L-aktar sessjoni drammatika fil-ġuri għalqet bir-rivelazzjoni
ewlenija minn Yorgen Fenech fejn taħt ġurament indika b'mod
dirett lill-eks Chief of Staff tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru,
Keith Schembri, bħala l-mandant tal-qtil ta' Daphne
Caruana Galizia. Sitt snin wara li ġie arrestat, Yorgen
Fenech, l-eredi ta' Tumas Group, xehed fil-ġuri tiegħu
stess u insista li ma kienx hu li ordna l-qtil ta' Daphne
Caruana Galizia fl-2017. F'dikjarazzjonijiet li ħallew
ħafna nies imħawda u mħassba, Fenech attakka
x-xhud prinċipali tal-prosekuzzjoni – Melvin
Theuma – u għamel stqarrijiet u allegazzjonijiet
li jirribattu xi punti li qajjem Theuma fix-xhieda
tiegħu. Fenech ammetta li kien għamel
ġudizzju ħażin u li żbalja imma kompla jinsisti
li hu qatt ma ried li tinqatel Caruana Galizia
jew li ordna l-qtil tagħha.
www.illum.com.mt
NRU 1025
€1.50
IL-ĦADD 23 T'AWWISSU 2026
PAĠNA 2
Il-femiċidji
f'Malta: Meta
t-twissijiet ma
jservu għal xejn
ARA PAĠNI 4-8
MISTOQSI MILL-IMĦALLEF EDWINA
GRIMA JEKK JAFX MIN KIEN IL-
MOĦĦ WARA L-QTIL TA' DAPHNE
CARUANA GALIZIA, FENECH
WIEĠEB: "KEITH SCHEMBRI"
YORGEN: 'KEITH
SCHEMBRI KIEN
IL-MASTERMIND'
IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH