www.illum.com.mt
NRU 1027
€1.50
IL-ĦADD 30 T'AWWISSU 2026
PAĠNI 4-5
Malta bl-ikbar
żieda fl-użu
tal-elletriku
domestiku fl-UE
IKOMPLI F'PAĠNA 3
ARA EDITORJAL PAĠNA 11
Ġimgħa deċiżiva
fil-ġuri ta' Yorgen
Fenech hekk kif
il-każ riesaq lejn
il-mument tal-
verdett
Il-Prosekuzzjoni u d-Difiża
ressqu quddiem il-ġurati
żewġ narrattivi opposti
dwar il-qtil ta' Daphne
Caruana Galizia, b'Keith
Schembri, Melvin Theuma,
17 Black u l-allegat
moviment ta' flus jerġgħu
jispiċċaw fil-qalba tal-każ.
Hekk kif il-gżejjer
Maltin għaddejjin minn
sħana rekord, Għawdex
spiċċa fi dlam b' iktar
ħsarat fid-distribuzzjoni
tad-dawl bir-riżultat
li l-gżira Għawdxija
spiċċat bla dawl u eluf
għexu lejl bla fannijiet u
airconditioners u ilma.
GĦAWDEX
FID-DLAM
Il-kaos fid-distribuzzjoni tad-dawl minħab-
ba ħsarat fil-linji ta' taħt l-art f 'Kemmuna
u x-Xewkija waslu biex Għawdex jintefa' fi
dlam ċappa. Mill-ewwel il-Partit Nazzjon-
alista sejjaħ għar-riżenja ta' Miriam Dalli,
il-Ministru responsabbli mill-enerġija u
l-EneMalta. Jidher ċar ukoll li dawn il-
ħsarat se jkomplu hekk kif is-sħana estrema
se tkun in-norma u mhux l-eċċezzjoni.
Iżda l-inċident reġa' qajjem il-mistoqsija
jekk ir-ritmu ekonomiku xprunat minn politi-
ka bla qies u limitazzjonijiet kien qed jasal fi
tmiemu.
Yorgen Fenech
Eluf ta' Għawdxin u
turisti qattgħu l-lejl
mingħajr elettriku wara
il-ħsarat kbar f 'żewġ
cables ta' vultaġġ għoli
li jfornu lil Għawdex
mill-gżira ta' Malta