Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546038
15 kotba IL-ĦADD 2 T'AWWISSU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa Ħaley Xuereb tistedinna nirriflettu dwar is-sengħa tal-kitba – anki jekk aħna qarrejja. Il-ktieb Bil-pinna u l-klamar jaf jgħinek tapprezza kif il-ktieb li tant xtaqt wasal għandek, imma anki dwar il-ħsieb il-ġdid li għandek u li tixtieq tiktbu u tippubblikah. Agħżel titlu WIEĦED minn dawn it-tnejn u ikteb bejn 100 u 150 kelma fuqu X'inhi din l-imbierka kitba kreattiva? Kbirna naraw "Il-Kitba Kreattiva" f 'titlu kbir u iswed fuq il-paġna ta' qabel tal-aħħar tal-karti tal-eżamijiet, u taħt dat-titlu, numru miktub li jgħidlek l-ammont ta' kliem li jeħtieġ tnixxi fi kreattività fuq il-paġna. Donnu mal-kel- ma kitba kreattiva nibqgħu mwaħħlin mal-paġni tal-kotba tal-iskola dwar kif tikteb ittra jew komponiment, jew ma' xi photocopy li tirriċikla l-istess pariri ġen- eriċi: show, don't tell, "uża l-aġġettivi". Imma bejn dawn il-pariri u l-esperjen- za tal-kitba, hemm daqsxejn ta' qabża. U illum, bid-demokratizzazzjoni tal-kitba, fejn iżjed nies qed jiktbu — jew tal-in- qas, jixtiequ jiktbu — tinħass il-bżonn ta' daqsxejn ta' gwida. U Bil-pinna u l-klamar ta' Antoinette Borg (Merlin Publishers), jagħmel eżatt hekk, mill-pinna u l-klamar ta' awtriċi stabbilita. L-ewwel ħaġa li laqtitni hija t-ton tiegħu. Borg ma tippruvax tbigħlek l-idea li sabet il-formula tas-suċċess jew li hemm mod wieħed kif tinkiteb storja tajba. Anzi, mill-bidu nett tagħmilha ċara li qed toffri għodda, mhux regola dehbiena. Fakkritni f 'dak li kien jgħid Aristotli meta kien jiddistingwi bejn l-episteme u t-techne: hemm differenza bejn li tkun taf xi ħaġa fit-teorija u bejn li titgħallem sengħa. Il-kitba, wara kollox, forsi hi aktar sengħa milli xjenza. Tista' taqra mitt ktieb dwar kif tikteb, imma fl-aħħar mill-aħħar inti trid toqgħod quddiem il-paġni l-vojta; humiex karti jħaxwxu jew Google Doc bil-cursor tpetpitlek, tegħmżek u tittantak, u tikteb. U hawnhekk jinsab wieħed mill-akbar merti ta' Bil-pinna u l-klamar. Il-ktieb ma jwigħedx li joħloq ġenji letterarji. Min- flok, iwiegħed xi ħaġa ferm aktar umli u, naħseb, ferm aktar utli: li jgħin lill-qarrej isir kittieb aħjar. Imma kemm tassew tista' titgħallem il-kitba? Jista' ktieb jgħallmek issir kittieb, jew jista' biss jgħallmek tikteb aħjar? Naħseb li hemm ċerta kultura, speċ- jalment illum, li xxaqleb lejn iż-żewġ estremi. Hemm min jemmen li kulħadd għandu storja x'jirrakkonta u għalhekk kulħadd jista' jkun rumanzier. U hemm min jemmen il-kontra: li l-kitba hija xi don misterjuż li jew twelidt bih jew le. Il-verità probabbilment tinsab xi mkien fin-nofs. Il-vuċi ma tistax tiġi mmanifatturata, u lanqas l-immaġinazzjoni. Dak li jista' jiġi mgħallem, iżda, huwa s-sengħa. L-istrut- tura tista' titjieb. Id-djalogu jista' jis- saħħaħ. Il-karattri jistgħu jsiru aktar kred- ibbli. Ir-ritmu jista' jiġi rfinat. Ir-reviżjoni tista' tiġi mgħallma. U proprju dawn