MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546038

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 2 T'AWWISSU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti L-artist viżjonarju Josef Kalleya skopert mill- ġdid f 'pubblikazzjoni ġdida ta' Heritage Malta Heritage Malta nediet 'Josef Kalleya: Sculptor, 1898–1998: His Art, Dreams and Visions', pubblikazzjoni ġdida mill- pinna ta' Joseph Paul Cassar li toffri l-ewwel studju sħiħ dwar wieħed mill-aktar artisti moderni oriġinali ta' Malta, li għal żmien twil ma ngħatax l-apprezzament mistħoqq. Il-ktieb huwa l-ħames volum fis-sensiela ta' Heritage Malta dwar artisti Maltin, editjata miċ-Chairman ta' Heritage Malta u d-Direttur ta' MUŻA – Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti fil-Komunità, Mario Cutajar, flimkien mal-Manager Anzjan tad-dar tal-pubblikazzjonijiet ta' Heritage Malta, Godwin Vella. F'din l-aktar żieda riċenti, l-is- tudjuż tal-arti magħruf, artist u ħabib ta' Kalleya, Joseph Paul Cassar, jippreżenta stħarriġ det- taljat li jagħti ħarsa ġdida lejn ix-xogħol ta' Josef Kalleya permezz ta' sorsi primarji: l-arti nnifisha, il-kitbiet tal-artist, intervisti, ritratti u dokumenti oħrajn mill-arkivji. B'għexieren ta' snin ta' riċerka fil-bagalja tiegħu, Cassar jeżamina l-għeruq ta' Kalleya, l-istudji tiegħu f 'Ru- ma u r-rwol tiegħu fil-movi- ment tal-arti moderna f 'Malta. Huwa jħares lejn it-twem- min reliġjuż qawwi li Kalleya kien iħaddan u kif it-teoloġija tat-tama kienet parti integra- li mill-arti tiegħu, flimkien mat-teknika artistika tiegħu, l-iskizzi, il-wirjiet u l-proġetti li qatt ma twettqu. Il-ktieb iqiegħed ix-xogħlijiet tiegħu fil-kuntest kemm tal-arti Maltija kif ukoll ta' dik inter- nazzjonali. Ir-riżultat huwa perspettiva kritika ġdida fuq artist li l-viż- joni tiegħu antiċipat żviluppi fl-arti moderna u kunċettwali ħafna qabel ma dawn bdew jiġu aċċettati b'mod usa' lokalment. Imwieled il-Belt Valletta fl-1898, Kalleya ddedika kważi seklu sħiħ għall-arti. Mużiċist ta' ħila li kien ukoll jirreċta fit-teatru meta kien għadu ċke- jken, aktar tard huwa ttraduċa l-istess enerġija kreattiva tiegħu f 'lingwaġġ artistiku personali ħafna li sfida t-tradizzjoni. Għalkemm kien reliġjuż ħaf- na, il-viżjoni moderna tiegħu kienet spiss tpoġġih kontra l-as- pettattivi artistiċi u teoloġiċi ta' żmienu, u dan wassal biex bosta proġetti ambizzjużi pubbliċi u reliġjużi tiegħu ma twettqu qatt. Fost l-ammont kbir ta' tagħrif ġdid li toffri l-pubblikazzjoni hemm il-proċess kreattiv mhux tas-soltu ta' Kalleya. Huwa kien jemmen li l-esplorazzjoni artistika kienet aktar importanti mill-permanenza tax-xogħol innifsu, u għalhekk kien spiss jieħu ritratti tal-iskulturi tiegħu qabel ma jeqridhom sabiex jerġa' juża t-tafal f 'xogħlijiet ġodda. Minħabba dan, ħaf- na mill-kreazzjonijiet tiegħu baqgħu jeżistu biss permezz ta' ritratti u kitbiet, li jagħmel din il-pubblikazzjoni dokument imprezzabbli dwar dan il-legat artistiku. Din il-ġabra tħares ukoll lejn mumenti kruċjali fil-ħajja ta' Kalleya, fosthom is-sħubi- ja tiegħu tul sittax-il sena mas-Soċjetà M.U.S.E.U.M. ta' San Ġorġ Preca, li event- walment telaq minnha wara li n-natura kurjuża tiegħu dejqet lil membri oħra, kif ukoll l-għeluq tal-unika skola tat-tpinġija tan-nudi f 'Malta, li Kalleya kien waqqaf fil-Belt Valletta fl-1936, wara li qalgħet kritika fil-klima konservattiva ta' dak iż-żmien. Waqt it-tnedija tal-ktieb, is-Sur Cutajar ikkummenta: "Kalleya jġiegħlek tistaqsi. Artist sħiħ, li dan il-ktieb jippreżentah fit-totalità tiegħu. Id-dar tal-pubblikazzjonijiet ta' Heritage Malta hija mitq- lu deheb biex, bħall-aġenzija nnifisha, tagħti tifsira usa' lill-aċċessibbiltà. Huwa ktieb li għandu jkun f 'idejn min irid ikun jaf iktar. Ktieb ieħor f 'din is-sensiela li tressaq l-arti aktar lejn in-nies – fuq kollox bħall-viżjoni l-ġdida ta' MUŻA, li fetħet iktar beraħ il-bibien tiegħu, biex wieħed japprezza l-kreattività u s-sehem tal-artist Malti fil-formazzjoni tal-iden- tità Maltija." Ħafna mill-kreazzjonijiet ta' Kalleya baqgħu jeżistu biss permezz ta' ritratti u kitbiet, li jagħmel din il-pubblikazzjoni dokument imprezzabbli dwar dan il-legat artistiku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 August 2026