MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546132

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 9 T'AWWISSU 2026 • illum 04 JAELLE BORG Filmat ippubblikat fuq Facebook reġa' qanqal rabja fost ir-resi- denti tas-Swieqi. Fih jidher raġel jersaq lejn karozza pparkjata u jagħmel ħsara fil-mera tal-ġenb tagħha – azzjoni li, għal min jgħix fil-lokalità, ma tidhirx aktar bħa- la xi ħaġa li tista' sempliċement titwarrab bħala episodju iżolat. Resident li tkellem magħna qal li l-persuna fil-filmat kienet turist, u sostna li episodji ta' van- daliżmu baqgħu jseħħu minkejja ż-żieda fil-preżenza tal-Pulizija billejl u l-introduzzjoni ta' multi fuq il-post. Il-każ jitfa' mill-ġdid l-attenzjoni fuq mistoqsija li ilha tberren fost dawk li jgħixu f 'din il-lokalità: x'hemm bżonn biex il-konsegwen- zi jsiru deterrent reali? "Il-mistoqsija li qed nagħmlu lkoll hija jekk din hix deterrent, jew sempliċement sors ieħor ta' dħul għall-Gvern," qal resident b'referen- za għaż-żieda fil-penali amminis- trattivi għal ċerti reati minuri minn €25 għal €50. Fil-fehma tiegħu, €50 mhix biżżejjed. Skontu, jekk l-għan hu li min ikun se jwettaq att ta' vandaliżmu jew imġiba antisoċjali jaħsibha darbtejn, il-penali trid tkun ferm aktar qawwija – hu jsemmi multa ta' madwar €200 bħala livell li jista' jkollu impatt aktar serju. Il-Gvern kien ħabbar li persuni barranin li mhumiex residenti f 'Malta jistgħu jingħataw multi fuq il-post, b'pagament elettroniku im- medjat. Il-miżura kienet tħabbret proprju bħala mezz biex jissaħħu d-deterrent u l-infurzar, fosthom f 'każijiet ta' storbju eċċessiv u rimi ta' skart. U kien hemm każijiet fejn dawn il-poteri ntużaw. F'Lulju, il-Pulizija qalet li 12-il żagħżugħ fis-Swieqi ngħataw madwar €2,000 f 'multi bejniethom, imħallsa fuq il-post, wara rapporti ta' storbju u ksur tal-ordni u l-paċi pubblika, kif ukoll rimi illegali ta' skart. Fl-istess każ, spezzjonijiet mill-Awtorità Maltija għat-Tu- riżmu wasslu biex blokka ta' appar- tamenti tieqaf topera sakemm jiġu indirizzati nuqqasijiet regolatorji. Għal xi residenti, din hija prova li meta l-awtoritajiet ikollhom ir-riżorsi u jaġixxu b'mod koordi- nat, jistgħu jiksbu riżultati. Iżda għal oħrajn il-mistoqsija tibqa': kemm irid ikun hemm każijiet qabel ma l-biża' tal-konseg- wenzi tibda tipprevjeni l-azzjoni minn qabel? Il-Pulizija mhux il-problema, jgħidu residenti Fl-istess ħin, il-kritika minn ġewwa s-Swieqi mhix neċessar- jament diretta lejn il-Pulizija li jaħdmu fil-lokalità. F'kitba fuq il-midja soċjali, Jordan Galea Pace, viċi sind- ku tas-Swieqi faħħar il-ħidma tal-Community Police tas-Swieqi u saħaq li meta wieħed jitkellem dwar nuqqas ta' infurzar għandu jagħmel distinzjoni bejn il-ħidma tal-uffiċjali u r-riżorsi li jingħatawl- hom. "Fis-Swieqi naħseb għandna fost l-aqwa Community Police f 'Malta," kiteb. Skont Galea Pace, iż-żieda fil-preżenza tal-Pulizija matul il-lejl qed turi x'jista' jsir meta jkun hemm aktar riżorsi: interventi aktar rapidi, aktar ħin biex jiġu in- vestigati każijiet u aktar ċans li min jikser il-liġi jinqabad malajr. "Il-problema qatt ma kienet in- nuqqas ta' dedikazzjoni tal-Pulizija, iżda n-nuqqas ta' riżorsi," sostna. Din mhix problema ġdida għas-Swieqi. Il-lokalità, qrib Paceville u b'numru sostanzjali ta' kirjiet għal żmien qasir, ilha għal snin tesperjenza lmenti marbuta ma' storbju, ħsara lil proprjetà, skart u mġiba antisoċjali. Rapporti preċedenti ddokumentaw ukoll każijiet ta' mirja tal-karozzi mkissra u residenti frustrati minħabba l-impatt fuq il-kwalità tal-ħajja tagħhom. Aktar reċentement, il-Partit Nazzjonalista wkoll talab għal aktar riżorsi għall-Pulizija u għall-kun- silli lokali, u semma speċifikament problemi ta' storbju, vandaliżmu, skart u ordni pubbliku fis-Swieqi. "Billejl rajna titjib. Imma xi ngħidu għall-ġurnata?" Is-sors li tkellem magħna jirrikonoxxi li ż-żieda fl-infurzar billejl qed tagħmel differenza. Iżda jgħid li hemm vojt ieħor: il-ġurnata. "Veru li hemm multi fuq il-post u hemm aktar Pulizija billejl, imma