Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546366
13 arti u kultura IL-ĦADD 30 T'AWWISSU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti 'One Image. Many Visions': Ċelebrazzjoni tal-fotografija minn 25 fotografu Ta' kull sena, fid-19 ta' Awwissu, fotografi u artisti viżwali minn madwar id-dinja jingħaqdu sabiex jiċċelebraw il-Jum Dinji tal-Fotografija. Jum li fih niakru li filwaqt li l-fotografija ġiet ivvintata bl- għan ewlieni biex mumenti jiġu irrekordjati, illum dan l-għan twessa' ferm aktar minn sempliċi għodda biex jinżamm rikordju. 'One Image. Many Visions' hija l-wirja ġewwa Cremona Gallery tal-Malta Postal Museum, il-Belt Valletta li tiċċelebra l-fotografija. Il-wirja qed tlaqqa' flimkien 25 fotografu, li ġew mis- tidnin jippreżentaw ritratt wieħed, li qatt ma ġie esebit qabel, u li bl-aħjar mod jirrappreżenta, kemm il-viż- joni artistika, kif ukoll il-ħila fotografika tagħhom. Ir-riżultat ta' dan huwa kollezzjoni ta' xogħlijiet li kollettivament joffru ħarsa lejn il-fotografija kontem- poranja f 'Malta. Id-diversità f 'din l-esebizzjoni tmur lil hinn mir-ri- tratti nfushom. Il-wirja tlaqqa' fotografi minn diversi ġenerazzjonijiet, u b'hekk toħloq djalogu bejn foto- grafi stabbiliti u oħrajn iżgħar. Huwa dan l-iskambju bejn diversi ġenerazzjonijiet li jagħti lill-wirja aspett differenti. Il-wirja tirrifletti wkoll il-wiċċ dejjem jin- bidel tal-fotografija f 'Malta fejn disa' mill-25 fotografu parteċipanti huma nisa. Il-fotografi parteċipanti, f 'ordni alfabetika huma Martin Agius, Alex Attard, David 'dp' Attard, Marco Bilocca, Sarah Bonaci, Ruben Buhagiar, Stephen Buha- giar, Leonard Cocks, Johann Debono, erese Debono, Monique Gatt, Emma Grima, Chelsea Muscat, Ed Muscat Azzopardi, Vince Piscopo, Dragana Rankovic, il-mibki Zvezdan Reljic, Karl Sammut, Kim Sammut, Ramon Sammut, Mark Scicluna, Joseph P Smith, Sasha Vella, Elisa Von Brockdorf u Darrin Zammit Lupi. Il-wirja 'One Image. Many Visions' saret fi sħubija mas-Soċjetà Maltija tal-Fotografija. B'rikonoxximent tal-kontribut dejjiemi tas-Soċjetà lejn il-fotografija matul is-snin, wirja parallela fotografika ġiet imtellgħa ġewwa l-Ellis Gallery, fl-istess Mużew tal-Posta. Din il-wirja tinkludi ritratti ta' għaxar membri tas-Soċjetà: Bernardette Carabott, Brian Cassar, Pierre Cuschieri, Sarah Cutajar, Mario Mifsud, Jay Nabbe, Minna Palmen, Sheena Rogers, Sandra Sammut Alessi u Anna Tabone. Il-kuratur tal-wirja, David 'dp' Attard qal li ż-żewġ wirjiet "jittrasformaw il-Mużew f 'ċentru vibranti għall-fotografija matul dan ix-xahar ta' ċelebrazz- jonijiet." Huwa tenna li din il-wirja hija ddedikata lill-pijunieri tal-fotografija f 'Malta, kemm lil dawk li isimhom huwa magħruf u mfakkar, kif ukoll lil dawk li llum huma anonimi, għax l-identità tagħhom intilfet mal-milja taż-żmien. Kull wieħed jew waħda minn dawn ħolqu rikordji viżwali li ddokumentaw u żammew mumenti li saru parti mill-memorja kolletiva ta' Malta. Il-wirja tinkludi wkoll film awdjoviżiv qasir minn Diellza Illgner u FörsterFilm. Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden iżur iż-żewġ wirjiet fotografiċi fil-Mużew tal-Posta, 135, Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta, sas-Sibt, 19 ta' Settembru 2026. Il-Mużew ikun miuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-10 a.m. sal-4 p.m., u s-Sibt mill-10 a.m. sas-2 p.m. Id-dħul huwa bla ħlas. Unfiltered Love ta' Brian Cassar Passage ta' Jay Nabbe Train Station Poznan ta' Pierre Cuschieri Saffron Steps ta' Sheena Rogers

