MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545897

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Tieqa fuq Malta Rumana: Skeletru mill-Katakombi ta' San Pawl se jingħata l-ħajja mill-ġdid Heritage Malta u l-Fondazzjoni Eden Leisure qed jikkollaboraw fuq l-analiżi xjentifika u r-rikostruzzjoni forensika ta' skeletru li nstab fil-Katakombi ta' San Pawl fir-Rabat. Din l-inizjattiva ssegwi ħidma riċenti flimkien li wasslet għar-restawr ta' karozzella tas-seklu 18, li llum tifforma parti mill-wirja perma- nenti fil-Palazz tal-Gran Mastru. L-iskeletru 248, skopert waqt skavi li saru bejn l-2010 u l-2015, fih wieħed mill-aktar kranji kompluti fost għadd żgħir minnhom li nstabu fis-sit. Il-fdaliji- et huma ta' mara żagħżugħa ta' bejn id-19 u l-25 sena, li x'aktarx kienet tbati minn mard deġenerattiv tal-ġogi u li għexet madwar 2,000 sena ilu. Studji preċeden- ti fuq l-istess skeletru kienu jinkludu rikostruzzjoni tal-wiċċ imwettqa bejn l-2018 u l-2021 minn tim mill-Università ta' Palermo. Il-proġett il-ġdid jibni fuq din ir-riċerka, billi jespandiha permezz ta' metodi xjentifiċi aġġornati u għarfien espert. Bħalissa għaddejjin l-analiżi tad-DNA antik, id-datazzjoni bil-karbonju u studji tal-iżotopi, li se jgħinu din l-inizjattiva, flimkien mal-iskennjar 3D b'riżoluzzjoni għolja mit-Taqsima tat-Teknoloġija u l-Iżvilupp tal-Esperjenza fi ħdan Heritage Malta. Il-Fondazzjoni Eden Leisure qed tappoġġja l-fażi li jmiss: rikostruzzjoni forensika tal-ġisem sħiħ mill-Kennis Brothers, rikonoxxuti mad-dinja kollha għax-xogħol tagħhom fuq figuri bħal Ötzi r-Raġel tas-Silġ u r-Raġel ta' Tollund. Ir-rikostruzzjoni mistennija titlesta fi żmien erba' snin. L-artefatti li nstabu ma' dan l-iskeletru jgħinu biex tinbena stampa aktar ċara tal-ħajja u l-identità tal-persuna midfuna. Dawn jinkludu kontenituri tal-fuħħar li jmorru lura għall-ewwel żewġ sekli WK, flimkien ma' oġġetti personali bħal pendent f 'forma ta' wiċċ, labra tax-xbieki, splengun tal-għadam li nstab wara l-kran- ju, u ingwentarju tal-ħġieġ imqiegħed ħdejn rasha. Flimkien, dawn jiffurmaw storja aktar personali, li r-rikostruzzjoni se tipprova tittraduċi f 'forma viżiva li tista' tirrelata magħha faċilment. Ladarba jitlesta, dan il-mudell b'daqs ta' persuna vera se jkun parti minn esperjen- za mtejba għall-viżitaturi fil-Katakombi ta' San Pawl, li se tagħti ċ-ċans lill-pub- bliku jesperjenza aktar mill-qrib in-nies midfuna fis-sit. Il-proġett għandu wkoll l-għan li jsaħħaħ ir-rwol tas-sit fl-inter- pretazzjoni tal-istorja Ewropea, enfasiz- zat reċentement bil-kisba taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. Waqt it-tnedija tal-proġett fil-Katakom- bi, il-Kap Eżekuttiv ta' Heritage Malta, Noel Zammit, faħħar lil dan il-proġett u saħaq li: "Fih naraw fil-prattika l-ġmiel ta' meta x-xjenza u l-istorja jitwaħħdu. Għal darb'oħra, permezz tal-ġenerożità tal-Fondazzjoni Eden Leisure, aħna li qed ngħixu llum se nkunu nistgħu letteral- ment inħarsu lejn wiċċ persuna li għexet f 'pajjiżna tant snin ilu." Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Eden Leisure, Kate De Cesare, żiedet: "Mill-mument li Heritage Malta ppreżen- tatilna dan il-proġett, konna nafu li jimxi id f 'id mal-missjoni tal-Fondazzjoni. L-għan tagħna hu li nappoġġjaw inizjat- tivi li jippreservaw il-patrimonju Malti filwaqt li jagħmluh aktar sinifikanti u aċċessibbli għall-pubbliku. L-opportunità li ngħinu biex tinkixef l-istorja ta' persu- na li għexet hawn 2,000 sena ilu permezz tat-teknoloġija moderna għandha faxxinu u sinifikat kbir. Diġà ħdimna ma' Heritage Malta fuq proġetti oħra u rajna b'għajnej- na l-kura, il-professjonalità u l-esperjenza li ġġib magħha f 'kull inizjattiva. Inħossu- na kburin li qed nerġgħu nappoġġjawha biex tagħti l-ħajja lil kapitlu importanti ieħor fl-istorja ta' Malta." L-iskeletru 248 fih wieħed mill-aktar kranji kompluti fost għadd żgħir minnhom li nstabu fis-sit

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 July 2026