matul il-ġurnata għad m'għandniex biżżejjed," qal. Għalih, il-preżenza tal-Pulizija waħedha lanqas ma tista' ssolvi kol- lox. Wieħed mill-aktar strumenti li jemmen li għandu jiġi estiż b'mod drastiku huwa s-CCTV. F'Mejju kienet tħabbret sistema ta' 30 kamera ġdida fis-Swieqi, iffinanzjata mill-Malta Tourism Authority u maħsuba biex tkun immonitorjata mil-LESA fuq bażi kontinwa. Imma s-sors jgħid li dan għadu ferm 'il bogħod minn dak meħtieġ. "Għandna bżonn mill-inqas 200 kamera," sostna. Dak in-numru huwa proposta tal-istess resident, mhux stima uffiċjali, iżda jirrifletti s-sens ta' frustrazzjoni li t-teknoloġi- ja eżistenti għadha ma tkoprix biżżejjed mit-toroq tal-lokalità. Mhux biss il-vandaliżmu: "Tmur mixja fis-Swieqi u tara l-iskart" Imbagħad hemm problema li ma tagħmilx l-istess storbju bħal mera ta' karozza li tinkiser, iżda li għar-residenti hija ħafna aktar kostanti: l-iskart. "L-ewwel irridu niffaċċjaw il-problema tal-iskart," qal is-sors. "Jekk tmur timxi fis-Swieqi, kul- ma tara huwa skart." Għalih, aktar CCTV jista' jkun ukoll għodda ta' infurzar kontra min joħroġ jew jarmi l-iskart kontra r-regoli. Il-problema tal-iskart fis-Swie- qi kienet diġà tqajmet flimk- ien ma' dik tal-kirjiet qosra u l-imġiba antisoċjali, fost ilmenti li boroż jinħarġu barra mill-ħinijiet stabbiliti u jibqgħu fit-toroq għal perjodi twal. Għal residenti li jitkellmu dwar il-kwalità tal-ħajja, dawn mhum- iex problemi separati. Il-flixkun mitfugħ barra, il-borża taż-żibel fit-triq, l-għajjat fis-sigħat bikrin u mera miksura huma lkoll partijiet minn stampa waħda: sens li żona residenzjali qed tkun imġiegħla ġġorr il-konsegwenzi ta' attività li testendi ferm lil hinn mill-bżonnijiet ta' dawk li jgħixu fiha. Wieħed mill-messaġġi li wasal għandna kien aktar qawwi: każi- jiet fejn tittieħed azzjoni għand- hom jingħataw pubbliċità, qal is-sors, sabiex kull min jaħseb li jista' "jintimida lir-residenti" jew jaġixxi bħallikieku huwa 'l fuq mil-liġi jiem li se jkun hemm konsegwenzi. Għalih, dak huwa l-element li għadu nieqes: mhux biss li l-liġi tiġi infurzata, iżda li l-infurzar ikun viżibbli biżżejjed biex ibid- del l-imġiba. Mistoqsijiet lill-Ministru jibqgħu mingħajr tweġiba Intant, intbagħtu numru ta' mistoqsijiet lill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà, immexxi mill-Ministru Glenn Bedingfield. Il-portafoll tiegħu jinkludi fost oħrajn il-Pulizija, l-infurzar tal- liġi u l-LESA. Il-Ministeru ġie mistoqsi dwar ir-reazzjoni tiegħu għall-filmat tal-ħsara fuq il-karozza fis-Swieqi u jekk jarax l-episodju bħala każ iżolat jew sintomu ta' problema akbar. Ġie mistoqsi wkoll x'se jsir dwar l-ilmenti ta' nuqqas ta' infurzar matul il-ġurnata; jekk hemmx pjan għal aktar Pulizija jew uffiċjali tal-infurzar; jekk il-Gvern hux lest jinvesti f 'aktar CCTV; kif iwieġeb għall-kritika dwar l-iskart; u x'mes- saġġ għandu għal residenti li jgħidu li l-kwalità tal-ħajja tagħhom qed tmur lura. Sal-ħin tal-pubblikazzjoni, ma waslet l-ebda risposta mill-Minis- teru. Għas-Swieqi, għalhekk, id-dibat- titu m'għadux sempliċement dwar jekk għandux ikun hemm infurzar. Aktar infurzar diġà beda jidher, partikolarment billejl. Il-mistoqsija issa hija jekk hux biżżejjed. Għax għal resident li jsib l-iskart quddiem daru, għal sid ta' karozza li jqum b'mera mkissra, jew għal familja li tistenna li triq residenzjali tibqa' proprju hekk – residenzjali – multa ta' €50 għandha tgħaddi minn test sem- pliċi: Qed twaqqaf il-problema, jew qed timmultaha biss wara li tkun diġà seħħet? '€50 SE JWAQQFUHOM?' FIS-SWIEQI, IR-RESIDENTI JRIDU INFURZAR LI VERAMENT JINĦASS Aktar Pulizija billejl u multi fuq il- post qed jagħtu sinjali ta' bidla, iżda residenti jgħidu li vandaliżmu, skart u nuqqas ta' sorveljanza għadhom jagħmlu parti mill-ħajja ta' kuljum. Il-mistoqsija tagħhom issa hija waħda: il-pieni huma deterrent biżżejjed? Is-Swieqi ilu għal snin tesperjenza lmenti marbuta ma' storbju, ħsara lil proprjetà, skart u mġiba antisoċjal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 August 2026