MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546366

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 30 T'AWWISSU 2026 • illum JAELLE BORG Residenti fis-Swieqi qed jerġgħu jqajmu tħassib dwar il-problema tal-iskart fil- lokalità, b'resident jgħid lil din il-gazzetta li minkejja snin ta' lmenti, "xejn ma nbidel". Ritratti mibgħuta lil din il-gazzetta juru bins mimlijin sa fuq b'boroż suwed, b'aktar boroż mitluqa madwarhom. F'partijiet oħra jidher ukoll skart maħruġ minn boroż miftuħa, fosthom fdalijiet tal-ikel mal-art. Skont resident, l-iskart li jidher fir-ritratti kien ilu hemm minn nhar l-Erbgħa, minkejja li l-ġbir skedat tal-borża s-sewda jsir is-Sibt. L-iskeda nazzjonali tal-ġbir tal-iskart tipprovdi li l-borża s-sewda tinġabar darbtejn fil-ġimgħa, it-Tlieta u s-Sibt, filwaqt li l-iskart organiku jinġabar it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa. Ir-riċiklaġġ jinġabar il-Ħamis. Iżda r-resident qal li, fil-prat- tika, diffiċli tinduna liema skart suppost joħroġ f 'liema ġurnata. "Onestament, hawn tara boroż suwed kuljum, anke l-Ħadd. Ma tibqax tifhem liema ġurnata hi għax tara minn kol- lox," qal. Huwa ddeskriva wkoll is-sit- wazzjoni bħala waħda li ġġib magħha "dubbien galor", par- tikolarment meta boroż jinfetħu u l-ikel jispiċċa mifrux fit-triq. Ir-resident bagħat ukoll lil din il-gazzetta post fuq Facebook li jfakkar f 'rapport ippubblikat minn Times of Malta fil-25 ta' Awwissu 2022, bit-titlu "Swie- qi residents are 'losing it' over garbage and disturbances". Dak ir-rapport kien diġà jid- deskrivi l-frustrazzjoni tar-res- identi minħabba skart mitluq fit-toroq u problemi oħra fil-lokalità. Erba' snin wara, is-sitwazz- joni mhux talli ma tjibitx, iżda marret għall-agħar. Ir-resident li tkellem ma' din il-gazzetta qabel ma' dan is-sen- timent, u qal fil-qosor: "Xejn ma nbidel minn dakinhar." Pressjoni fuq short-lets Ir-residenti qed jorbtu parti mill-problema mal-għadd ta' proprjetajiet mikrija għal żmien qasir fil-lokalità u jgħidu li hemm bżonn ta' sistema li tis- separa b'mod aktar ċar l-iskart iġġenerat minn dawn il-pro- prjetajiet mill-ġbir residenzjali normali. Regolamenti ġodda dwar l-ak- komodazzjoni turistika, li daħlu fis-seħħ fil-15 ta' Ġunju 2026, introduċew rekwiżiti aktar stretti għall-operaturi tax-short- lets. Fosthom hemm l-obbligu li jkun hemm pjan adegwat għall-ġestjoni u l-ġbir tal-iskart. Il-Gvern kien qal ukoll meta ħabbar il-miżuri li short-let accommodations se jkollhom jis- sottomettu u jimplimentaw waste collection management plan. Skont ir-residenti, dan għandu fil-prattika jwassal għal sistemi fejn l-operaturi jieħdu responsabbiltà għall-iskart tal-klijenti tagħhom, aktar milli dan jitħalla fit-triq biex jinġabar bl-iskeda residenzjali. Ir-residenti jsemmu, fost l-għażliet li għandhom jiġu kkunsidrati, kmamar apposta għall-iskart fi proprjetajiet jew blokok u ġbir privat direttament mill-proprjetà. "Il-maġġoranza assoluta tal-operaturi tax-short-lets ma ridux jonfqu ċenteżmu biex jip- preparaw għar-regoli l-ġodda," isostnu. Il-Gvern stess indika din is-sena li s-Swieqi hija fost il-lokalitajiet fejn qed tingħata attenzjoni partikolari lill-impatt tal-akkomodazzjoni turistika. F'Mejju, il-Ministeru għat-Tu- riżmu qal li kien qed jaħdem ma' ministeri u entitajiet oħra biex jgħin lill-kunsilli lokali tas-Swieqi u tal-Belt Valletta permezz tat-Tourism Commu- nity Support pilot project. "Irridu nibqgħu nirrapportaw kuljum" Minkejja l-frustrazzjoni, ir-residenti jgħidu li l-komu- nità ma tistax tieqaf tirrapporta każijiet ta' skart illegali jew mhux miġbur. "Jeħtieġ nibqgħu nirrappor- taw kuljum. Tieħu ħafna ħin, imma hija biss pressjoni kostan- ti minna li se tmexxi l-affarijiet 'il quddiem". Minbarra infurzar akbar fuq short-lets, hemm bżonn ukoll li tiġi riveduta l-iskeda nazzjonali tal-ġbir tal-iskart, fosthom billi l-ġbir tar-riċiklaġġ isir aktar frekwenti. Fil-preżent, il-ġbir nazzjonali tal-borża griża jew ħadra jsir darba fil-ġimgħa, nhar ta' Ħamis. Resident qed jissuġġerixxi wkoll li, fejn huwa possibbli, jiddaħħlu bins taħt l-art li jkunu jistgħu jintużaw mir-residenti permezz ta' cards, flimkien ma' aktar kameras tas-CCTV biex ikun jista' jiġi identifikat min ikun qed joħroġ l-iskart barra mill-ħin jew mill-ġurnata stabbilita. Għalih, il-problema m'għa- dhiex waħda ta' każ iżolat jew ta' borża waħda mitluqa barra. B'mod sarkastiku qal li l-kan- tuniera fejn jgħix donnha saret parti minn "tourist guide to rubbish dumps in Swieqi". Erba' snin wara rapport li kien diġà jgħid li r-residenti tas-Swieqi kienu qed "jitilfu l-paċenzja" minħabba l-iskart u d-disturbi, ir-resident jgħid li l-istess problemi għadhom jidhru fit-toroq. Għalih, il-kwistjoni m'għa- dhiex waħda ta' borża waħda li nħarġet fil-ġurnata ħażina, iżda problema strutturali li teħtieġ aktar infurzar, sistema adegwata għall-iskart iġġenerat mix- short-lets, ġbir aktar frekwenti u, fejn possibbli, infrastruttura bħal underground bins u CCTV. Sakemm dan ma jsirx, qal, ir-residenti se jkollhom jibqgħu jagħmlu pressjoni u jirrappor- taw każ wara l-ieħor. "Xejn ma nbidel": Residenti fis-Swieqi jerġgħu jilmentaw minn munzelli ta' skart fit-toroq Ir-residenti qed jipproponu li jkun hemm kmamar apposta għall-iskart fi proprjetajiet jew blokok u ġbir privat direttament mill-proprjetà Ritratti mibgħuta lil din il-gazzetta juru bins ifuru b'boroż su- wed, skart mal-art u fdalijiet tal-ikel; res- ident jgħid li l-prob- lema ilha għaddejja snin bir-residenti tas-Swieqi jitolbu aktar infurzar, CCTV u sistema apposta għall-iskart tax- short-lets

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 August 2026