Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546366
aħbarijiet IL-ĦADD 30 T'AWWISSU 2026 • illum 06 IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH Ġimgħa deċiżiva fil-ġuri ta' Yorgen Fenech hekk kif il-każ resaq lejn il-mument tal-ver- ità, b'jiem intensi ta' kontroeżami, xhieda, attakki fuq l-investigazzjoni u sottomissjoni- jiet finali li poġġew quddiem il-ġurati żewġ verżjonijiet kompletament differenti dwar min kien responsabbli mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Fil-bidu tal-ġimgħa, il-Prosekuzzjoni kom- pliet tagħfas lil Fenech waqt il-kontroeżami tiegħu, billi kkonfrontatu b'dak li qalet kienu diskrepanzi bejn il-verżjoni li ta lill-Pulizija u dak li xehed fil-ġuri. Fenech baqa' jiċħad li kien il-mandant tal-qtil u kompla jindika lil Keith Schembri bħala l-persuna li, skontu, kienet qed tmexxi l-pjan minn wara l-kwinti. Wieħed mill-punti ewlenin kien il-flus li allegatament għaddew għand Melvin euma. Il-Prosekuzzjoni ppruvat tiem kif kienu saru l-ħlasijiet, għaliex saru u x'kien jaf Fenech f 'kull stadju, filwaqt li l-akkużat insista li l-kun- tatt tiegħu ma' euma ma kienx prova li hu kien ordna l-assassinju. Il-Prosekuzzjoni staqsiet lil Fenech dwar il-€120,000 li euma kien semma bħala s-"se- hem" tiegħu fil-ħlas għall-qtil, filwaqt li Fenech insista li l-ħlasijiet li għamel kienu marbuta ma' pressjoni u rikatt minn euma u mhux ma' ehim biex tinqatel il-ġurnalista. Huwa xehed ukoll li Schembri kien bagħatlu basket b'madwar €80,000, li minnhom €60,000 kienu għaddew għand euma. Il-kontroeżami mess ukoll fuq 17 Black u Electrogas, żewġ temi li l-Prosekuzzjoni poġġiet fil-qalba tal-motiv. Il-ġurati reġgħu semgħu dwar l-interess ta' Caruana Galizia f 'dawn l-istejjer u dwar il-konsegwenzi politiċi u kummerċjali li setgħu joħorġu kieku aktar informazzjoni saret pubblika. L-argument tal-Prosekuzzjoni kien li Fenech kellu raġuni personali u finanzjarja biex iwaqqaf lil Caruana Galizia milli tkompli tikxef informazzjoni li setgħet tagħmillu ħsara. Fenech ċaħad dan u qal li l-pubbliċità dwar 17 Black ma kinitx motiv biżżejjed biex iwettaq reat bħal dan. Hekk kif intemm il-kontroeżami, il-Prose- kuzzjoni saħqet li l-provi kienu jħallu l-"mar- ki tas-swaba'" ta' Fenech fuq il-każ: il-flus, il-komunikazzjonijiet, ir-relazzjoni tiegħu ma' euma u l-pożizzjoni tiegħu bejn euma u Schembri. Fenech, iżda, baqa' jinsisti li kien qed jintuża minn ħaddieħor u li l-verità dwar min ordna l-qtil kienet tinsab xi mkien ieħor. Meta mbagħad id-Difiża bdiet tagħlaq il-każ tagħha, il-fokus inbidel b'mod qawwi lejn Keith Schembri u lejn dak li d-Difiża ddeskriv- iet bħala fallimenti u nuqqasijiet fl-investi- gazzjoni. L-Avukat Charles Mercieca attakka l-kredibbiltà ta' Melvin euma, il-proklama li ngħatatlu u l-mod kif ġew trattati r-recordings tiegħu. Id-Difiża argumentat li kien hemm mis- toqsijiet serji dwar għaliex ċerti linji ta' investigazzjoni ma ġewx segwiti biżżejjed u għaliex persuni oħra, fosthom Schembri, ma ġewx investigati bl-istess intensità. Għaliha, dawn ma kinux dettalji sekondarji, iżda lakuni li setgħu jbiddlu l-mod kif wieħed jiem