Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546284
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 23 T'AWWISSU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Kunċert prestiġjuż minn Cordia Quartet Il-libertà tal-kelma Il-"JP2 Memorial Festival 2026" għax-xahar ta' Awwissu se jospi- ta l-kwartett prestiġjuż COR- DIA f 'kunċert "THE FOUR SEASONS". L-avveniment se jsir fil-Knisja ta' Sant'Antnin ta' Padova f 'Għajnsielem, nhar it-Tnejn 24 ta' Awwissu 2026 u jibda fit-20:00. B'isem derivat mil-Latin Cordia (qlub) u sfumaturi fonetiċi Maltin ta' Korda (strumenti tal-korda), il-viżjoni ta' Cordia Quartet hija li toħloq għall-udjenza atmosfera ta' konkordanza fl-armonija mużika- li u fi ħdan l-erba' strumenti tal-korda differenti tal-kwartett. L-erba' mużiċisti li jiffurmaw il-Cordia Quartet huma: Jacob Portelli, David Lang, Emese Tóth, u Frank Camilleri. Jacob Portelli jdoqq il-vjolin. Huwa studja fl-Iskola tal-Mużi- ka f 'Għawdex ma' Joachim Atanassov. L-imħabba tiegħu għall-mużika ppermettietlu jdoqq iċ-ċello u l-kuntrabaxx, imbagħad il-vjola, u aktar tard l-arpa. Jacob iggradwa fit-Teoloġija, fejn kiseb BA (eo) Hons u PGCE. David Lang studja l-mużika fl-Ungerija fl-Iskola Speċjalizzata tal-Arti Mużikali f 'Pécs, u fl-Aw- strija fl-Akkademja tal-Mużika "Mozarteum" f 'Salzburg fejn kiseb Master's degree fil-prestazz- joni tal-vjolin. David kien il-mexxej tal-Orkestra tal-Kamra "CIS" u l-Orkestra tal-Kamra ta' Salzburger Mozart. Kien surmast tal-kunċerti u solista tal-Orkestra Sinfonika Liszt Ferenc f 'Sopron (l-Ungerija). F'Malta kien mem- bru tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta. Kien għalliem tal-vjolin fl-Iskejjel tal-Mużika f 'Malta u Għawdex. Emese Tóth studjat fl-Ungerija fl-Iskola Sekondarja Speċjaliz- zata tal-Arti Mużikali Kodály f 'Kecskemét u fl-Akkademja tal-Mużika Ferenc Liszt f 'Bu- dapest. Kisbet Master's Degree bħala vjolinista u għalliema tal-vjolin. Rebħet borża ta' studju fl-Orkestra Sinfonika Dinjija taż- Żgħażagħ f 'Interlochen (l-Istati Uniti) u l-ewwel premju fil-Kom- petizzjoni Nazzjonali tal-Mużika tal-Kamra Weiner f 'Budapest fil-kategorija tat-Trio tal-Kor- da. Kompliet l-istudji tagħha fl-Akkademja tal-Mużika fi Graz u fl-Akkademja tal-Mużika "Mo- zarteum" f 'Salzburg. Emese kienet għalliema tal-vjolin u tal-mużika da camera fl-Università Széchenyi f 'Gyor (l-Ungerija). Aktar tard f 'Malta, kienet membru tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta. Kienet għalliema tal-vjolin fl-Iskola tal-Mużika Johann Strauss u fl-Iskola tal-Mużika ta' Isfel. Frank Camilleri studja ċ-Ċello taħt id-direzzjoni ta' Mro Valeriu Popovici u aktar tard ma' Simon Abdilla Joslin. Huwa assoċja ruħu bid-daqq taċ-ċello mal-London College of Music. Frank kanta ma' diversi orkestri, bħall-Brno Philharmonic, l-Orkestra taż- Żgħażagħ tal-Mediterran. U l-Orkestra Finlandiża għaċ- ċele- brazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Frank daqq wkoll bħala solista f 'diversi kunċerti. Illum huwa membru tal-Orkestra Filarmoni- ka ta' Malta. Flimkien ġew mistiedna biex idoqqu f 'bosta kunċerti prestiġ- jużi f 'Malta u Għawdex. Il-Cordia daqqew ukoll barra minn Malta fi New Delhi u Calcutta għall- Jum Nazzjonali tal-Awstrija taħt l-awspiċi tal-Ambaxxatur Malti għall-Indja, u f 'Londra f 'Marl- borough House, fil-preżenza tal-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II bħala parti miċ-Ċele- brazzjonijiet tal-Commonwealth. Il-Kwartett daqq ukoll matul il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li r-repertorju klassiku jibqa' l-qalba tal-mużika tagħhom, huma jdoqqu wkoll ġeneri differenti bħal Waltzes, Musicals, Jazz, mużika tradizzjon- ali Irlandiżi, Skoċċiżi u