MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545897

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

"Melvin euma kien jemmen li Keith Schembri kien involut fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia." Hekk xehed ilbieraħ fil-Qorti Edgar Brincat, negozjant tal-karozzi magħruf bħala "il-Ġojja", waqt il-ġuri ta' Yorgen Fenech, akkużat li kkummisjona l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia fl-2017. Waqt li kien iwieġeb mis- toqsijiet mill-prosekutur Godwin Cini, Brincat qal ukoll li euma qatt ma kien tkel- lem ma' Schembri dwar il-qtil innifsu. U skontu, euma kien saħansitra kkunsidra jmur għand Schembri biex jitolbu l-flus. Brincat xehed li ilu jaf lil euma sa minn meta dan kellu 16 jew 17-il sena, wara li ltaqgħu fil-Marsa, fejn Brincat kellu żwiemel tat-tiġrija. Meta mistoqsi dwar ir-relazzjoni tagħhom, Brincat qal li kienu "ħbieb" u li kellhom relazzjoni tajba ħafna. Brincat irrakkonta li kien Melvin euma stess li mar għandu d-dar wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u qallu li kien involut fil-każ. Brincat xehed li euma qal- lu li kien is-sensar bejn Yorgen Fenech u l-aħwa Degiorgio Skont Brincat, euma qallu wkoll li kien se jitlob maħfra presidenzjali, u semmielu li Vince Muscat ukoll kien se jagħmel l-istess. Brincat qal li dak il-kliem ħallieh xxukkjat. "Hu kien qisu miġnun, jibki... Lanqas ridt nemmen," xehed Brincat quddi- em il-ġurati. IKOMPLI F' PAĠNA 6 www.illum.com.mt NRU 1020 €1.50 IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2026 PAĠNA 5 "Jeħtieġ aktar kordinazzjoni" – L-Għaqda Madonna tal- Karmnu Fix-xhieda tiegħu waqt il-ġuri ta' Yorgen Fenech dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Edgar Brincat "Il-Ġojja" jgħid li Melvin Theuma kien ikkonvinċa ruħu li Keith Schembri kien involut fil-qtil Skont Edgar Brincat (xellug), Melvin Theuma (ċentru) kien jemmen li Keith Schembri (lemin) kien involut fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia JAELLE BORG Minkejja li r-residenti tas-Swieqi qed jgħidu li s-servizz il-ġdid tal- Pulizija ta' matul il-lejl u n-numru dedikat ta' WhatsApp introduċew titjib sostanzjali fir-rispons għall-inċidenti, huma jinsistu li għad hemm lakuna importanti li qed tħalli lill-lokalità vulnerabbli fis-sigħat bikrin ta' filgħodu. Skont residenti li tkellmu ma' dan is-sit, is-servizz li beda jopera fit-2 ta' Ġunju qed jaħdem b'mod effiċjenti, tant li f 'ċerti każijiet il-pulizija waslet fuq il-post fi it sekondi biss minn meta sar ir-rapport permezz tal- WhatsApp. IKOMPLI F' PAĠNA 3 'Servizz tal- Whatsapp tal- Pulizija għandu lakuna serja fis- sighat bikrin' - Residenti tas-Swieqi THEUMA KIEN JEMMEN LI KEITH SCHEMBRI KIEN INVOLUT FIL- QTIL TA' DAPHNE - "IL-ĠOJJA"

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 July 2026