Jumejn qabel kellu jixhed
fil-kumpilazzjoni tax-xhieda
kontra Yorgen Fenech fl-2020
fil-każ tal-qtil ta' Daphne
Caruana Galizia, Keith Schem-
bri rċieva telefonata minn
persuna "importanti ħafna"
li qaltlu li Gianluca Caruana
Curran u Charles Mercieca,
avukati għal Fenech, riedu
jiltaqgħu miegħu.
Dan stqarru Schembri stess
dil-ġimgħa, waqt ix-xhieda u
l-kontroeżami tiegħu fil-ġuri ta'
Fenech.
Hu qal li kien iltaqa' maż-żewġ
avukati, li allegatament qalulu:
"Għin lil Yorgen".
Huwa sostna li r-risposta tiegħu
kienet, "Kif nista' ngħinu aktar
milli diġà għentu?"
Schembri xehed ukoll li kien in-
furmat li Johann Cremona, xhud
importanti ieħor f 'dan il-ġuri,
kien ġie offrut €200,000 u aktar
tard €400,000 biex jixhed favur
Fenech.
Fil-ġuri ta' Fenech, akkużat
li kien il-moħħ wara l-qtil ta'
Daphne Caruana Galizia fl-
2017, kienet ġimgħa ta' xhieda
importanti, konfronti mqanqla
u stqarrijiet u akkużi li ma sma-
jniex qabel.
IKOMPLI F' PAĠNA 3
ARA PAĠNI 5 - 8 u 11
www.illum.com.mt
NRU 1023
€1.50
IL-ĦADD 2 T'AWWISSU 2026
PAĠNA 8
Minkejja s-sistema
l-ġdida tal-Pulizija, ir-
residenti tas-Swieqi
jgħidu li l-problemi
għadhom ta' kuljum
FIX-XHIEDA TIEGĦU DIL-ĠIMGĦA, KEITH SCHEMBRI ALLEGA LI D-DIFIŻA TA' YORGEN FENECH
TALBITU JIXHED FAVUR YORGEN U LI OFFRIET €400,000 LIL JOHANN CREMONA BIEX UKOLL
JIXHED FAVUR FENECH, QAL LI MELVIN THEUMA HUWA "L-IKBAR GIDDIEB F'MALTA" U LI DARBA
SAB LIL DAVID GATT JISTENNIEH GĦARWIEN FL-UFFIĊĊJU TIEGĦU
ARA PAĠNA 2
Dwar il-
burlesk ħdejn
Ta' Ġieżu,
" il-Ministru
kien infurmat
ħażin"
IL-KAOS TA' KEITH
KEITH SCHEMBRI JĦALLI STRAĠI WARAJH FIL-ĠURI
F'DAK LI ĦAFNA QED IQISU BĦALA ATTENTAT BIEX
JIDDEVJA L-ATTENZJONI MINN FUQU
Il-Ministru Provinċjali
elett tal-Franġiskani
jgħid li l-problema
mhijiex il-festi jew
l-attivitajiet kulturali,
iżda l-istorbju,
l-imwejjed li jostakolaw
l-aċċess għall-knisja u
n-nuqqas ta' rispett lejn
min jixtieq jipprattika
l-fidi