il-każ kollu u, fuq kollox, min seta' kellu interess li jmexxi l-pjan. Saħqet ukoll li l-motiv marbut ma' Electro- gas u 17 Black kien mibni fuq konġettura aktar milli fuq prova diretta u li, jekk dawn il-mis- toqsijiet joħolqu dubju raġonevoli, il-ġurati ma jistgħux isibu lil Fenech ħati. Schembri b'hekk spiċċa fiċ-ċentru tan-nar- rattiva tad-Difiża. Il-messaġġ kien li l-każ tal-Prosekuzzjoni kien qed jistrieħ wisq fuq ix-xhieda u r-recordings ta' euma, persuna li, skont id-Difiża, kellha interess ċar li tippro- teġi lilha nnifisha. Id-Difiża ppruvat turi wkoll li l-investigazzjoni ma kinitx wiesgħa biżżejjed biex teskludi b'mod kredibbli responsabbiltajiet oħra. Fir-replika tagħha, iżda, il-Prosekuzzjoni ppruvat iġġib lill-ġurati lura għall-akkużat quddiemhom. Hija sostniet li d-Difiża kienet qed tipprova toħloq sensiela ta' dubji billi tpoġġi ismijiet oħra fiċ-ċentru, iżda li dan ma kienx biżżejjed biex jitħassar dak li qalet li kien mudell konsistenti ta' evidenza kontra Fenech. Il-messaġġ tagħha kien sempliċi: dan kien il-ġuri ta' Yorgen Fenech, mhux ta' Keith Schembri. Skont il-Prosekuzzjoni, is-suspetti dwar persuni oħra ma jneħħux il-piż tal-provi li, fil-fehma tagħha, jorbtu lil Fenech diretta- ment mal-pjan, mal-flus u ma' euma. Il-Prosekuzzjoni reġgħet poġġiet 17 Black, Electrogas u l-pressjoni dejjem tikber fuq Fenech fiċ-ċentru tal-motiv. Argumentat li l-biża' li aktar informazzjoni kienet se toħroġ pubblikament kienet tagħti kuntest għaliex Caruana Galizia saret mira. Fl-istess ħin, insistiet li r-recordings u l-kuntatti bejn il-persuni involuti jagħmlu ħafna aktar milli sempliċement joħolqu suspett. Fl-aħħar indirizz tagħha, il-Prosekuzzjoni talbet lill-ġurati jsibu lil Fenech ħati tal-ak- kużi miġjuba kontrih, fosthom kompliċità fl-omiċidju volontarju ta' Daphne Caruana Galizia u assoċjazzjoni biex jitwettaq reat. L-appell tagħha kien biex il-ġurati jħarsu lejn il-provi kollha flimkien, aktar milli lejn kull el- ement iżolat, u jiddeċiedu jekk dawn iwasslux għal konklużjoni waħda loġika. Tul il-ġimgħa, għalhekk, il-ġurati kellhom quddiemhom mhux biss battalja dwar il-fatti, iżda wkoll dwar kif għandhom jiġu interpretati l-istess recordings, kuntatti u movimenti ta' flus li ilhom snin fil-qalba tal-każ. Wara ġimgħa li fiha l-Prosekuzzjoni ppreżentat lil Fenech bħala l-bniedem li kellu l-motiv, il-mezzi u l-konnessjonijiet, u d-Difiża ppruvat turi li l-investigazzjoni ħalliet wisq mistoqsijiet bla tweġiba, il-ġuri wasal għall-ak- tar stadju delikat tiegħu. Issa l-ġurati jridu jiddeċiedu mhux biss liema verżjoni hija aktar kredibbli, iżda jekk il-każ kontra Fenech ġiex ippruvat lil hinn minn kull dubju raġonevoli. Il-ġuri jidħol fl- aħħar fażi tiegħu Silenzju assolut JAELLE BORG Il-ħatra ta' Prim Imħallef ġdid għadha mdendla, xhur wara li l-ewwel tentattiv tal-Gvern falla fil-Parlament u wara sensiela ta' diskussjonijiet li raw lill-Gvern u lill- Oppożizzjoni jipproponu kandidati differenti għall- ogħla kariga fil-ġudikatura. Issa, il-Gvern jgħid li "jħares 'il quddiem lejn it-tkomplija tad-diskussjonijiet". Iżda dwar jekk dawn id- diskussjonijiet humiex