Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546132
02 aħbarijiet IL-ĦADD 9 T'AWWISSU 2026 • illum Bastion Nights Under the Stars Jazz Nights every Wednesday evening and a specially curated à la carte dining experience. Mediterranean Barbecue every Tuesday & Thursday evening accompanied by live entertainment. +356 2122 5241 Bastion Restaurant - The Phoenicia Malta | Scan to learn more Raġel jammetti li attakka u hedded li joqtol lil martu wara li rrappurtatu Raġel ta' 46 sena għandu bżonn jħallas multa ta' €58 wara li ammetta għall- akkużi li hedded li joqtol lil martu u li sawwatha b'flixkun ta' ilma, wara rapport li sar mill-vittma stess kontra żewġha fil-5 ta' Awwissu. Il-Qorti semgħet kif l-inċident seħħ fit-18 ta' Ġunju, meta l-akkużat ċempel ripetutament lil martu. Hija ma weġbitx għax kienet ix-xogħol. Huwa mar jiġborha bil-karozza waqt li kienet miexja lejn id-dar mix-xogħol fil-Qawra. Kif daħlet fil-vettura, huwa hedded li joqtolha, ħadilha il-flixkun tal-plastik li kellha f 'idha u sawwatha bih. Risk-assessement li saret sussegwentement kklassifikat is-sitwazzjoni tal-vittma bħala waħda ta' high risk. Il-vittma, li kienet preżenti fil-awla, kkonfermat li l-koppja m'għandhomx tfal. Waqt is-seduta, il-Magistrat ħeġġet lill- mara biex ma tiżvelax fejn qed tirrisjedi bħalissa sabiex ir-raġel ma jkunx jista jsib fejn qed tgħix. Hija kkonfermat li ħalliet ir- residenza komuni tagħhom, tat iċ-ċwievet lura lill-sid il-kera, u bħalissa qed tgħix f 'post sigur 'il bogħod minn żewġha. L-akkużat kien qed jiffaċċja akkużi relatati ma' attakk fuq martu u theddid. Id-difiża ma kkontestatx l-arrest filwaqt li l-akkużat ammetta għall-akkużi kollha miġjuba kontrih. Il-Qorti imponiet multa ta' €58 għall- akkuża prinċipali li kienet tirrappreżenta kontravvenzjoni. Miegħu ngħata wkoll ordni ta' trażżin għal sentejn favur il-vittma fuq talba tal-parte civile. Il-Qorti ma opponietx din it-talba u saħqet li hija wkoll favur li jingħata ordni ta' trattament lill-akkużat. Għaldaqstant, il- Qorti ordnat ordni ta' trattament ta' sentejn li teħtieġ intervent psikoloġiku u psikjatriku biex jindirizza l-problemi ta' saħħa mentali li qed jaffettwaw iż-żwieġ tagħhom. Għalkemm li ħarġet ordni ta' trażżin, il-koppja jibqgħu miżżewġin skont il-liġi waqt li r-raġel ikun qed isegwi t-trattament ordnat mill-Qorti. Il-Qorti kienet preseduta mill-Magistrat Tanya Sammut. L-Ispettur Sherona Buhagiar mexxiet il- prosekuzzjoni. L-Avukat Silvan Pulis deher għad-difiża.

