Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546038
opinjoni illum • IL-ĦADD 2 T'AWWISSU 2026 09 "Dak li jidher bħala "skont" ħafna drabi jkun prezz moħbi. Il- familja tkun qed tħallas b'mod ieħor: b'nuqqas ta' sigurtà, b'ansjetà kostanti u bil-biża' li titlef id-dar tagħha minn ġurnata għall-oħra." Shadow Minister għall-Politika Soċjali, il-Familja u l-Housing Soċjali IVAN BARTOLO L -akkomodazzjoni hija dritt fundamentali, mhux lussu. Madankol- lu, għal eluf ta' familji u individwi f 'Malta, il-kera saret waħda mill-akbar piżijiet finanz- jarji. Minkejja li jeżisti s-Sussidju tal-Kera, ir-realtà hi li s-suq mexa b'pass ferm aktar mgħaġġel mill-għajnuna li qed tingħata. Il-Gvern introduċa skema importanti li għandha l-għan li tiżgura li familji eleġibbli ma jonfqux aktar minn 25% tad- dħul tagħhom fuq il-kera, sa ċerti limiti massimi ta' kera u eleġibbiltà. Din kienet riforma pożittiva u pass fid-direzzjoni t-tajba. Fil-verità, ma kellux triq oħra. Iżda llum irridu nistaqsu mistoqsija importanti: dawn il-limiti għadhom jirriflettu r-re- altà tas-suq tal-kera tal-2026? Kulħadd jaf li l-prezzijiet tal-kera żdiedu sostanzjalment. F'ħafna lokalitajiet, appartament modest illum jinkera b'am- mont li it snin ilu kien jitqies eċċessiv. Dan ifisser li ħafna familji qed iħallsu ħafna aktar milli kienet maħsuba l-iskema oriġinali. Skont l-aħħar statisti- ka tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), kważi kwart tal-persuni li jgħixu f 'Mal- ta jqisu l-ispejjeż tad-djar bħala piż finanzjarju kbir. Għal dawk li jinsabu f 'riskju ta' faqar jew esk- lużjoni soċjali, dan il-perċentwa- li huwa saħansitra ogħla. Din mhijiex sempliċement kwistjoni ta' numri. Hija kwistjo- ni ta' dinjità. Meta familja tkun qed tonfoq parti kbira mid-dħul tagħha fuq il-kera, il-flus li jibqgħu jridu jkopru l-ikel, il-kontijiet, il-mediċini, it-trasport, l-eduka- zzjoni tat-tfal u kull spiża oħra tal-ħajja. F'dawn iċ-ċirkostanzi, mhux sorprendenti li ħafna ma jkunux jistgħu jiffrankaw, ma jkunux jistgħu jixtru dar u jgħixu b'ansjetà kontinwa. Nemmen li wasal iż-żmien li nħarsu lejn is-sussidju tal-kera b'mod ġdid. Minflok sistema li tiddependi fuq limiti li jistgħu jsiru skaduti, għandna noħolqu mekkaniżmu li jiġi aġġornat regolarment skont il-prezzijiet reali tas-suq. Jekk il-kera tkompli tiżdied iżda s-sussidju jibqa' l-istess, il-famil- ji se jkomplu jitilfu l-poter tal-akkwist tagħhom sena wara sena. Fl-istess ħin, il-prinċipju li familja m'għandhiex tonfoq aktar minn persentaġġ raġonevoli tad- dħul tagħha fuq il-kera għandu jibqa' l-qalba tal-politika tal-ak- komodazzjoni. Meta l-ispiża tal- kera taqbeż dak il-livell, il-politi- ka pubblika għandha tintervjeni biex tipproteġi lill-aktar vulner- abbli. Nixtieq nara wkoll reviżjoni annwali awtomatika tal-limiti tal-kera eleġibbli, ibbażata fuq l-andament tas-suq. Dan jevita li kull it snin inkunu qed nirreal- izzaw li l-għajnuna m'għadhiex tlaħħaq mar-realtà. Il-Budget li ġej għandu jkun opportunità biex