MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546366

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 30 T'AWWISSU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Direttur Maniġerjali: SAVIOUR BALZAN • Editur: PAUL COCKS Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt G rafika ppubblikata dan l-aħħar mill-Eurostat dwar il-konsum tal-elettriku fid-djar uriet lil Malta bħala eċċezzjoni kbira (ara paġni 4-5). L-elettriku kkunsmat mid-djar Maltin fl-2024 żdied b'66% enormi meta mqabbel mal-2015. L-akbar żieda wara Malta kienet fl-Estonja, b'36%, segwita mis-Slovenja bi 33%. Fit-tarf l-ieħor tal-ispettru, il-konsum tal-elettriku mid-djar naqas l-aktar fil- Lussemburgu (-11%), fil-Belġju (-10%) u fl-Iżvezja (-7%) matul l-istess perjodu. Iż-żieda impressjonanti fil-konsum tal- elettriku fid-djar Maltin jistħoqqilha analiżi, għax tiġbor fiha l-istorja ta' pajjiżna matul dawn l-aħħar għaxar snin jew aktar. L-ewwel nett, il-Eurostat jagħmilha ċara li l-konsum domestiku ma jinkludix l-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi fid-djar, li huwa inkluż fi statistika separata dwar it- trasport u l-enerġija. Dan ifisser li ż-żieda ta' 66% f 'Malta m'għandha x'taqsam xejn mal-karozzi elettriċi. Ir-raġunijiet mhumiex diffiċli biex wieħed jidentifikahom. Hemm tliet fatturi ewlenin: żieda fil-ġid tal-familji; tkabbir fil-popolazzjoni mmexxi minn ħaddiema migranti; u s-sussidji li qed jipproteġu lill- familji mill-forzi tas-suq internazzjonali. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-popolazzjoni ta' Malta kienet tammonta għal 574,250 fl-aħħar tal-2024. Minn dak iż- żmien 'l hawn, din telgħet għal 588,254 sal- aħħar tal-2025. Fl-2015, is-sena bażi użata fl-istatistika tal-Eurostat dwar l-elettriku, il-popolazzjoni ta' Malta kienet ta' 443,764. Dawn in-nies ma kinux jgħixu fl-għerien. Kienu jikru l-akkomodazzjoni; kienu jikkunsmaw l-elettriku fejn kienu jgħixu; u żiedu d-domanda fuq in-network tad- distribuzzjoni tal-elettriku, sakemm dan beda jċedi taħt il-pressjoni fl-2023. Iżda hemm ukoll kawża oħra għaż-żieda anormali fil-konsum tal-elettriku mid- djar, li ħafna, speċjalment il-politiċi, ma jridux jitkellmu dwarha. Id-djar Maltin ilhom iħallsu l-istess prezz għall-elettriku mill-2014 — l-ewwel wara li bbenefikaw minn ehim ta' prezz fiss bejn il-Gvern u l-Electrogas u, sussegwentement, permezz tas-sussidji fuq l-enerġija introdotti wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna fl-2022. Il-konsumaturi Maltin ġew protetti mit-taqlib internazzjonali li wassal biex il-prezzijiet taż-żejt u l-gass jogħlew b'mod qawwi, u b'hekk il-prezzijiet tal-elettriku għad-djar żdiedu f 'ħafna pajjiżi. Dan id- distakk mir-realtajiet tad-dinja raqqad lil kulħadd f 'sens falz ta' sigurtà. Iż-żieda fil-ġid, flimkien mal-mentalità ta' "għada naraw" li tħalliet tissaħħaħ u li saħansitra ġiet imsaħħa mill-politiċi, wasslet għall-ħela. Id-disprezz lejn il-konsum tal-elettriku jidher f 'ħafna modi. Ix-xiri ta' air conditioners akbar milli hemm bżonn jew l-installazzjoni ta' aktar apparat milli jkun meħtieġ għall-qies tal-proprjetà; it-tħaddim tal-air conditioners f 'temperaturi baxxi b'mod mhux realistiku; l-użu tad-dwal bla bżonn; u x-xiri ta' apparat mingħajr ma tingħata attenzjoni għal-livell ta' effiċjenza tiegħu. S'issa, Malta tiflaħ għall-ispiża tas- sussidju. Iżda f 'xi punt, xi affarjiet ħa jfallu — il-proġetti tat-toroq jistgħu jdumu aktar biex jitlestew, il-proġetti ekoloġiċi ppjanati jistgħu qatt ma jibdew, il-wegħdiet elettorali jistgħu jiġu posposti jew introdotti bil-mod, u n-nefqa pubblika tista' ssir inqas ġeneruża. Il-Gvern irid jagħraf ir-realta' tal-fatti. Robert Abela irid jabdika l-politika konsumerista li mbotta s'issa, din il- fissazzjoni fuq tkabbir mingħajr rażan u akkost ta' kollox. Għax deni qed tagħmel. Hemm bżonn immedjat ta' moratorju fuq il-bini għoli erba' sulari fl-irħula u high-rises u lukandi ġodda. U s-sistema tas-sussidji trid terġa' tiġi eżaminata għax huwa ċar li mihiex sostenibbli. Forsi wasal iż-żmien li nintroduċu means testing fuq l-użu tal- elettriku u l-ilma? Żgur li l-Gvern għandu jibda jagħti l-eżempju. Il-ministeri, dipartimenti, awtpritajiet u aġenziji tal-gvern għandhom jibdew japplikaw prattiċi għaqlin fuq l-użu tal-elettriku. L-arja kundizzjonata tista' tkun issetjata fuq ċerti temperaturi u timers imposti biex irażżnu l-użu sfrenat tagħhom. Id-dawl ukoll jista' jkun immaniġjat aħjar. Forsi b'hekk, il-Gvern stess jibda jagħti eżempju tajjeb. S'issa ma tantx qed naraw sinjali mill-Gvern li huwa kommess li jbiddel l-istrateġija tiegħu. Imma huwa ovvju li hemm bżonn bidla radikali qabel ikun tard wisq. Jekk Robert Abela ħa jibqa' jipprova jsib skuża wara l-oħra, mingħajr ma jaċċetta li hemm bżonn bidla, l-affarjiet ħa jmorru għall-agħar. L-iskużi forsi jitwemmnu fil- bidu. Imma l-poplu mhux iblaħ u jaf x'qed jiġri u x'hemm bżonn isir. U bħal kważi kollox, il-bidla din trid tiġi minn fuq. Minn Robert Abela. Ma baqax żmien nipprokrastinaw. Għada jista' jkun tard wisq. Drajna ngħixu komdi u ma nħossu xejn

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 August 2026