MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545897

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Direttur Maniġerjali: SAVIOUR BALZAN • Editur: PAUL COCKS Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Q att m'għandha tkun ir-regola li l-liġi ssegwi lill-iżviluppatur. Iżda proprju dan hu l-messaġġ li ħareġ mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar din il-ġimgħa meta ddeċieda li jissanzjona 20 court tal-padel mibnija il- legalment fuq Manoel Island u, fuq kollox, jagħti l-permess għal għaxra oħra. Deċiżjoni li tmur lil hinn minn każ ta' ppjanar. Hija deċiżjoni li tikkonferma kultura perikoluża: ibni l-ewwel, appli- ka wara, u fl-aħħar tħallas multa li, għal ħafna żviluppaturi, hija biss spiża oħra tan-negozju. Kultura li ġejja minn fuq u riflessjoni tal-politika ta' Robert Abela. Din hija l-mentalità tal-cowboy devel- opment fl-aktar forma pura tagħha. Men- talità fejn xi negozjanti jemmnu li jistgħu jieħdu l-liġi f 'idejhom, jokkupaw art pubblika, ibiddlu l-pajsaġġ, u wara jitolbu l-barka tal-awtoritajiet. Minflok li l-gvern ta' Robert Abela u l-Awtorità tal-Ippjanar jagħtu sinjal ċar li min jikser il-liġi jħallas il-prezz, spiċċaw bagħtu il-messaġġ op- post: jekk il-proġett ikun diġà lest, hemm ċans tajjeb li kollox jiġi rregolarizzat. Il-każ ta' Manoel Island huwa aktar gravi għax iseħħ fuq sit li l-Gvern stess wiegħed li se jkun park nazzjonali miuħ għall-pubbliku. Kif jista' Gvern jitkellem dwar spazji miuħa u fl-istess ħin l-aw- torità tiegħu tapprova kumpless kum- merċjali mibni illegalment? Din hija kon- tradizzjoni li diffiċli tiġi spjegata. Mhux ta' b'xejn li Moviment Graffitti, il-kampanja Manoel Island: Post Għalina u għexier- en ta' għaqdiet ambjentali kkundannaw id-deċiżjoni bħala tradiment tal-wegħda li tingħata lura l-gżira lin-nies. L-għadab pubbliku ma waqafx mal- NGOs. Eluf ta' ċittadini kienu diġà ffir- maw petizzjonijiet favur park nazzjonali, filwaqt li l-oġġezzjonijiet formali għall-ap- plikazzjoni kienu numerużi. Il-kritika kienet sempliċi: jekk nibdew nippremjaw l-illegalità, inkunu qed inneħħu kull deterrent kontra min jagħżel li jinjora l-proċess tal-ippjanar. Sfortunatament, dan mhux każ iżolat. Malta rat diversi episodji fejn żviluppatu- ri għażlu li jibnu jew jagħmlu xogħlijiet mingħajr il-permessi meħtieġa, bit-tama li aktar tard kollox jiġi ssanzjonat. Fost l-aktar każijiet magħrufa hemm dawk marbuta mal-iżviluppatur Joseph Portelli, fejn pixxini u żviluppi oħra f 'Għawdex qajmu kontroversja kbira dwar kemm il-liġijiet tal-ippjanar qed jiġu infurza- ti b'mod ugwali għal kulħadd. F'kull wieħed minn dawn il-każijiet, il-mis- toqsija tibqa' l-istess: għaliex wieħed għandu jistenna l-permess qabel jibni jekk il-prattika qed turi li aktar jaqbel jibni l-ewwel? L-argument li l-multa ta' €25,000 hija ogħla mir-rakkomandazzjoni oriġinali ta' €900 ma jbiddilx il-prinċipju. Il-problema mhijiex biss l-ammont tal-multa. Il-prob- lema hija li l-iżvilupp illegali baqa' hemm. Il-benefiċċju kummerċjali baqa' intatt. U ngħata wkoll il-permess biex il-kumpless jespandi b'għaxar courts oħra. Jekk Malta tassew temmen fl-istat tad- dritt, il-messaġġ għandu jkun wieħed ċar: min jibni illegalment ma jiġix ippremjat. F'pajjiż serju, il-konsegwenza ta' żvilupp illegali għandha tkun it-tneħħija tiegħu, mhux il-legalizzazzjoni tiegħu. Inkella, l-Awtorità tal-Ippjanar ħa titlef kull kred- ibbiltà bħala regolatur u tinbidel f 'awtorità li sempliċement tissiġilla deċiżjonijiet li diġà jkunu ttieħdu fuq il-post mill-iżvi- luppaturi. Id-deċiżjoni dwar Manoel Island mhi- jiex biss dwar padel courts. Hija deċiżjoni dwar x'tip ta' pajjiż irridu nkunu: wieħed fejn il-liġi tapplika għal kulħadd bl-istess mod, jew wieħed fejn min għandu biżżejj- ed flus u paċenzja jista' jibni l-ewwel u jfittex il-permess wara. Din il-ġimgħa, sfortunatament, l-Awtorità tal-Ippjanar għażlet it-tieni triq. Il-liġi m'għandhiex issegwi lill-iżviluppatur

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 July 2026