Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546132
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 9 T'AWWISSU 2026 JAMES DEBONO Kważi nofs il-Maltin jappoġġjaw l-introduzzjoni tal-ewtanasja volontarja għal pazjenti adulti morda terminalment, skont stħarriġ ġdid ta' MaltaToday, bl-appoġġ jibqa' stabbli meta mqabbel ma' stħarriġ simili li sar is-sena l-oħra. L-istħarriġ juri li 49.5% jaqblu li pazjenti li ngħataw sitt xhur ħajja mit-tobba għandu jkollhom id-dritt legali li jtemmu ħajjithom bl-għajnuna medika. 29.1% huma kontra, filwaqt li 21.5% għadhom indeċiżi. Meta jitneħħew dawk li għad- hom ma ddeċidewx, l-appoġġ għall-ewtanasja jitla' għal 63%, jiġifieri kważi żewġ terzi ta' dawk li għandhom pożizzjoni ċara. Maġġoranza favur fost il- votanti PL u PN L-istħarriġ juri li maġġoranza tal-votanti taż-żewġ partiti ewlenin huma favur l-ewtanasja, għalkemm l-elettorat Laburista huwa aktar favur minn dak Nazzjonalista. Maġġoranza ta' 55% tal-votanti La- buristi jappoġġjaw l-ewtanasja għal pazjenti terminali, meta mqabbla ma' maġġoranza relattiva ta' 44% tal-votanti Nazzjonalisti. L-appoġġ fost il-votanti PN żdied bi 13-il punt fuq is-sena l-oħra, filwaqt li fost il-votanti PL naqas b'seba' punti. Din il-bidla tista' tkun parzjalment marbuta mal-bidla fil-kompożizzjoni tal-elettorat Naz- zjonalista wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Qasma ċara skont l-età Hemm ukoll qasma ċara skont l-età. L-appoġġ huwa l-ogħla fost dawk ta' bejn 36 u 50 sena, bi 62%, segwit minn 57% fost dawk taħt il-35 sena. Dan jinżel għal 53% fost dawk bejn 51 u 64 sena u għal 31% biss fost dawk ta' aktar minn 65 sena. F'dan il-grupp, 45% huma kontra l-ewtanasja volontarja. L-irġiel huma aktar favur min-nisa, b'54% tal-irġiel jappoġġ- jaw il-proposta, meta mqabbla ma' 45% tan-nisa. F'termini ġeografiċi, l-appoġġ ivarja minn 54% fir-reġjun tax- Xlokk għal 53% fir-reġjun tal-Port tat-Tramuntana u 44% f 'Għawdex. Ir-reliġjon u l-opinjoni dwar l-ewtanasja Għall-ewwel darba, l-istħarriġ talab lil dawk li wieġbu jindikaw ma' liema reliġjon jew twemmin reliġjuż jidentifikaw, biex din l-informazzjoni tkun tista' tintuża biex tiġi analizzata r-relazzjoni bejn it-twemmin reliġjuż u l-opinjoni dwar l-ewtanasja. Fost il-Kattoliċi prattikanti, 40% huma favur l-ewtanasja għal paz- jenti terminali, filwaqt li 36% huma kontra u 24% għadhom indeċiżi. Fost il-Kattoliċi li ma jipprattikawx, l-appoġġ jitla' għal 72%, filwaqt li jilħaq 80% fost l-atei u l-agnostiċi u 88% fost dawk li jemmnu f 'Alla iżda ma jidentifikawx ma' reliġjon partikolari. 47% favur ewtanasja għal persuni b'mard newrodeġenerattiv L-istħarriġ eżamina wkoll jekk l-ewtanasja għandhiex tkun estiża għal persuni b'mard newrodeġen- erattiv, bħal ALS, anke meta jkollhom aktar minn sitt xhur ħajja. 47% jappoġġjaw din il-possibbiltà, filwaqt li 31% huma kontra. Iżda l-appoġġ jonqos meta l-ewtanasja tiġi estiża għal persuni li jbatu minn kundizzjoni ta' wġigħ li mhix terminali. F'dan il-każ, 29% biss huma favur, filwaqt li 43% huma kontra u 29% għadhom indeċiżi. Fost iż-żgħażagħ, madankollu, l-opinjoni hija aktar favorevoli għal din il-forma usa' ta' ewtanasja: 38% kemm ta' dawk taħt il-35 sena kif ukoll ta' dawk bejn 36 u 50 sena jappoġġjawha. L-appoġġ jinżel għal 26% fost dawk bejn 51 u 64 sena u għal 16% biss fost il-pensjonant. Exclusive discounts for Mapfre Clients! App Scan Scan Scan the QR Code the QR Code the QR Code & & & download download download the app now! the app now! the app now! Scan the QR Code & download the app now! Maġġoranza tal-votanti taż-żewġ partiti ewlenin huma favur l-ewtanasja

