MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 July 20222226

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545829

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2026 • illum 06 JAELLE BORG It-tieni ġimgħa tal-ġuri ta' Yorgen Fenech kienet ikkarat- terizzata minn bidla ċara fid-direzzjoni tal-proċeduri. Wara li l-prosekuzzjoni temmet il-preżentazzjo- ni tax-xhieda tal-Assistent Kummissarju Keith Arnaud, id-difiża ħadet f 'idejha l-kon- troeżami u ddedikat jiem sħaħ biex tisfida l-mod kif tmexxiet l-investigazzjoni tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Matul din il-ġimgħa, il-Qorti semgħet mistoqsiji- et dwar passi investigattivi, rapporti li allegatament qatt ma waslu għand il-Pulizija, il-kuntatti ta' Keith Schem- bri ma' Melvin Theuma u l-proċess li wassal għall-maħ- fra presidenzjali. Fl-istess ħin, il-ġurati ġew ippreżentati b'evidenza forensika estensiva li rrikostruwiet fid-dettall il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, inklużi ritratti grafiċi tax-xena tar-reat u tal-aw- topsja. IL-ĦAMES JUM Jibda l-kontroeżami ta' Keith Arnaud Il-ħames jum tal-ġuri mmarka l-bidu ta' fażi ġdida fil-proċeduri hekk kif il-prosekuzzjoni għalqet il-preżentazzjoni tax-xhud ewlieni tagħha, l-Assistent Kummissarju Keith Arnaud, u d-difiża bdiet il-kontroeżami. L-Avukat Giannella De Marco ffukat fuq diversi as- petti tal-investigazzjoni li, skont id-di- fiża, jew ma ġewx investigati biżżejjed jew inkella tqajmu dubji dwarhom. Fosthom kien hemm is-sorveljanza li kienet qed issir fuq l-aħwa Degior- gio qabel il-qtil, il-preżenza tal-Pulizija qrib id-dar ta' Daphne Caruana Galizia, il-laqgħat li l-investigaturi kienu jagħmlu f 'Kastilja u rapport li allegatament kien jindika lil Keith Schembri u Chris Cardona bħala persuni ta' interess. Arnaud insista li s-sorvel- janza fuq gruppi kriminali organizzati kellha ssir b'kaw- tela biex ma tikxifx l-operazz- jonijiet tal-Pulizija, filwaqt li sostna li l-laqgħat f 'Kastilja kienu jsiru fuq talba tal-inves- tigaturi stess biex jiġu diskussi deċiżjonijiet marbuta mal-in- vestigazzjoni u mal-maħfriet presidenzjali. Il-Qorti semgħet ukoll aktar chats u recordings irkupra- ti mill-mowbajl ta' Yorgen Fenech, li kienu jinkludu diskussjonijiet dwar allega- ti pjanijiet biex jitlaq minn Malta, komunikazzjoni ma' Keith Schembri u referenzi għall-abbozz tal-ftehim mar- but mal-maħfra presidenzjali ta' Melvin Theuma. IS-SITT JUM Keith Schembri jsir il- fokus tal-kontroeżami Is-sitt jum kien iddominat mill-isforz tad-difiża biex tpoġġi lil Keith Schembri fiċ-ċentru tal-proċeduri. Waħda mill-aktar xhie- da sinifikanti waslet meta Arnaud ikkonferma li Melvin Theuma kien qal lill-inves- tigaturi li kien jibża' minn Schembri u kien jemmen li seta' "joqtlu jew idaħħlu l-ħabs". Fl-istess ħin, Arnaud qal ukoll li Theuma baqa' jik- komunika ma' Yorgen Fenech sal-aħħar. Il-kontroeżami kompla jdur fuq il-laptop ta' Daphne Caru- ana Galizia, il-każ ta' David Gatt, il-pjan allegat tal-qtil li ssemma fi proċeduri oħra u t-tliet apparati splussivi mar- buta ma' diversi attakki. Parti sostanzjali mis-seduta kienet iddedikata lil Melvin Theuma. Arnaud spjega għaliex l-investigaturi għażlu li jħalluh ikompli jikkoopera qabel ma ġie arrestat u dde- fenda l-proċess li wassal biex ingħata maħfra presidenzjali. Il-Qorti semgħet ukoll dwar l-ittra li Adrian Vella allegata- ment wassal lil Yorgen Fenech wara li ġabarha mingħand Keith Schembri, kif ukoll dwar allegazzjonijiet ta' ħlas ta' €16,000 relatat mal-maħfra presidenzjali, li Arnaud qal li ma ġewx sostnuti mill-evi- denza. IS-SEBA' JUM Il-ġurati jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom u jibda l-kapitlu forensiku Is-seba' jum ra t-tmiem tax-xhieda ta' Keith Arnaud wara jiem ta' eżami u kontro- eżami. F'mument mhux tas-soltu, il-ġurati stess għamlu sensiela ta' mistoqsijiet direttament lix-xhud. B'mod sinifikanti, ħafna minnhom iffukaw fuq Keith Schembri, fosthom dwar kif Melvin Theuma kiseb impjieg, il-komunikazzjoni bejniethom u l-użu tal-mow- bajl ta' Schembri fil-lejl tas-26 ta' Novembru 2019. Arnaud qal li Schembri kien sostna li rrefera lil Theuma għand persuna oħra biex isib impjieg, filwaqt li kkonferma li l-investigaturi kienu sabu kuntatt bejn Adrian Vella u Schembri matul dak il-lejl. Wara li ntemmet ix-xhieda ta' Arnaud, il-ġuri daħal f 'fażi ġdida b'sensiela ta' xhieda forensiċi. Is-Supretendent Antoine Cilia, il-Kuntistabbli Malcolm Cefai u esperti min-Neth- erlands Forensic Institute, iddeskrivew fid-dettall ix-xena tar-reat, filwaqt li ġew esebiti ritratti tal-vettura meqruda u spjegat kif il-mowbajl ta' Daphne Caruana Galizia nstab taħt waħda mir-roti tal-karoz- za. L-espert Olandiż Van Beest ikkonkluda li l-bomba kienet tqiegħdet ġewwa l-vettura, taħt is-seat tax-xufier, filwaqt li l-Eks Kmandant tal-Forzi Armati Jeffrey Curmi qabbel l-apparat splussiv ma' dawk użati f 'attakki oħra. IT-TMIEN JUM Il-Qorti tisma' u tara l-aktar evidenza diffiċli tal-ġuri s' issa It-tmien jum kien iddom- inat mill-preżentazzjoni ta' evidenza forensika grafika li wasslet lill-ġurati quddiem Id-difiża tpoġġi lil Keith Schembri IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH Keith Schembri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 July 20222226