MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 July 20222226

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545829

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2026 • illum opinjoni Kummissarju Ewropew għall-Enerġija u l-Akkomodazzjoni DAN JØRGENSEN N istgħu, b'wiċċna minn quddiem, ngħidu li aħna ħielsa u indip- endenti fl-Ewropa? Iva, fis-sens li l-libertà hija minquxa iswed fuq l-abjad fid-dikjarazz- jonijiet li waqqfuna, fil-kostituzz- jonijiet u fit-trattati tagħna. Iżda l-kontijiet tal-enerġija tagħna jgħidulna storja oħra. Matul dawn l-aħħar xhur, il-kapaċità li nżommu djarna sħan u li nagħmlu x-xirja bi prezz diċenti xxekklet minn avvenimenti li għaddejjin f 'medda ta' ilma wiesgħa 33km kollox, li tinsab ix- xaqliba l-oħra tad-dinja. Wasal iż-żmien li l-Ewropa tbiddel id-direzzjoni. Jekk hemm lezzjoni waħda li għandna nisiltu mill-kriżi attwali, hija dik li l-Ewropa ma jistax ikollha indipendenza vera mingħajr indipendenza tal- enerġija. Kull moviment reali ta' indipendenza jitmexxa min-nies. U l-istess din id-darba. Madwar l-Ewropa, qed naraw l-ewwel xrar ta' rivoluzzjoni tal-elettrifikazzjoni. Fl-ewwel tliet xhur tas-sena, ġew irreġistrati aktar minn 500,000 karozza elettrika madwar l-UE. Fl- istess perjodu, il-bejgħ ikkombinat tal-pompi tas-sħana residenzjali fi Franza, fil-Ġermanja u fil-Polonja qabeż l-400,000. In-nies tal-Ewropa qed jagħżlu l-elettriku. U mhuwiex diffiċli tiem għaliex. Dan l-aħħar kont il-Finlandja, fejn id-dejta tagħna turi li l-ispiża biex issuq vettura elettrika tammonta għal €2.60 għal kull 100km – meta mqabbla mal- ispiża tal-petrol ta' €9.20 għal kull 100 km! Skont il-grupp ta' riflessjoni Concito, billi jikkombinaw il-vetturi elettriċi u l-pompi tas-sħana, l-unitajiet domestiċi Ewropej jistgħu jiffrankaw bejn €1,700 u €3,000 fis-sena. Iċ- ċittadini Ewropej qed isegwu l-intwizzjoni tagħhom. U mhux talli lesti għat-tranżizzjoni lejn l-enerġija nadifa imma lesti jimbuttawha 'l quddiem u jiġġieldu għaliha. Issa, l-unika mistoqsija hija: kif jistgħu l-gvernijiet madwar l-UE jlaħħqu magħhom? L-ewwel nett, jeħtieġ li nipproduċu aktar elettriku fl- Ewropa, billi nisfruttaw ir-riżorsi tagħna stess. Jeħtieġ li nibnu aktar wind farms. Jeħtieġ li ninstallaw aktar pannelli solari. U fil-pajjiżi li jagħżlu l-enerġija nukleari, jeħtieġ li niżviluppaw il-ġenerazzjoni li jmiss ta' impjanti tal-enerġija u tat-teknoloġija. Meta nagħmlu dan kollu, nistgħu nilliberaw l-ekonomiji tagħna minn importazzjonijiet għaljin tal-fuels fossili, u minflok immexxuhom 'il quddiem bl-enerġija nadifa u rħisa tagħna stess. It-tieni, jeħtieġ li nagħmluha aktar faċli li l-elettriku jiġi ttrasportat madwar il-kontinent tagħna. Dan ifisser li rridu ntejbu l-linji u l-cables tal-elettriku. Ifisser li rridu nsaħħu l-konnessjonijiet bejn il-fruntieri tagħna. U jfisser li rridu nibnu aktar faċilitajiet tal-batteriji, sabiex inkunu nistgħu naħżnu u nużaw mill- ġdid l-elettriku bi flessibbiltà. Biex nagħmlu dan hemm bżonn l-investimenti. Iżda dawn l-investimenti huma investimenti li jagħmlu sens u jwassluna biex niffrankaw. Sal-2040, il-grilji tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku se jkunu jeħtieġu investimenti ta' €1.2 triljun. Madankollu, sal-istess sena, kull ewro investit fil-grilja tal- elettriku se jissarraf f 'aktar minn €2 iffrankati fi spejjeż tas-sistema. Jekk naħdmu flimkien bħala Ewropa, billi ninvestu b'mod kollettiv u nippjanaw b'mod strateġiku, allura nistgħu nnaqqsu l-ispejjeż u nkattru l-benefiċċji. Fl-aħħar nett, hemm bżonn nappoġġaw il-partijiet tal- ekonomija tagħna u tas-soċjetà tagħna fejn l-elettrifikazzjoni qed tmajna, b'mod partikolari fl- industrija, fit-trasport u fil-bini. Jeżistu soluzzjonijiet. Fran tal-elettriku fil-fabbriki. Vetturi tal-elettriku u stazzjonijiet tal- iċċarġjar fit-toroq tagħna. Meters intelliġenti, pannelli solari u pompi tas-sħana fi djarna. Din hija l-istampa ta' kif tidher Ewropa elettrika. U rridu niżguraw li ħadd ma jitħalla barra minnha. Pereżempju, l-Awstrija qed tgħin liċ-ċittadini vulnerabbli tagħha jbiddlu l-bojlers li jaħdmu bil- fuels fossili b'alternattivi nodfa. Franza għandha programm soċjali ta' kiri tal-vetturi elettriċi, li jippermetti lill-familji b'introjtu modest jikru vettura elettrika ġdida b'rata tajba għal buthom. Billi nagħmlu l-għażliet it-tajba, nistgħu niżguraw li l-mewġa tikber tal-elettrifikazzjoni tkun waħda li televa lin-nies kollha. Fil-futur qarib, se nistabbilixxi Pjan ta' Elettrifikazzjoni għall- Ewropa, mimli b'dawn il-passi prattiċi u b'passi oħrajn li se jwassluna eqreb lejn l-għan aħħari tagħna: li nagħmlu l-Ewropa l-ewwel kontinent elettriku fid- dinja. Dan huwa għan ambizzjuż, iżda wieħed meħtieġ. Għax jeħtieġ li neħilsu l-futur tagħna mill-jasar tal-fuels fossili. Billi nisfruttaw l-enerġija li noħolqu aħna stess f 'darna u billi nelettrifikaw l-Ewropa, nistgħu nvaraw era ġdida ta' libertà għaċ- ċittadini tagħna, f 'kull dar u f 'kull fabbrika, f 'kull raħal u f 'kull belt. Għal kull ħaddiem u għal kull sid ta' negozju. Wasal iż-żmien li lkoll kemm aħna ningħaqdu u niżguraw l-indipendenza Ewropea, billi mmexxu r-rivoluzzjoni tal- elettrifikazzjoni. Biex tikseb l-indipendenza, l-Ewropa teħtieġ rivoluzzjoni tal-enerġija jeħtieġ li nipproduċu aktar elettriku fl-Ewropa "Jekk hemm lezzjoni waħda li għandna nisiltu mill-kriżi attwali, hija dik li l-Ewropa ma jistax ikollha indipendenza vera mingħajr indipendenza tal-enerġija"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 July 20222226