Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545897
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Studji akkademiċi interdixxiplinari u riċerka dwar diversi aspetti tal-kultura u l-wirt Malti Minn Karl Parnis Kien it-tipiku lejl ta' sajf Malti, sħana, tidlik, dak il-ħoss tal-grillu u anqas ħjiel ta' żiffa li s-soltu tkun komuni fis-sajf Malti. B'dawn il-kundizzjoni- jiet kif tista' ma tixgħelx l-arja kundizzjonata? Personalment ma tantx togħġobni, imma m'hemmx mod ieħor kif iżżomm ruħek frisk b'dawn il-kundizzjonijiet ta' infern fuq l-art. Kienu xi tlieta ta' filgħodu, xħin nemusa kissritli d-de- vozzjoni u temmitli l-mistrieħ ħesrem. M'iniex it-tip li noqgħod niċċassa fis-sodda u allura qbadt iċ-ċellulari u bdejt nara l-Face- book. Kienet dik is-serata li biddlitli ħajti għalkollox. Qed in- qalleb, u nara riklam li l-Univer- sità ta' Malta qed toffri kors fuq livell ta' Masters bit-titlu Master in Maltese Studies. Ta' patrijott li jien kif rajt hekk flejt ir-riklam b'aktar reqqa u wara li imt kol- lox dlonk qajjimt lill-mara biex nuriha xi skoprejt. Spjega fuq ir-reazzjoni tagħha ħa nħalliha għall-fantasija u l-immaġinazzjo- ni tagħkom ... Spjegajt lill-mara b'kollox għaliex din kienet deċiżjoni li bħali, miżżewweġ u bit-tfal żgħar li għadhom jiddependu minni, bilfors ridt nikkonsulta magħha. Hi taf kemm l-affarijiet li jirrig- wardaw lil pajjiżna huma għal qalbi u r-risposta tagħha kienet iva bla tlaqliq. Ta' min jinnota li kors hekk jirrikjedi impenn, ħin u fuq kollox sagrifiċċju għax kif jgħidu mix-xejn, xejn ma jiġi. X'inhu l-iskop tal-Institute of Maltese Studies? Dan il-programm huwa mmexxi mill-Insitute of Maltese Studies. Xogħol dan l-Istitut huwa li jippromovi t-tfittxija ta' studji akkademiċi interdixxipli- nari u riċerka dwar diversi aspetti tal-kultura u l-wirt Malti fl-ak- tar manifestazzjonijiet wisgħin tagħhom, f 'perspettiva Ewropea, kif ukoll dik Mediterranja. Spunti fuq il-programm Min hu Malti? X'jikkostitwixxi n-nazzjonalità, l-affinità, l-ap- partenenza? Jekk kien hemm identità Maltija fil-passat, kif se tkun din fil-futur? Dan il-programm huwa approċċ multidixxiplinari u transdixxiplinari li jiffoka fuq Malta u l-Maltin, b'referenza speċjali għall-kultura u l-iden- tità fid-diversi forom u mani- festazzjonijiet tagħhom, kemm fil-passat, kif ukoll fil-preżent. Se tkun qed tinvestiga temi bħall-et- niċità, il-politika, il-governanza, is-soċjetà, l-agrikoltura, l-amb- jent, ir-reliġjon, l-arkeoloġija, l-arkitettura, il-liġi, il-mediċina, il-mużika, il-mużewijiet, l-arkivji, il-lingwa, il-letteratura, l-arti, il-wirt arkitettoniku, l-ambjent, ir-reliġjon, l-istorja marittima u l-migrazzjoni. Dan il-kors tal-Masters jibbaża fuq kom- petenza minn firxa wiesgħa ta' dixxiplini f 'fakultajiet differenti, sabiex min jagħmlu, ikun ap- poġġat eċċezzjonalment tajjeb u jkollu aċċess għal firxa wiesgħa u unika ta' għarfien. Il-Masters in Maltese Studies huwa programm iddisinjat biex jitlesta fuq sitt semestri li jkunu part-time filgħaxija fil-kampus tal-Imsida, kif ukoll online. Il-grad jikkombina komponenti mgħallma fl-ewwel erba' seme- stri, ma' teżi ta' riċerka speċjal- izzata fl-aħħar żewġ semestri. Il-lingwa Ingliża hi l-lingwa li bih jiġi mwassal dan il-programm biex b'hekk tingħata l-opportu- nità lil dawk li għandhom għal qalbhom pajjiżna imma bil-Malti ma jimux. L-applikazzjonijiet ġeneral- ment jagħlqu f 