MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546284

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Id-distributuri lokali tal- films, KRS Releasing, għandhom il-pjaċir iħabbru d-29 edizzjoni tal-Ġurnata Nazzjonali taċ-Ċinema nhar is-Sibt 29 ta' Awwissu 2026 bil- partiċipazzjoni tat-teatri kollha ta' Malta u Għawdex. Se jkun hemm għall-wiri varjetà tajba ta' produzzjonijet ċine- matografiċi inklużi l-aqwa xogħliji- et blockbusters bħal e Odyssey u Spider-Man: Brand New Day. Tliet films ġodda li huma Mutiny, bl-at- tur Jason Statham, il-kummiedja tat-tfajliet Spa Weekend u t-thriller tal-biża' u sopranaturali Insidious Out Of e Further se jkunu wkoll għall-wiri. Dakinhar, il-prezz tad-dħul fiċ-ċinemas kollha se jkun im- raħħas bil-wirjiet jibdew fil-10am sa tard billejl. Kull biljett, f 'kull ħin jiswa biss €5. Se nagħti xi informazzjoni fuq il-produzzjonijiet esebiti f 'dik il-ġurnata: Spider-Man: Brand New Day. Il-film li bħalissa qed jagħmel suċċess enormi mad-dinja kollha u li diġà qabeż iż-żewġ biljun dollaru fid-dħul tal-flus minn madwar id-dinja. Is-supereroj Spider-Man (Peter Parker) hu determinat li jipproteġi lil New York il-ħin kollu. Iżda d-domanda tant tikber u tintensifika ruħha li l-pressjoni tagħha jkollha effett fiżiku evoluzz- jonarju fuqu. Kif l-eżistenza tiegħu tkun imminaċċjata bil-kbir, jibdew iseħħu reati strambi qawwijin li bihom se jkun mhedded bil-kbir. Bl-atturi Tom Holland bħala Peter Parker, Zendaya bħala Michelle "M. J." Jones-Watson, il-ħabiba tiegħu u Jacob Batalon ikun Ned Leeds, ħabib ta' żmien l-iskola. Il-film huwa twil madwar sagħtejn u nofs. e Odyssey dirett minn Chris- topher Nolan. F'dan il-film epiku u kolossali ta' kważi tliet sigħat, li fih jaħdmu Matt Damon, Tom Holland, Anne Hathaway u Robert Pattinson naraw kif Odysseus jew Ulysses, wara għaxar snin gw- erra ta' Trojja, talli sfida lill-allat, hu u l-ekwipaġġ tiegħu kellhom jgħaddu għaxar snin oħra jiġġer- rew qalb gżejjer imbegħdin, sħaħar, ċiklopi (ġganti b'għajn waħda), sireni u ninfa li riedet iżżommu bħala l-maħbub tagħha u tnessih lill-mara. Fl-istess żmien, f 'Ithaca fil-post fejn kien re, Penelope, il-mara tiegħu, dejjem baqgħet tistennieh għalkemm ġew ħafna biex jiżżewġuha u għamlu ħerba mill-pajjiż. Mutiny. Film ieħor mimli azzjoni bl-attur Jason Statham flimkien ma' Annabelle Wallis u Adrian Lester. Statham jaħdem il-parti ta' Cole Reed li jara l-imgħallem indus- trijalist biljunarju tiegħu maqtul quddiemu bit-tort jaqa' fuqu. Hu jkollu jaħrab u jfittex mezz kif jikx- ef kumplott internazzjonali. Spa Weekend. Erba' nisa stress- jati ħbieb iżuru ċentru ta' rilassa- ment, però din iż-żjara tagħhom tispiċċa f 'kaos totali meta ħabib spissjat jiġi hemm mingħajr invit. Insidious: Out Of e Further. Dan hu s-sitt film f 'din is-sensiela tal-biża' u sopranaturali. Gemma, mara żagħżugħa li qed ittella' lit-tif- la tagħha fl-istess post li trabbiet hi, tiskopri li tista' tivvjaġġa fis-so- pranaturali fejn tippossedi abiltà li ġġib fid-dinja reali dak li jeżisti hemm. e End Of Oak Street. Dan hu thriller tax-xjenza fittizja. Avveni- ment kożmiku jittrasporta s-sub- borg ta' Oak Street f 'xi post mhux magħruf tal-preistorika. Il-familja Platt jingħaqdu flimkien u jgħinu lil xulxin biex jinnavigaw l-inħawi ġodda li sabu ruħhom fihom. Paw Patrol: e Dino Movie. F'dan il-film animat, il-ġriewi Paw Patrol wara maltempata jsibu ruħhom fuq gżira misterjuża fejn jgħixu d-dinosawri u jiltaqgħu ma' Rex ġeru mħolli hemm. Meta s-Sindku Humdinger biex iħaffer juża d-dinamite, jiżbroffa vulkan u dan il-grupp isib ruħu fuq missjoni ta' salvataġġ. 14 films IL-ĦADD 23 T'AWWISSU 2026 • illum Carmel Bonnici Il-ġurnata nazzjonali tal-films – is-Sibt 29 ta' Awwissu 2026 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Spider-Man Brand New Day, The Odyssey u The End Of Oak Street huma fost il-films li ħa jintwerew waqt il-Ġurnata Nazzjonali taċ-Ċinema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 August 2026