MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546366

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

analiżi IL-ĦADD 30 T'AWWISSU 2026 • illum 04 Liċenzja għal Reklutaġġ Jankarl Farrugia jiddikjara l-intenzjoni biex jirreġistra għal-Liċenzja tal- Impjiegi skont L.N. 270 tal-2023 Att dwar L-Impjieg Industrijali (Kap. 452) Regolamenti tal-2023 dwar l-Aġenziji tal-Impjieg. L-attivitajiet proposti jiffukaw fuq servizzi ta' reklutaġġ li jinkludu: 1. Konsultazzjoni dwar reklutaġġ. 2. Intervisti għall-impjieg, selezzjoni u xogħlijiet rakkomandati għal kandidati ideali skont il-ħtieġa marbuta ma' kwalifiki u esperjenza. 3. Reklutaġġ ta' persuni ġejjin minn pajjiżi barranin jew pajjiżi fl- Unjoni Ewropea biex ikollhom impjieg hawn Malta. 4. Reklutaġġ ta' persuni Maltin jew minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. 5. Reklamar marbuta mal-bżonn t'impjieg vakanti. 6. Jinżamm reġistru t'applikanti għal kull impjieg. Indirizz uffiċjali reġistrat: High View Mansions A10 Triq il Fuhhar Manikata MLH 5153 Il-konsum tal-elettriku fid-djar Il-mod kif il-familji Ewropej jużaw l-enerġija qed jinbidel. Filwaqt li l-konsum totali tal-enerġija fis-settur domes- tiku tal-Unjoni Ewropea naqas għal tliet snin konsekuttivi, l-użu tal-elettriku qed ikom- pli jkollu rwol dejjem aktar importanti fid-djar. U fost il- pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewro- pea, Malta tinsab fuq quddiem nett f 'diversi indikaturi li juru kemm id-djar qed jiddependu fuq l-elettriku. L-aħħar dejta tal-Eurostat, ippubblikata f 'Lulju 2026 u li tħares lejn l-użu tal-enerġija fid-djar, tagħti stampa inter- essanti ta' pajjiż li mhux biss għandu klima li tħeġġeġ aktar użu tal-arja kundizzjonata, iżda li matul l-aħħar 10 snin ra żieda qawwija fil-konsum tal-elettriku domestiku. Madankollu, hemm distinzjo- ni importanti. Jekk wieħed jit- kellem dwar il-konsum tal-elet- triku ras għal ras, Malta kienet fost l-ogħla fl-UE fl-aħħar sena li għaliha Eurostat jippreżenta d-dejta komparabbli, l-2024, b'1.8 MWh għal kull persuna. Dan kien l-istess livell bħal dak tal-Bulgarija, filwaqt li pajjiżi bħal Franza, l-Awstrija, l-Iżvezja u l-Finlandja kellhom konsum ogħla. L-UE kellha medja ta' madwar 1.5 MWh ras għal ras. Iżda fejn Malta tispikka b'mod tassew qawwi huwa fit-tkabbir tal-konsum domestiku tal-elet- triku. Bejn l-2014 u l-2024, il-kon- sum tal-elettriku mill-familji Maltin żdied b'66%. Din kienet bil-bosta l-akbar żieda fost il-pajjiżi tal-UE. Fit-tieni post kien hemm l-Estonja, b'żieda ta' 36.3%, segwita mis-Slovakkja bi 33%. Fi kliem ieħor, iż-żieda f 'Mal- ta kienet kważi d-doppju ta' dik fit-tieni pajjiż tal-UE. Din id-dejta tqajjem mistoqsi- ja importanti: għaliex il-kon- sum tal-elettriku fid-djar Maltin żdied daqshekk? Għaxar snin ta' bidla Fuq livell Ewropew, l-istampa hija kważi l-oppost. Bejn l-2014 u l-2024, il-konsum tal-elettriku fid-djar tal-UE naqas b'3.3%. Dan ma jfissirx li l-Ewropej qed jużaw inqas apparat elettriku f 'kull dar; il-figura hija influ- wenzata wkoll min-numru ta' familji, id-daqs tagħhom, l-ef- fiċjenza tal-apparat u l-bidliet fl-użu tal-enerġija. Malta, iżda, kienet eċċezzjoni notevoli. Iż-żieda ta' 66% fuq għaxar snin tirrifletti trasformazzjoni fil-mod kif jgħixu u jaħdmu l-familji. Aktar djar għandhom apparat tal-elettriku, aktar residenzi jużaw sistemi ta' arja kundizz- jonata, u l-klima sħuna tfisser li t-tkessiħ sar parti essenzjali mill-ħajja ta' kuljum matul is-sajf. Fattur ieħor huwa l-bidla minn sorsi oħra ta' enerġija lejn l-elettriku. Aktar apparat li qabel kien