MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545897

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa tpoġġilna quddiemna lil Malta tat-Tieni Gwerra Dinjija, u kif din ġiet deskritta mill-poteri l-kbar li riedu jaħkmu lill-Mediterran, u x'kellhom f'moħħhom li jagħmlu b'din il-gżira li wħud rawha bħala "virga ta' ċella" u oħrajn bħala "proprjetà" li seta' jerħi minn idejh. Il-bieb tal-oċeani Biex nifhmu dawn ir-rabtiet storiċi li għandna quddiemna jeħtiġilna nintasbu fi Pjazza Venezja, f 'Ruma, qalb ġemgħa ħerqana biex tisma' lid-Duce jiddikjara gwerra lil Franza u r-Renju Unit. Kien l-10 ta' Ġunju tal-1940, hekk kif minn tieqa kbira Mussolini ddikjara li l-Italja kienet deċiża tidħol għar-riskji u s-sagrifiċċji tal-gwerra. Qal li kien jeħtieġ li jaqbdu l-armi f 'idejhom biex, skontu, jindi- rizzaw il-problema tal-fruntieri tal-baħar li kienu 'qed jifgaw' lill-peniżola fil-baħar tagħha stess. Fl-istess waqt qal li l-poplu Taljan qatt ma seta' jkun ħieles jekk ma jkollux aċċess għall- oċean. Din id-dikjarazzjoni tal-gw- erra baqgħet tidwi fil-memorja kollettiva tagħna l-Maltin. Ġabet biża' u dwejjaq għal dak li kien ilu jinħema u li kellu jiġi. Meta wieħed jaqra l-ktieb Churchill, Malta and Gibral- tar tal-awtur Victor Aquilina, jifhem aħjar x'kien għaddej fil-Kabinett tal-Gwerra Ingliż f 'Mejju tal-1940, proprju jiem qabel din id-dikjarazzjoni ta' Mussolini. Iżda mhux biss, għax dan il- ktieb jinseġ paralleli bejn dak li kellu jkun id-destin storiku ta' Ġibiltà u ta' Malta, partikolar- ment mit-Trattat ta' Utrecht (1714) u mit-Trattat ta' Amiens (1802), lil hawn. Dan bis-saħħa ta' riċerka sfiqa mill-awtur bejn il-qxur ta' din il-pubblikazzjoni Kite (2021). Gabriele D'Annunzio Fil-perjodu li ġie wara l-uni- fikazzjoni tal-Italja (1861), inxtegħlet fjamma fost patri- jotti Taljani li bdiet tfittex lura "il-kontroll" fuq il-baħar ta' madwarha. Dan il-ħsieb kien imnebbaħ mill-fatt li l-Imperu Ruman bis- sede tal-poter tiegħu f 'Ruma, kien iqis il-Mediterran bħala baħar intern (mare internum) hekk kif kien ċirkondat minn territorji taħt il-ħakma tal-ist- ess imperu. Il-poeta u politiku Gabriele D'Annunzio, figura prominenti fi żmien l-Ewwel Gwerra Din- jija, kien ta ħajja ġdida lill-idea ta' mare nostrum (il-baħar tagħna). Huwa kien qal li "anke jekk ix-xtajta ta' Tripli tkun deżert, anke jekk din lanqas tkun kapaċi toffri wens lil gabillott wieħed jew inkella negozju Taljan wieħed, xorta għandna bżonn niħduha biex nevitaw li nispiċċaw fgati fil-mare nos- trum". Meta Mussolini kien qed jindirizza l-Gran Kunsill tal-Faxxisti fi Frar tal-1939, f 'diskors imsejjaħ "Il-Marċ fuq l-Oċeani" huwa kien offra di- rezzjoni għal dik li kellha tkun il-politika barranija tal-Italja. Matul dan id-diskors kien fisser kif stat ma jistax ikun tassew indipendenti jekk ma jkollux aċċess ħieles għall- oċeani. Imbagħad kompla billi ddeskriva l-Italja bħal ħabsija fil-Mediterran. Fisser kif il- vireg taċ-ċella li l-Italja kienet tinsab fiha kienu 'Corsica, it-Tuneżija, Malta u Ċipru'. Fil- waqt li biex jgħassu dan il-ħabs kien hemm 'Ġibiltà u l-Kanal ta' Suez'. Għalaq dan id-diskors billi semma' kif ġaladarba