l-aspetti li Borg tindirizza matul il-ktieb kollu, b'mod ċar, organizzat u prattiku. Din id-diskussjoni ssir aktar interessanti fi żmienna, fejn qatt ma kien daqshekk faċli li tipproduċi l-kliem, tippubblika, tinqara, jew saħansitra titlob magna tikteb ħdejk. Għandna l-pjattaformi tal-midja soċjali, u għandna din il-possibbiltà kważi immedjata, bit-tajjeb u l-ħażin kollu tagħha, li wieħed jasal għand qarrejja ġodda. Iżda din il-faċilità kultant tqarraq bina. Tipperswadina li kull min kapaċi jniżżel punt u virgola wara oħra, huwa awtoma- tikament kittieb. Li tipproduċi test sar sempliċi immens. Imma li tkun kittieb ma saritx aktar faċli. Imma differenza bejn min jipproduċi test, u bejn minn tassew għandu xi ħaġa xi jgħid. Il-kapitli ta' Bil-pinna u l-klamar huma qosra, konċiżi u prattiċi. Tista' taqrah minn qoxra sa qoxra, imma tista' wkoll tiħu kull darba li teħel fuq problema par- tikolari. Għandek diffikultà bid-djalogu? Hemm kapitlu għalih. Tħoss li l-plott qed ikaxkar kemxejn iżżejjed? Hemm kapitlu għal dak ukoll. L-awtriċi hawnhekk iżjed taħtar ruħha ħabiba oġġettiva matul il- proċess tal-kitba kollu milli tagħti ktieb li taqrah darba u twarrbu fuq l-ixkaffa. Interessanti wkoll li l-ktieb jagħti spazju lill-proċess tal-pubblikazzjoni. Hija tema li ħafna kotba isemmuha biss fil-qosor, kważi bħala appendiċi. Hawnhekk, minflok, Borg tieħu l-ħin biex tispjega x'jiġri minn meta manuskritt jasal għand pubblikatur sa meta, jekk kollox jimxi ħarir, u anke jekk bi it skossi, jispiċċa fuq l-ixkaffa tal-ħanut. U hekk, jitneħħew ħafna mill-miti li jduru mal-pubblikazzjoni u jfakkruk li l-ktieb ma jgħaddix minn venja kreattiva biss, imma, li l-infiltrazzjoni tal-proċess kummerċjali ssibha fil-kotba wkoll. Naturalment, min qara kotba klassiċi dwar il-kitba kreattiva mhux se jsib ideat ġodda. Il-prinċipji li tiddiskuti Borg — il-karattri, il-plott, ir-reviżjoni — huma kollha magħrufa sew. Imma naħseb li jkun inġust li nqisu l-ktieb b'dak il-kejl. Il-valur tiegħu mhux li jagħmel il-gabirjoli u jġebbed lilu nnifsu biex jivvinta teoriji ġodda, imma li jiġbor dak l-għarfien kollu u jqiegħdu f 'kuntest Malti. Dak waħdu huwa kontribut tad-deheb. Jekk hemm limitazzjoni, hija kważi inevitabbli. Għax jipprova jmiss kważi kull aspett tal-kitba kreattiva, ċerti temi ma jistgħux jidħlu fil-fond. Xi kapitli jispiċċaw aktar introduzzjoni milli diskussjoni es- tensiva. Imma forsi lanqas seta' jkun mod ieħor. Ktieb bħal dan irid jagħżel bejn il-fond u l-firxa, u Borg għażlet il-firxa. Nemmen li kienet l-għażla t-tajba. Fl-aħħar mill-aħħar, l-akbar mertu ta' Bil-pinna u l-klamar huwa wieħed ikbar mill-pariri li jagħti. F'letteratura żgħira bħal tagħna, mhux biżżejjed li jkollna kit- tieba taádwar il-kitba nnifisha, li jagħmlu s-sengħa aktar aċċessibbli u li juru li l-kit- ba mhijiex xi talent mistiku li jew twelidt bih jew le. Jagħmel pass żgħir, f 'mitejn spunt, imma importanti, biex il-kultura tal-kitba kreattiva bil-Malti ssir it aktar matura.

