MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546132

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

"Għalija, Yorgen Fenech biss kien il-moħħ wara l-qtil." Kien dan il-messaġġ ċar li Melvin euma wassal lill-ġurati nhar il-Ġimgħa, meta beda jagħti x-xhieda tiegħu fil-ġuri ta' Yorgen Fenech dwar il-qtil ta' Daph- ne Caruana Galizia. eu- ma qal li beda jirrekordja bil-moħbi l-konversazz- jonijiet tiegħu ma' Fenech għax kien konvint li seta' jispiċċa maqtul jew il-ħabs. Għalih, ir-reġistrazzjonijiet kienu forma ta' protezzjoni u l-unika garanzija li kellu biex jipproteġi lilu nnifsu. Iżda din il-ġimgħa tqajmu wkoll mistoqsijiet dwar ix-xhieda ta' Dr Adrian Vella. Waqt il-kontro-eżami tiegħu ħarġu differenzi u punti li d-difiża kkontestat dwar dak li qal qabel u dak li qed jgħid issa, fosthom dwar il-kuntatti tiegħu ma' Fenech u Keith Schembri u d-dokumenti li qal li rċieva mingħand Schembri biex iwassalhom lil Fenech. U mbagħad kien hemm il-messaġġi li juru kemm kienet mill-qrib ir-relazzjoni bejn Fenech u Silvio Valletta, dak iż-żmien Deputat Kum- missarju tal-Pulizija. Valletta sejjaħ lil Fenech "l-aqwa ħabib" tiegħu, filwaqt li chats oħra wrew kuntatti person- ali u gruppi li fihom kienu membri wkoll Keith Schem- bri u uffiċjali oħra. Flimkien, dawn ix-xhie- da u l-messaġġi qed jagħtu stampa dejjem aktar kum- plessa ta' relazzjonijiet per- sonali, kuntatti mal-poter u biża' li kienu jdawru l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. ARA PAĠNI 5 - 7 www.illum.com.mt NRU 1024 €1.50 IL-ĦADD 9 T'AWWISSU 2026 PAĠNA 16 Terms apply. €4.95 / month Stream, surf, chat. Endless Mobile Plans AI generated content Il-Konvoj ta' Santa Marija: Simbolu ta' fidi, sagrifiċċju u tama ARA PAĠNA 3 Il-maġġoranza huma favur l-ewtanasja volontarja 'GĦALIJA, YORGEN BISS KIEN IL-MASTERMIND' – MELVIN THEUMA Kważi nofs il-votanti jappoġġjaw l-ewtanasja għal pazjenti b'marda terminali, filwaqt li huma biss 29% li huma kontra. L-appoġġ jitla' għal 62% fost dawk ta' bejn 36 u 50 sena, filwaqt li 55% tal-votanti Laburisti u 44% tal-votanti Nazzjonalisti jaqblu mal-ewtanasja volontarja. IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH FUQ IL-QTIL TA' DAPHNE CARUANA GALIZIA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 August 2026