Lhudija, soundtracks ta' films, kanzu- netti pop kontemporanji u temi reliġjużi. Dan il-kunċert huwa wkoll par- ti mil-Lejliet Sajfin f 'Għajnsielem organizzati mill-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem. Il-post huwa mgħammar b'arja kkundizzjona- ta. Grazzi kbira tmur lill-Minis- teru għal Għawdex talli appoġġja dan l-avveniment. il-Cordia Quartet: Jacob Portelli, David Lang, Emese Tóth, u Frank Camilleri Għal Karl Schembri, rumanzier u poeta, il-libertà tal-espressjo- ni hija ħtieġa assoluta fl-oqsma kollha tal-ħajja. Schembri, wieħed mill-awturi tal-21 edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Let- teratura ta' Malta, tkellem ma' Justine Somerville fuq il-kitba f 'forom differenti, il-verità li tir- rakkonta l-letteratura, il-ġustizzja u l-awtentiċità. F'Novembru li għadda Karl Schembri ppubblika Eħlisna mid- Deni, rumanz li tant qanqal interess li kellu jiġi stampat mill-ġdid it wara li ħareġ. L-awtur stess iqisu l-iżjed xogħol importanti li qatt kiteb u Clare Azzopardi, li editja- tu, iddeskriviet lil Schembri bħala l-aktar kittieb kuraġġuż tal-ġener- azzjoni tagħhom. Dan is-suċċess letterarju jirrappreżenta mument sinifikanti għal xi ħadd li l-ħajja u l-karriera laqqgħuh ma' wħud mill-iżjed esperjenzi kumplessi u diffiċli tal-esperjenza umana. Fil-karriera mħawra tiegħu Schembri mess ma' għadd ta' oqsma u libes diversi kpiepel: mill-qasam kreattiv sal-ġurnaliżmu, il-ħidma umanitarja u l-qasam ċiviku. Dawn l-irwoli differenti jingħaqdu fl-im- penn tiegħu lejn il-libertà tal-kelma bħala valur assolut u mingħajr kompromessi. "Il-ġurnaliżmu jkun biss propa- ganda rħisa mingħajr din il-libertà. L-arti, inkluż il-kitba, issir biss għodda ta' ripressjoni u aljenazzjo- ni. Ix-xogħol li nagħmel ma' PEN Malta huwa qabelxejn mibni fuq il-ħarsien ta' dan il-valur essenzjali għad-demokrazija tagħna. U xogħli fil-qasam umanitarju, li nwassal l-istejjer tar-refuġjati li naħdem magħhom, ikun impossibbli u bla sustanza li kieku mhuwiex xprun- at mill-konvinzjoni li l-vuċijiet tar-refuġjati għandhom ikunu mismugħa." Xogħlu dejjem tah ħafna mill-materja prima għall-kitba kreattiva. Taħt il-Kappa tax-Xemx, Il-Manifest tal-Killer u, sa ċertu punt, Eħlisna mid-Deni huma influwenzati mill-isfond tiegħu bħala ġurnalist investigattiv f 'Malta. L-intriċċi u d-dinamiċi tal-politika u s-soċjetà jitimgħu t-temi, il-karat- tri u l-kummentarju soċjali fil-proża ta' Schembri. Min-naħa l-oħra, ħafna drabi jdur fuq il-poeżija biex jonora l-inkontri ma' dawk li ħarbu mill-gwerra u kull tip ta' perse- kuzzjoni. In-nies li ltaqa' magħhom f 'dawn l-aħħar sbatax-il sena fil- Lvant Nofsani u l-Afrika tal-Lvant u t'Isfel offrewlu l-iktar riflessjonijiet profondi dwar x'jagħmilna bned- min fl-aqwa u fl-agħar tagħna. Filwaqt li hu konxju li l-poeżija ma tibdel xejn fil-ħajja tal-imġarrbin, jittama li kapaċi tiżra' xi ħaġa u tħalli effetti differenti minn dawk li jħallu mezzi oħra bħall-ġurnaliżmu. "Il-letteratura tpoġġina fiż-żar- bun ta' ħaddieħor, f 'sitwazzjonijiet li ma nafu xejn dwarhom, jew f 'sitwazzjonijiet li ngħixuhom ta' kuljum u li ma sibniex il-kliem biex nartikulawhom. Fl-aqwa tagħha, il-letteratura tlaqqagħna mal-verità tal-eżistenza tagħna, bil-kontra- dizzjonijiet u l-paradossi kollha li jagħmluna bnedmin. Il-ġurnaliżmu fl-aqwa tiegħu wkoll jiżvela l-verità, imma l-missjoni tiegħu hi immed- jata, teħtieġ il-fatti u ċ-ċifri u s-sorsi li jiċħdu, u l-pretensjonjiet kollha tal-oġġettività. Il-letteratura fl-aqwa tagħha hi ħielsa minn dan kollu, tikkonfrontana bil-mistoqsijiet tal-eżistenza bla ma tweġibhom." Dan is-sentiment huwa rif- Karl Schembri mhux wiċċ ġdid għall-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta

