Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545897
02 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2026 • illum Mewġa ta' sħana fuq Malta: Appell biex l-annimali jiġu protetti hekk kif it- temperaturi jilħqu l-40°C JAELLE BORG Il-mewġa ta' sħana li qed tolqot lill-Gżejjer Maltin intensifikat fi tmiem il-ġimgħa b'temperaturi li issa laħqu l-40°C. Apparti appelli għal kulħadd biex jieħdu preka- wzjonijiet, organizzazzjonijiet li jieħdu ħsieb l-annimali qed jappel- law lis-sidien biex jieħdu jipproteġu l-pets u l-bhejjem tagħhom sabiex jevitaw każijiet ta' heat stroke u problemi oħra relatati mas-sħana. Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, ridge estensiv ta' pressjoni għolja estenda mill-Afrika ta' Fuq lejn il-Mediterran ċentrali, inklużi l-Gżejjer Maltin. Din is-sistema mistennija tibqa' tippersisti fil-jiem li ġejjin, u twassal għal temperaturi ferm ogħla mis-soltu għal dan iż- żmien tas-sena. L-Uffiċċju Meteoroloġiku qal ukoll li l-kundizzjonijiet ta' heatwave mistennija jibqgħu għaddejjin sa għada. Filwaqt li t-temperatura medja għal Lulju hija ta' 26.9°C u l-medja tal-ogħla temperatura hija ta' 31.7°C, il-livelli għoljin ta' umdità jistgħu jagħmlu t-temperatura tinħass ferm ogħla. L-Assoċjazzjoni For Abandoned Animals (AAA), li tieħu ħsieb madwar 80 kelb fis-santwarju tagħha f 'Birżebbuġa, qalet li s'issa ma kellha l-ebda każ ta' kelb li sofra minn heat stroke. L-organizzazzjoni spjegat li matul ix-xhur tas-sajf tieħu diversi miżuri biex tnaqqas ir-risk- ji marbutin mas-sħana, fosthom iżżomm fannijiet mixgħulin, tiżgura ventilazzjoni adegwata permezz ta' twieqi miuħa u tuża extractors flimkien ma' soqfa għoljin biex tinżamm temperatura aktar komda għall-annimali. L-AAA spjegat ukoll li meta klieb jiġu adottati, is-sidien il-ġodda dejjem jingħataw gwida dwar kif għandhom jieħdu ħsiebhom matul il-ġranet sħan. Fost il-pariri hemm li l-mixjiet isiru kmieni filgħodu jew wara nżul ix-xemx, b'mod par- tikolari fil-każ ta' razez b'wiċċ ċatt li huma aktar suxxettibbli għas-sħana. L-organizzazzjoni tissuġġerixxi wkoll li qabel il-kelb joħroġ għal mixja, is-sid għandu jiċċekkja t-tem- peratura tal-bankina billi jqiegħed idu fuqha għal madwar ħames sekondi. Jekk il-wiċċ ikun sħun wisq għall-id, ikun ukoll perikoluż għall- pads tas-saqajn tal-kelb. GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA' FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL- JUM LI L-iSTOCKS JINBIEGĦU ◆ SIGURTA' ◆ LIKWIDITA' ◆ IMGĦAX KULL SITT XHUR ◆ (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta Tel: 2596 7125 Investiment Sod Ħruġ ta' €300,000,000 Malta Government Stocks – b'rata ta' imgħax fissa STOCKS TAL-GVERN TA' MALTA STOCK TAL-GVERN Il-prezz għal kull Stock elenkat f' (i) u (ii) hawn fuq li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill- membri tal-pubbliku għandu jiġi stabbilit il-Ħamis, 23 ta' Lulju 2026 u jkun ibbażat bejn wieħed u ieħor fuq il-prezz fis-suq sekondarju u jitħabbar permezz ta' Stqarrija għall-Istampa maħruġa mid- Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI). _______ Stocks tal-Gvern ta' Malta b'rata ta' imgħax fissa L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta' €300,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta f'xi wieħed jew f'kull wieħed minn dawn iż-żewġ stocks: Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b' €200,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill- ammont offrut. Applikazzjonijiet minn membri tal-pubbliku għall-ammont sa massimu ta' €499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed mit-tlett stocks li qegħdin jiġu offruti, jiftħu t-Tnejn, 27 ta' Lulju 2026 fit- 8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, 29 ta' Lulju 2026. Applikazzjonijiet minn investituri wholesale li jkunu magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu nhar il- Ġimgħa, 31 ta' Lulju 2026 u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni, fid- diskrezzjoni tal-Accountant General. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment, fid-dati msemmija. Formoli tal- applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor https://treasury.gov.mt/servizzi/ mill-Ġimgħa, 24 ta' Lulju 2026. (i) 3.80% Stock tal-Gvern ta' Malta li jimmatura fl-2036 (Ir-Raba' Ħruġ) (ii) 4.25% Stock tal-Gvern ta' Malta li jimmatura fl-2046 (It-Tieni Ħruġ)