il-Gvern juri li qed jisma' l-vuċi ta' dawk li qed jikru. Din mhijiex kwistjoni partiġġja- na. Hija kwistjoni ta' ġustizzja soċjali. U għalhekk nappella lill-Gvern sabiex: jirrevedi l-limiti tas-Sus- sidju tal-Kera skont il-prezzijiet attwali tas-suq; jaġġorna dawn il-limiti kull sena b'mekkaniżmu trasparenti; isaħħaħ l-għajnu- na għal familji bi dħul baxx u medju; u jkompli jinvesti f 'aktar akkomodazzjoni affordabbli sabiex tonqos il-pressjoni fuq is-suq privat. Il-familji li qed jikru mhumiex qed jitolbu trattament speċjali. Qed jitolbu biss li politika li kienet tajba meta nħolqot tibqa' relevanti għar-realtà tal-lum. Pajjiż li verament jemmen fil-ġustizzja soċjali ma jistax iħalli familji jaħdmu full-time u xorta jispiċċaw ibatu biex iħallsu l-kera. L-akkomodazzjo- ni hija l-pedament tal-istabbiltà soċjali. Meta familja tkun sigura fid-dar tagħha, ikollha aktar ċans tibni futur aħjar, trabbi lit- tfal b'serħan il-moħħ u tikkon- tribwixxi aktar lis-soċjetà. Il-kriżi tal-kera f 'Malta ma tfissirx biss li l-prezzijiet għolew. Għal ħafna familji tfisser ansjetà ta' kuljum, il-biża' li ma jaslux sal-aħħar tax-xa- har, u deċiżjonijiet diffiċli biex iżommu saqaf fuq rashom. Meta d-dħul ma jibqax ilaħħaq mal-kera, xi nies iħossuhom bla għażla. Hemm familji li, biex iħallsu inqas, jaċċettaw li jikru propr- jetà mingħajr kuntratt reġistrat. Jidher li qed jiffrankaw xi flus, iżda fir-realtà ħafna drabi jkunu qed jidħlu f 'sitwazzjoni ferm aktar perikoluża. Mingħajr kuntratt uffiċjali, il-kerrej jista' jispiċċa mingħajr protezzjo- ni legali, jista' jitkeċċa f 'qasir żmien, u ma jkollux prova ċara tad-drittijiet tiegħu. Dak li jidher bħala "skont" ħafna drabi jkun prezz moħ- bi. Il-familja tkun qed tħal- las b'mod ieħor: b'nuqqas ta' sigurtà, b'ansjetà kostanti u bil- biża' li titlef id-dar tagħha minn ġurnata għall-oħra. F'ċertu sens, din issir forma ta' sfruttament. Min jinsab f 'diffikultà finanz- jarja jkun vulnerabbli u xi drabi jispiċċa jaċċetta kundizzjonijiet li qatt ma kien jaċċetta kieku kellu alternattiva. L-akbar piż jaqa' fuq it- tfal. Huma għandhom bżonn stabbiltà, mhux inċertezza dwar jekk għada jkollhomx fejn jgħixu. Id-dar mhijiex biss erba' ħitan; hija l-post fejn tinbena l-paċi tal-familja u l-futur tat- tfal. Għalhekk hemm bżonn li l-politika dwar il-kera tħares aktar lejn ir-realtà tal-familji. Is-sussidji għandhom jirriflettu l-prezzijiet veri tas-suq, filwaqt li jkun hemm infurzar aktar b'saħħtu kontra kirjiet irregolari u aktar għajnuna għal dawk li qed ibatu biex iħallsu l-kera. Nittama li fil-Budget li ġej il- Gvern jagħti prijorità lil dawk li qed jikru. Mhux b'wegħdi ġener- iċi, iżda b'miżuri konkreti li jirri- flettu l-isfidi reali li qed jaffaċċ- jaw il-familji Maltin u Għawdxin kuljum. Għax il-ġustizzja soċjali tibda minn dar li wieħed jista' verament jaffordja. Il-Budget irid jagħti nifs ġdid lill- familji li qed jikru Kważi kwart tal-persuni li jgħixu f 'Malta jqisu l-ispejjeż tad-djar bħala piż finanzjarju kbir