dawn il- vireg taċ-ċella jitkissru, il-poli- tika Taljana kellu jkollha għan wieħed, dak li timmarċja lejn l-oċeani. Robert Dallas L-istess interessi strateġiċi, iżda minn lenti imperjali dif- ferenti, kienu qed jitfissru seklu qabel minn Membru Parlam- entari Ingliż, waqt id-debutt tiegħu fil-kariga. F'Mejju tal-1803, Rob- ert Dallas, kien qal li: "Qed immorru għall-gwerra għal Malta, iżda mhux għal Mal- ta biss, imma għall-Eġittu, imma mhux għall-Eġittu biss, imma għall-Indja, iżda mhux għall-Indja biss, imma biex inżommu l-Imperu Ingliż sħiħ u sikur, għall-kawża tal-ġusti- zzja, ir-rieda tajba u l-ħelsien madwar id-dinja ċivilizzata". Dan kien qed jingħad f 'kuntest fejn il-Kanal ta' Suez kien għadu ma nbeniex u min ried il-merkanzija tasal mill-Eġittu lejn l-Indja, kel- lu l-ewwel iħottha fuq l-art imbagħad iqabbadha r-rotta mill-Baħar l-Aħmar. Sintendi, seta' jdur ukoll madwar żaqq l-Afrika, ossija l-Cape of Good Hope. Franza kienet diġà rat kif taħkem lil Malta proprju taħt l-istess premessa li xxekkel lill-Imperu Ingliż milli jkollu r-rotot kummerċjali tal-baħar li jdawwarna, f 'idejh. Winston Churchill Fit-Tieni Gwerra Dinjija l-Ingliżi kienu wettqu Opera- tion Torch minn Ġibiltà biex jaslu għall-Magreb, filwaqt li Operation Husky kienu wet- tquha minn Malta biex l-Al- leati invadew Sqallija. Fl-istess perjodu l-Ġermaniżi kellhom f 'moħħhom li jneħħu lill-In- gliżi 'l barra minn Ġibiltà permezz ta' Operation Felix, kemm bl-għajnuna tal-Ġeneral Falanġista Francisco Franco u anke mingħajrha. Iżda jidher li bejn bl-atti- tudni ta' Franco li jżomm lil Spanja 'l barra mill-gwerra u anke minħabba prijoritajiet li nbidlu għall-iskopijiet imperjali Ġermaniżi, din l-operazzjoni baqgħet qatt ma twettqet. Churchill ukoll kien fehem l-importanza strateġika ta' Mal- ta, l-Eġittu u Ġibiltà. Dan kien kwotat jgħid li wieħed kellu jiddefendi lil dawn it-tlieta bis- saħħa kollha li kellu l-Imperu. Dan il-ktieb jgħarbel il-mod li bih Churchill aġixxa meta quddiemu waslet proposta mill- Prim Ministru Franċiż ta' dak iż-żmien Paul Reynaud, hekk kif beda jimbotta biex Musso- lini ma jidħolx fil-gwerra. Rey- naud kien qed jitlob lill-Gvern Ingliż iċedi Malta lill-Italja u Ġibiltà lil Spanja. Wara li l-Kabinett tal-Gwerra Ingliż iltaqa' għal disa' darbiet fi tlett ijiem f 'Mejju tal-1940, biex jiddiskuti din il-proposta, id-deċiżjoni kienet li l-Ingilter- ra setgħet biss iddgħajjef idha fil-gwerra jekk taċċetta propos- ta bħal din. Kif kien indika s-Segretar- ju Ġenerali għall-Affarijiet Barranin Franċiż Francois Charles-Roux, ma tantx setgħet qatt tkun ċara kif wieħed jista' 'jiddisponi mill-proprjetà ta' parti oħra, hekk kif ta' lanqas dik il-parti l-oħra ma kellhiex tkun alleat'! Ħsieb komuni Minn kapitlu għal ieħor f 'dan il-ktieb, tintiseġ il-qagħda ta' Malta u Ġibiltà bejn iż-żewġ sekli li għaddew. Aquilina jenfasizza dwar il-kuntest, biex iqanqal l-apprezzament stori- ku tal-qarrej. Jgħinna nifhmu kif il-ħsieb dwar l-importan- za tal-Mediterran bħala bieb għall-oċeani, kien wieħed komuni għall-forzi li kienu jew xtaqu jiddominaw f 'dak il-perjodu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 July 2026