'Lulju u għad-dħul ta' Ottubru li jmiss se jagħlqu fis-2:00pm tat-22 ta' Lulju 2026. Biex persuna tkun tista' tattendi għal dan il-programm, jeħtieġ grad ta' livell MQF6 rikonoxxut mil-MFHEA. Madankollu, kan- didati prospettivi li m'għandhomx lawrja formali jistgħu japplikaw permezz tal-iskema tar-Recogni- tion of Prior Learning (RPL). Ir-Riċerka Hawn min jirraġuna u jgħidl- ek imma b'dan il-Masters jien x'se nakkwista? Lili dan it-tip ta' raġunament, għalkemm ma tantx jogħġobni, biss se nsemmilkom diversi opportunitajiet ta' karriera li l-gradwati fl-imsemmi Masters jistgħu jsegwu. Fost dawn il-kar- rieri nsibu professjoni fis-set- tur pubbliku u privat, fil-wirt kulturali, fil-mużewijiet, fl-arkivji, fl-edukazzjoni u fir-riċerka. Ninsabu f 'era ddominata mill-produzzjoni tal-massa u l-avvanz teknoloġiku mgħaġġel, allura huwa imperattiv li nirri- flettu fuq u napprezzaw is-snajja' tradizzjonali li ġew mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra. L-approċċ għall-ħolqien ta' dawn is-snajja' huwa aktar bil-mod, u s-sengħa tal-artiġjan u l-attenzjo- ni għad-dettall jirriżultaw f 'ħol- qien uniku li huwa impossibbli li jiġi replikat bil-magni. Il-preservazzjoni tas-snajja' tradizzjonali mhijiex sempliċe- ment att ta' nostalġija: is-snajja' tradizzjonali jiffurmaw parti mill-identità kulturali tagħna u huma pont bejn il-passat u l-fu- tur. Is-snajja' tradizzjonali huma r-riżultat ta' tekniki antiki li ġew ipperfezzjonati matul diversi snin u jirrappreżentaw fehim profond tal-materjali u l-proċessi użati. Il-preservazzjoni tas-snajja' tradizzjonali hija rikonoxximent tal-valur ta' dawn is-snajja' uniċi magħmulin bl-idejn. Għal din ir-raġuni, li ngħaddu l-għarfien u l-ħiliet tal-artiġjani ewlenin lill-ġenerazzjonijiet iżgħar huwa importanti biex nissalvagwardjaw il-wirt kulturali li writna. Ir-riċerka li għamilt għandha l-għan li tidentifika dawk il-fattu- ri li permezz tagħhom il-Villaġġ tal-Artiġjanat u l-partijiet inter- essati rilevanti kollha flimkien jistgħu jippreservaw u jippro- movu l-wirt kulturali ta' Malta għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Id-disinn tar-riċerka involva intervisti ma' diversi partiji- et interessati inkluż artiġjana stabbiliti, speċjalisti tal-wirt, kif ukoll riċerka dokumentarja minn mużewijiet, dokumenti ta' politika, u bosta sorsi ppubblika- ti. Il-ħidma fiż-żona ppermettiet ukoll immersjoni konsiderevoli fiż-żona tar-riċerka. L-analiżi tar-riċerka tenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, il-valur tal-esperjenza tal-artiġjani tas-sengħa, filwaqt li tesplora b'mod kritiku r-rwol ta' ambjent tan-negozju bħar-raħal tal-artiġ- janat li jgħaqqad flimkien ħtiġijiet potenzjalment konfliġġenti. Konklużjoni Għal aktar informazzjoni idħol fil-paġna ta' Facebook tal-Maltese Studies billi ssegwi l-link susseg- wenti: https://www.facebook. com/um.maltesestudies/ Mezzi oħra ta' kuntatt huwa b'email fuq maltesestudies@um.edu.mt, bit-telefown fuq 2340 2566 jew 2340 3305. Jekk vera għandek għal qalbek lil Malta, dan hu l-programm għalik. Li titgħallem qatt mhu tard u kif wieħed isib ħin għal kollox nemmen li anke inti li qed taqra l-artiklu għandek tagħmel mezz biex tkompli tkabbar il-bagalja tal-għarfien tiegħek, li din hi bagalja li se ġġorrha tul ħajtek kollha u li ħadd ma jista' jeħodhielek! Il-preservazzjoni tas-snajja' tradizzjonali mhijiex sempliċement att ta' nostalġija

