MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546554

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Ġeneru popolari taċ-ċinema hu dak tax-xjenza fittizja. Dan it-tip ta' film ma jistax ikol- lu definizzjoni preċiża għax jista' jiddependi ħafna fuq dik il-kwalità ta' fantasija mhux tal-leġġendi biss, imma jinvolvi wkoll ix-xogħol tal-bniedem. Il-produzzjonijiet dwar mostri ma jikkwalifikawx, iżda esplorazzjoni tal-ispazju u pro- feziji oħra huma fergħa minn dan il-kunċett. Aspett ieħor hu li ċerti produzzjonijiet sup- post tax-xjenza fittizja jdawru r-rotta lejn films tal-biża' jew ta' fantasija makabra. Ix-xjenza fittizja hu suġġett vast u jittrasforma ruħu b'mod aktar kumpless meta jinħadem għal fuq il-liżar il-kbir. Din hi esperjenza li tissodisfa rekwiżiti differenti f 'kull wieħed minna, għalkemm b'mod ġenerali kollha nafu xi tfisser. L-awtur Ingliż H. G. Wells (imlaqqam e Father of Science Fiction) li l-influwen- za tiegħu tinfiltra b'manjiera sot- tili fil-ħafna films ta' dan il-ġen- eru, irrefera għall-kitbiet tiegħu bħala "fantasiji ta' possibbiltà". Il-kittieb Pollakk Stanislaw Len wera li l-unika triq għall-pro- gress hi billi wieħed ineħħi definizzjonijiet validi ta' qabel għax ix-xjenza fittizja tikkonċer- na progress, għalhekk m'hemmx sens li tistenna li tikkonferma ma' xi mudell fiss. Il-films tax-xjenza fittizja ilhom jinħadmu sa miż-żmien bikri taċ-ċinema mutu. Dawn laħqu l-qofol tagħhom fis-snin ħamsin, iż-żmien tal-Gwer- ra Bierda u l-attenzjoni minn se jirbaħ it-tiġrija fl-ispazju u jniżżel bniedem fuq il-qamar. Il-maġġoranza ta' dawn il-pro- duzzjonijiet kienu xogħlijiet ta' baġits modesti jew żgħar, aktarx bla kulur, immirati l-aktar biex jintwerew fil-beraħ fi Drive-In Cinemas, però xorta wħud min- nhom spikkaw u akkwistaw fama ta' xogħlijiet kulti jew klassiċi. Reġa' sar sforz ieħor fid-diċen- nju tas-sebgħin u l-bidu tas-snin tmenin, issa b'films elaborati, itwal fit-tul, b'baġits akbar u bis-CinemaScope (liżar wies- għa). Dan il-ġeneru baqa' popolari anki sal-preżent bi produzz- jonijiet lussużi, b'effetti speċjali viżwali ġġenerati bil-kompjuter u azzjoni tassew reali. Kif sem- mejt fil-bidu, ix-xjenza fittizja dejjem tikkonċerna progress u t-temi moderni huma dwar li d-Dinja tagħna tinsab fi stat distopiku (biża' ta' xi gwerra nukleari), jew minn xi virus qerriedi, jew milquta minn xi metjorita, l-esplorazzjoni aktar fil-fond tal-univers (il-films Star Trek u Star Wars) u emigrazzjoni lejn xi pjaneta oħra għax id-din- ja ma baqgħetx abitabbli. Il-films klassiċi u kulti li se nitkellem fuqhom huma l-għażla personali tiegħi u kulħadd jista' jkollu preferenzi oħrajn. (Kemm nista' ħallejt barra films dwar il-pjaneta Mars għax fuq dan is-suġġett kont ġibt rapport snin ilu). Żmien iċ-Ċinema Mutu L-ewwel film tax-xjenza fittiz- ja kien dak tal-1902 tad-Diret- tur Franċiż Georges Melies, Le Voyage Dans La Lune/A Trip To The Moon. Dan kien film ta' 13-il minuta biss fejn astronawti jkunu sparati lejn il-qamar f 'kapsula minn kanun kbir. The Lost World (1925). Din l-ewwel adazzjoni tar-rumanz ta' Sir Arthur Conan Doyle skantat lill-udjenzi bl-effetti stop motion fi ġlieda titanika bejn żewġ dinosawri. Il-kapulavur ta' din l-epoka hu, bla dubju ta' xejn, Metrop- olis (1927) tal-Germaniż Fritz Lang. Film klassiku, fantasija dwar belt tal-futur u s-soċjetà mekkanizzata ta' ġo fiha. Ġuvni tal-klassi għolja jabbanduna ħajja ta' lussu biex jingħaqad mal-ħaddiema maħqurin f 'rivoluzzjoni. L-effetti speċ- jali u d-disinn tas-sets huma tal-prima klassi. Din il-pro- duzzjoni tiskorri s-sagħtejn u nofs. Xogħlijiet ċinematografiċi oħra notevoli huma: 20,000 Leagues Under the Sea (1928) u l-Franċiż The Crazy Ray (1924). Il-Germaniżi wkoll taw kon- tribuzzjoni sostanzjali. 14 films IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2026 • illum Carmel Bonnici "Neo-Realiżmu" – Stil Taljan IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA H. G. Wells, imlaqqam The Father of Science Fiction The Lost World (1925)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 September 2026