MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546284

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 23 T'AWWISSU 2026 • illum Il-mewt ta' Charlotte Zammit f 'Ħaż Żabbar din il-ġimgħa reġgħet fetħet ferita li Malta ilha ġġorr għal snin: il-qtil ta' nisa sempliċement għax huma nisa, ħafna drabi f 'kuntest ta' vjolenza domestika, relazz- jonijiet intimi, kontroll, thed- did u abbuż li jkunu ilhom għaddejjin. Zammit, ta' 44 sena, inqatlet b'tiri ta' arma tan-nar ġewwa proprjetà fi Triq Corrado, Ħaż Żabbar. Il-Pulizija arrestat lil Roderick Azzopardi, li magħha kellu relazzjoni, u sabet ukoll l-arma li allegatament intużat fil-qtil. Għaddejja inkjesta maġisterjali u l-investigazzjoni- jiet għadhom għaddejjin. Iżda dak li jagħmel il-każ ta' Charlotte par- tikolarment inkwetanti huwa dak li kien diġà magħruf dwar ir-relazzjoni tagħha mal-allegat aggressur. Skont il-Pulizija, Zammit kienet għam- let żewġ rapporti kon- tra Azzopardi, wieħed fl-2016 u ieħor fl-2017. Wara l-ewwel rapport, Azz- opardi kien tressaq il-Qorti fuq vjolenza domestika u fl-2017 kien ikkundannat sena ħabs wara li ammetta li weġġagħha, żammha kontra r-rieda tagħha u heddidha li joqtolha. Rapport ieħor fl-istess sena kien relatat ma' insulti, iżda għal dik l-ak- kuża kien ġie lliberat. Għalhekk, il-mistoqsija li terġa' tqum mhijiex biss kif mara spiċċat maqtula. Hija wkoll x'jiġri bejn l-ewwel sinjal ta' periklu u l-agħar tmiem possibbli. Malta diġà għandha stor- ja twila ta' nisa li nqatlu f 'ċirkostanzi li fihom il-vjolenza kienet marbuta ma' sieħeb, eks sieħeb jew membru tal-familja. Mill-bidu tas-snin 2000 kien hemm għexieren ta' nisa maqtu- la f 'Malta, bi 32 każ meqjusa femiċidji. Uħud mill-ismijiet forsi ma għadhomx jidhru fl-aħbarijiet ta' kuljum, iżda kull wieħed jirrappreżenta familja li ħajjitha nbidlet għal dejjem. Fl-2001, Vanessa Grech, ta' 22 sena, u bintha Ailey, li kellha biss 17-il xahar, inqatlu b'daq- qiet ta' sikkina. Fl-2003, Josette Scicluna, ta' 34 sena, inqatlet mill-eks sieħeb tagħha quddiem bintha ta' seba' snin. Fl-2009, Catherine Agius inqatlet mill-eks żewġha hekk kif kienet ħierġa minn fuq karozza tal-lin- ja f 'Raħal Ġdid, filwaqt li Maria Theresa Vella nqatlet f 'Bormla mill-eks sieħeb ta' bintha. Fl-2010, Christine Sammut inqatlet b'tiri ta' arma tan- nar mill-eks sieħeb tagħha f 'Ħad-Dingli. Sena wara, Karen Cheatle nstabet mejta fid-dar tagħha fil-Mellieħa, filwaqt li Irena Abadzhieva nqatlet f 'ap- partament f 'Buġibba. Fl-2012 kien hemm tliet każijiet oħra: Margaret Mifsud, Yvette Gajda u Meryem Bugeja, li kienet tqila b'tewmin. Fl-2015, Silvana Muscat instabet mejta fis-sodda tagħha f 'San Pawl il-Baħar wara li kienet ġiet imniffda ħames darbiet. Qabel mewtha kienet għamlet diversi rapporti lill- Pulizija kontra r-raġel separat minn magħha. Fl-2016, Caroline Magri u Eleanor Mangion inqatlu f 'żewġ każijiet separati. Magri kienet diġà marret għand il-Pulizija wara li l-eks sieħeb tagħha kien heddidha. Huwa spiċċa kkun- dannat 30 sena ħabs. Mangion, omm ta' tifla, instabet mejta f 'maħżen f 'Ħal Qormi wara li ġiet attakkata b'mannara. L-2018 ġabet magħha sensiela oħra ta' każijiet traġiċi. Lourdes Agius, omm ta' sebat