jinnutaw fiż-żona fil-ġimgħat ta' qabel il-qtil. Fl-istess seduta, esperti min-Netherlands Forensic Institute kkonfermaw ir-rap- porti tagħhom dwar ix-xena tar-reat u l-analiżi tal-mowbajl ta' Daphne Caruana Galizia. Wieħed minnhom spjega li, skont id-data analizza- ta, il-ġurnalista kienet qed taħdem fuq seba' xenarji investigattivi differenti meta nqatlet, filwaqt li enfasizza li r-rwol tiegħu kien limitat għall-analiżi forensika u mhux biex jidentifika suspettati. ID-DISA' JUM Aktar evidenza forensika tikkonferma kif kienet tqiegħdet il-bomba Id-disa' jum tal-ġuri kompla jiffoka fuq l-evidenza forensi- ka, b'xhieda li kompliet tibni stampa dettaljata tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u tal-investigazzjoni li segwiet. Waħda mix-xhieda ew- lenin kienet dik tat-tabib tal-mediċina forensika Mario Scerri, li wettaq l-awtopsja fuq il-ġisem tal-ġurnalista. Huwa spjega li l-qawwa tal-isplużjoni kienet tant kbira li partijiet mill-kranju nstabu għadhom fil-vettura, filwaqt li oħrajn kienu mifruxa madwar ix-xena tar-reat. Scerri kkonkluda li l-ġrieħi kienu konsistenti ma' apparat splussiv imqiegħed taħt is-seat tax-xufier, b'kawża tal-mewt at- tribwita għall-effett tal-ispluż- joni u telf massiv ta' demm. Il-Qorti semgħet ukoll kif l-investigaturi użaw analiżi forensika biex jidentifikaw il-punt eżatt tal-isplużjoni, filwaqt li tqabblu l-fdalijiet tal-vettura ma' Peugeot 108 identika sabiex jiġu identifika- ti komponenti li setgħu kienu jagħmlu parti mill-apparat splussiv. Matul il-ġurnata komplew jixhdu uffiċjali tas-Scene of Crime Officers (SOCO) dwar tfittxijiet li saru f 'diversi lokalitajiet wara l-qtil, fejn ġew elevati armi, mowbajls, apparat elettroniku u oġġetti oħra ta' interess għall-investi- gazzjoni. Xhieda oħra spjegaw kif ġew analizzati filmati tas-CCTV biex tinbena kronoloġija tal-movimenti ta' dgħajsa marbuta mal-każ, filwaqt li membri tal-Forzi Armati ddeskrivew operazzjoni ta' tfittxija taħt il-baħar fil-Mar- sa li wasslet għall-irkupru ta' diversi mowbajls. Il-ġurnata għalqet bix-xhie- da ta' espert fil-kimika li spje- ga kif ġew analizzati r-residwi tal-isplussiv miġbura mix-xe- na tar-reat, hekk kif il-prose- kuzzjoni kompliet tibni l-każ tagħha permezz ta' evidenza xjentifika u forensika. L-GĦAXAR JUM Espert tal-FBI jippreżenta analiżi tad- data taċ-ċellulari L-għaxar jum tal-ġuri fetaħ bix-xhieda tal-espert tal-FBI Richard Fenner, li ġie Mal- ta biex jippreżenta l-analiżi tiegħu tad-data taċ-ċellulari miġbura matul l-investigazz- joni. Fenner spjega kif studja l-infrastruttura tan-network ċellulari f 'Malta u analizza l-konnessjonijiet mat-torrijiet taċ-ċellulari qrib il-post tal- qtil fil-ħin li fih seħħ l-attakk. Huwa qal li minn 53 numru tat-telefown li kienu konnessi ma' dak it-torri, wieħed spikka wara li waqaf jintuża ftit jiem wara l-qtil u kien ġie attivat biss tliet darbiet – f 'Jannar, f 'Awwissu u fil-jum tal-assas- sinju – fatt li, skontu, qajjem suspett fost l-investigaturi. L-espert qal ukoll li l-analiżi wasslitu biex jidentifika żewġ numri tat-telefown li, skont il-konklużjonijiet tiegħu, intużaw biex tiġi attivata l-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia, kif ukoll tliet burner phones oħra li dehru jiċċaqilqu flimkien lejn l-istess żoni, mudell li ddeskriva bħala sinifikanti għall-investigazz- joni. Matul ix-xhieda tiegħu, Fenner għadda lill-ġurija minn mapep, kalkoli u analiżi tekniċi li ntużaw biex jiġu stabbiliti l-movimenti tat-tele- fowns, filwaqt li qabbel ukoll id-data tal-burner phones ma' dik tal-mowbajl personali ta' Alfred Degiorgio. Skont l-analiżi tiegħu, il-lokalizzazzjoni u l-attività tat-telefown ta' Degiorgio fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2017 kienu konsistenti mal-mov- imenti li kienu diġà ġew identifikati permezz tad-data tan-network, qabel it-telefown reġa' deher fuq in-network ftit wara l-ħin tal-isplużjoni. Il-provi elevati mill-'potato shed' fil-Marsa (xellug) u dawk miġbura mit-tim forensiku mis-sit fejn inqatlet Daphne Caruana Galizia (fuq) ġew elenkati fil-qorti dil-ġimgħa (Ritratti: James BIanchi/Mediatoday) Schembri fiċ-ċentru tal-proċeduri