fil-fatt għaddejjin, meta saret l-aħħar laqgħa, meta se ssir oħra, u jekk għadx hemm ismijiet fuq il- mejda — ftit li xejn intqal. F'risposta mibgħuta lill- ILLUM f 'isem kemm l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll il-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Gvern qal: "Il-ħatra tal-Prim Imħallef hija waħda ta' importanza nazzjonali, u għalhekk il- kunsens huwa kruċjali. Il- Ministeru jħares 'il quddiem lejn it-tkomplija tad- diskussjonijiet, bit-tama li dawn iwasslu għal qbil dwar persuna idonea għal din il-kariga." Risposta qasira. U fuq sensiela ta' mistoqsijiet speċifiċi, ħafna għadhom mingħajr tweġiba. L-ILLUM staqsiet, fost affarijiet oħra, jekk sarux laqgħat bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni minn wara l-elezzjoni ġenerali, meta saret l-aħħar laqgħa, jekk bħalissa hemmx diskussjonijiet attivi, jekk ġewx diskussi ismijiet ġodda u jekk hemmx xi indikazzjoni ta' meta l-pajjiż jista' finalment ikollu Prim Imħallef ġdid. Ir-risposta ma daħlet f 'ebda wieħed minn dawn id-dettalji. U għalhekk, filwaqt li issa hemm konferma li l-Gvern irid li d-diskussjonijiet "jitkomplew", il-pubbliku għadu ma jafx eżatt x'inhu jiġri wara l-kwinti. Minn vot fallut għal impass Il-ġrajja bdiet tieħu xejra aktar serja fl-4 ta' Frar, meta l-Gvern mar quddiem il- Parlament bin-nomina tal- Imħallef Consuelo Scerri Herrera għall-kariga ta' Prim Imħallef. Iżda l-vot ma ġabx il- maġġoranza ta' żewġ terzi meħtieġa. Iktar tard kienet ħarġet leak dwar il-fatt li l-PN ressaq lil Edwina Grima iżda dan qatt ma ġie kkonfermat. Il-ħatra tal-Prim Imħallef ma tistax issir b'maġġoranza sempliċi tal-Gvern. Il- Kostituzzjoni titlob l-appoġġ ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-membri kollha tal- Kamra tad-Deputati, u dan ifisser li fil-prattika l-Gvern u l-Oppożizzjoni jridu jaslu għal qbil. L-għada tal-vot fallut, il-President Myriam Spiteri Debono ltaqgħet separatament mal-Prim Ministru Robert Abela u mal-Kap tal- Oppożizzjoni Alex Borg. F'dik l-okkażjoni, l-Uffiċċju tal-President qal li Abela kien tenna l-impenn tiegħu li jiltaqa' mal-Kap tal-Oppożizzjoni biex jintlaħaq qbil dwar il-ħatra. Il- President kienet ukoll esprimiet il-konvinzjoni tagħha li ż-żewġ mexxejja kellhom il-għaqal meħtieġ biex jaslu għal ftehim fl-interess tal-Qrati, tal- amministrazzjoni tal-ġustizzja u tas-saltna tad-dritt. Dak il-qbil, iżda, baqa' ma wasalx. Hayman kontra Mintoff Wara l-falliment tan-nomina ta' Scerri Herrera, il-proċess ma waqafx mill-ewwel. Fl-20 ta' Frar, il-gazzetta oħt, MaltaToday żvelat li l-Gvern kien ressaq lill-Imħallef Miriam Hayman bħala t-tieni għażla tiegħu għall-kariga ta' Prim Imħallef. L-isem tagħha kien tressaq waqt laqgħa bejn il-Ministru għall-Ġustizzja ta' dak iż-żmien, Jonathan Attard, u l-kelliem tal- Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Joe Giglio. Imbagħad, 24 siegħa biss Tweġiba waħda f ' isem Kastilja u l-Ministeru għall-Ġustizzja tgħid li l-kunsens huwa "kruċjali ", iżda tħalli bla risposta l-mistoqsijiet dwar jekk sarux laqgħat, meta se jerġgħu jibdew it-taħditiet u jekk hemmx kandidati fuq il-mejda