itfal, instabet fgata fid-dar tagħha f 'Raħal Ġdid. Shannon Mak, Olandiża ta' 23 sena, inqatlet wara li ġiet imsawta, mogħtija bis-sieq u feruta f 'għonqha. Fl-istess sena, Maria Carme- la Fenech u Antonia Micallef inqatlu f 'Ħal Għargħur. Fl-2019, Maria Lourdes Bon- nici, ta' 70 sena, u bintha Ange- le, ta' 29 sena, instabu mejtin u parzjalment midfuna f 'għalqa barra l-Gudja. Is-suspettat kien bin Maria Lourdes u ħu Angele. Fl-2020, Chantelle Chetcuti, omm ta' żewġt itfal, inqatlet b'daqqiet ta' sikkina barra każin fiż-Żabbar. Il-każ tagħha kien qanqal tħassib ġdid dwar kemm il-vjolenza domestika setgħet tispiċċa fi qtil. Imbagħad wasal Jannar tal-2022 u l-qtil ta' Paulina Dembska, studenta Pollakka ta' 29 sena. Il-katavru tagħha nstab fl-Independence Gardens, is-Sliema, fejn kienet tmur regolarment biex titma' l-qtates. Abner Aquilina jinsab akkużat bl-istupru u l-qtil tagħha. Fl- 2026, il-Qorti ddikjaratu kapaċi jaffaċċja proċess wara li esperti psikjatriċi kkonkludew li jista' jifhem il-proċeduri u jipparteċi- pa fid-difiża tiegħu. Ftit xhur wara, f 'Novembru 2022, Malta kellha każ li wassal għall-ewwel prosekuzzjoni taħt ir-reat aggravat ta' femiċidju in- tenzjonat. Bernice Cassar, omm ta' żewġt itfal, inqatlet b'tiri ta' arma tan-nar hekk kif kienet sejra għax-xogħol fiż-żona ta' Kordin. Cassar kienet irrappur- tat diversi episodji ta' vjolenza u theddid qabel inqatlet. Fl-2025, Roderick Cassar ammetta l-qtil u ngħata 40 sena ħabs. Il-każ ta' Bernice jibqa' wieħed mill-aktar eżempji qa- wwija tal-mistoqsija dwar jekk is-sistema tkunx qed taġixxi fil-ħin. Skont il-Malta Women's Lobby, qabel il-qtil tagħha, Ber- nice kienet irrappurtat theddid ta' mewt u attakk b'sikkina, iżda s-sentenzi relatati ma' dawk l-inċidenti waslu wisq tard biex jipproteġuha. Inkjesta mmexxija mill-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia kkonkludiet ukoll li l-Istat ma kienx ipproteġiha b'mod adegwat. F'Awwissu 2024, Nicolette Ghirxi, ta' 48 sena, instabet mejta fl-appartament tagħha fis-Swatar. L-eks sieħeb tagħha, Edward William Johnstone, kien allegatament ilu jimmo- lestaha wara t-tmiem tar-relazz- joni. Huwa nqatel mill-Pulizija f 'San Ġiljan wara li pponta arma replika lejn l-uffiċjali. Ghirxi kienet għamlet rapport dwar fastidju ftit xhur qabel mewtha. U issa Charlotte. Il-każ tagħha ġie deskritt mill-midja bħala l-ewwel qtil ta' mara b'suspett ta' femiċidju minn meta nqatlet Nicolette Ghirxi. U għal darb'oħra, il-frażi li tolqot l-aktar mhijiex biss "mara nqatlet". Hija: Kien hemm rap- porti qabel. Kien hemm theddid qabel. Kien hemm vjolenza qabel. Femiċidju ma jibdiex bil-qtil. Ħafna drabi jibda bil-kontroll, bil-biża', bit-theddid, bl-iżola- ment, bl-insulti u bil-vjolenza li tiżdied maż-żmien. Il-qtil huwa l-aħħar punt ta' proċess li jista' jkun ilu għaddej għal xhur jew snin. IL-FEMIĊIDJI F'MALTA Meta t-twissijiet ma jservu għal xejn Roderick Azzoprdi (fiċ-ċirku) jinsab akkużat bil-qtil ta' Charlotte Zammit Femiċidju ma jibdiex bil-qtil. Ħafna drabi jibda bil-kontroll, bil- biża', bit-theddid, bl-iżolament, bl-insulti u bil- vjolenza li tiżdied maż-żmien.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 August 2026