MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546284

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

analiżi IL-ĦADD 23 T'AWWISSU 2026 • illum 06 IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH JAELLE BORG "Int biss tinkwetani. Ħaddieħor ma jista' jagħmilli xejn." Fost il-mijiet ta' messaġġi, telefonati u recordings li nstemgħu fil-ġuri ta' Yorgen Fenech, din il-frażi forsi tiġbor l-aħjar l-istampa li Melvin euma qed jipprova jagħti lill-ġurati. Skont euma, Fenech kien raġel b'ħafna mezzi, kuntatti u influwenza. Kien jgħidlu li "l-poter tagħna huma l-flus". Kien iserraħlu rasu li taħt Gvern Laburista ħadd ma seta' jmissu. Kien hemm persuni li, skont euma, setgħu jgħaddu informazzjoni minn ġewwa l-pulizija jew minn Kastilja. U kien hemm tentattivi, dejjem skont ix-xhud, biex dawk li kienu qed jinvestigaw jiġu mitmugħa storja differenti minn dik li kienet qed isseħħ. Meta dawn il-biċċiet kollha jitqiegħdu flimkien, ix-xhieda ta' euma ma ti- bqax biss lista ta' ismijiet jew sensiela ta' chats bejn żewġt irġiel taħt pressjoni. Toħroġ stampa ħafna aktar wiesgħa: min kien jaħseb Fenech li seta' joqgħod fuqu meta l-investigazzjoni bdiet tersaq lejh? U, daqstant importanti, min kien l-un- iku persuna li ma setax jikkontrolla? F'wieħed mill-messaġġi murija lill-ġurati, euma bagħat lil Fenech artiklu li kien jgħid li l-Partit Laburista kien jinsab 80,000 vot minn fuq. "Nittamaw li veru," kiteb euma. Il-frażi, meħuda waħedha, tista' tidher bħala kumment politiku. Iżda euma taha tifsira differenti meta xehed dwarha. Huwa qal li Fenech kien jgħidlu ripe- tutament li sakemm il-Labour jibqa' fil-gvern, ħadd ma seta' jmissu. euma qal ukoll li Fenech kien jagħtih sens ta' poter. F'xhieda oħra huwa fakkar kif Fenech kien jirrepetilu li "l-poter tagħna huma l-flus", kliem li, skont euma, kien jintuża biex jikkal- mah. Il-punt mhuwiex jekk tali protezzjoni kinitx teżisti tassew. Dak huwa punt li x-xhieda ta' euma waħedha ma tippruvax. Iżda l-evidenza tagħti ħjiel ta' xi ħaġa oħra: li euma kien jemmen li Fenech ħassu protett. U għal euma, dak it-twemmin kien importanti. Meta kien jibża', meta kien jissuspetta li kien qed jiġi segwit, jew meta kien jaħseb li l-arrest tiegħu kien qrib, hu kien jerġa' jdur lejn Fenech biex iserraħ- lu rasu. Il-pulizija: Silvio Valletta Wieħed mill-ismijiet li reġa' deher fix-xhieda kien dak tal-Eks Assistent Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta. euma allega li Fenech kien jis- Fenech u ċ-ċirku ta' informazzjoni Minn allegata informazzjoni li kienet ġejja mill- pulizija u minn Kastilja, għal tentattivi biex jitħawdu s-Servizzi tas-Sigurtà: ix-xhieda ta' Melvin Theuma tagħti stampa ta' dinja fejn Yorgen Fenech, skont ix-xhud, kien jemmen li seta' jkun jaf x'qed jagħmlu l-investigaturi — u saħansitra jinfluwenza dak li kienu jisimgħu Bastion Nights Under the Stars Jazz Nights every Wednesday evening and a specially curated à la carte dining experience. Mediterranean Barbecue every Tuesday & Thursday evening accompanied by live entertainment. +356 2122 5241 Bastion Restaurant - The Phoenicia Malta | Scan to learn more

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 August 2026