jaħdem b'mezzi oħra qed jiġi elettrifikat, filwaqt li d-domanda għall-elettriku tiżdied ukoll minħabba te- knoloġiji ġodda u livelli ogħla ta' kumdità fid-djar. Il-Eurostat jinnota wkoll li l-użu tal-elettriku fid-djar jid- dependi fuq numru ta' fatturi, fosthom id-daqs u n-numru tal-familji, l-ammont ta' apparat tal-elettriku li jintuża, l-effiċjen- za tiegħu u l-użu ta' teknoloġiji li jiffrankaw l-enerġija. Is-sħana qed iżżid id- domanda L-iżvilupp li forsi jispjega l-aktar b'mod ċar il-pożizzjoni ta' Malta huwa dak relatat mat- tkessiħ. Fi studju ppubblikat fit-8 ta' Lulju 2026, il-Eurostat sab li l-ammont ta' enerġija użata għat-tkessiħ tad-djar fl-UE rdoppja f 'sitt snin. Fl-2018, id- djar Ewropej kienu jużaw 40.5 elf terajoule għal space cooling; sal-2024 din iċ-ċifra telgħet għal 80.4 elf terajoule. Il-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa huma l-aktar esposti għal dan il-fenomenu. L-Ital- ja, Spanja u l-Greċja kellhom l-ogħla konsum totali ta' en- erġija għat-tkessiħ, iżda Malta u Ċipru kienu ferm aktar impress- jonanti meta wieħed iqabbel it-tkessiħ mal-konsum kollu tal-enerġija fid-djar. F'Malta, 15% tal-konsum finali tal-enerġija fid-djar kien jintuża għat-tkessiħ. F'Ċip- ru, il-proporzjon kien 16%. Fil-Greċja kien 7.4%, fi Spanja 2.5% u fl-Italja 2.3%. Dan jagħti perspettiva differ- enti għall-figuri Maltin. Il-kon- sum għoli tal-elettriku mhuwiex biss kwistjoni ta' apparat do- mestiku jew ta' familji li jużaw aktar enerġija. Il-klima nnifisha qed issir fattur importanti. F'pajjiż fejn is-sajf huwa twil u sħun, l-arja kundizzjonata tista' taħdem għal sigħat twal kuljum. U hekk kif it-tempera- turi jiżdiedu, id-domanda għat- tkessiħ tista' tkompli tikber. L-Ewropa qed tuża inqas enerġija, Malta qed tuża aktar elettriku Il-kuntrast isir aktar ċar meta wieħed iħares lejn il-konsum totali tal-enerġija fid-djar Ew- ropej. Fl-2024, id-djar tal-UE kkun- smaw 9.54 miljun terajoule ta' enerġija, tnaqqis żgħir ta' 0.2% fuq l-2023. Dan kien it-tielet tnaqqis ann- wali konsekuttiv wara l-quċċa- ta ta' 10.98 miljun terajoule fl-2021. Is-settur residenzjali kien responsabbli għal 26% tal-kon- sum finali kollu tal-enerġija fl-UE. Il-maġġoranza tal-enerġija użata fid-djar Ewropej kienet tmur għat-tisħin tal-ispazju: 61.5%. 15.6% oħra kienet tmur għat-tisħin tal-ilma, filwaqt li 14.8% kienet għall-apparat tal-elettriku u d-dawl. It-tis- jir kien jammonta għal 6.4%, filwaqt li t-tkessiħ kien 0.8% fuq livell Ewropew. Għal Malta, il-qasma hija differenti ħafna. Il-pajjiż m'għandux bżonn kważi l-istess ammont ta' en- erġija għat-tisħin bħal pajjiżi tat-Tramuntana tal-Ewropa, iżda għandu domanda kbira għat-tkessiħ. Dan ifisser li l-elettriku għan- du piż ħafna akbar fil-mixja enerġetika ta' Malta. Fil-fatt, skont l-edizzjoni 2026 tal-Eurostat dwar l-enerġija, l-elettriku kien jammonta għal 41% tal-konsum finali tal-en- erġija f 'Malta fl-2024, l-ogħla sehem fost il-pajjiżi tal-UE. Din hija ċifra li tispjega għal- iex id-domanda fuq is-sistema elettrika Maltija għandha tiġi kkunsidrata mhux biss f 'termini ta' produzzjoni, iżda wkoll f 'ter- mini ta' kif jinbidlu l-abitudniji- et tal-familji. Imma kemm qed tħallas il- familja Maltija? Hawnhekk joħroġ paradoss ieħor. Għalkemm Malta tinsab fost il-pajjiżi bl-ogħla konsum domestiku tal-elettriku, mhijiex fost dawk li għandhom l-ogħla prezzijiet tal-elettriku. Skont l-aħħar dejta tal-Eu- rostat dwar il-prezzijiet, fit-tieni nofs tal-2025 il-prezz medju tal-elettriku għall-familji fl-UE

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 August 2026