Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546554
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2026 JIRRITORNA MINN OTTUBRU MA' SAVIOUR BALZAN MILL-ĦAMIS 1 T'OTTUBRU 2026 FL-10.15PM FUQ TVM IKOMPLI MINN PAĠNA 1 L-istess osservaturi qalu li l-każ Daphne ħa jservi biex jamplifika l-problemi kollha li ħa jaffaċċja l-gvern bħall-qtugħ tad-dawl, il-bini esaġerat, il-pressjoni tat-traffiku u l-problema tal-bar- ranin. "Daphne ħa tkun it-tarka ta' dawk kollha li jridu jikkritikaw il-Gvern." Din id-darba, Robert Abela jrid joqgħod attent kif jirribatti l-kri- tika, għax filwaqt li huwa minnu li l-verdett ma kienx fil-kontroll ta' Abela, ix-xhieda fetħu ħafna mistoqsijiet fuq Kastilja. Il-konferenza stampa tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat xejn ma għenet lil Abela. Infatti kien hemm min f 'Kastilja ddejjaq bil-konferenza stampa fejn Muscat prova jiġġustifika l-inġustifikabbli. Muscat għal ħafna deher bħala politiku skadut u l-argumenti li ppreżenta fil-preżenza ta' sang- isugi bħal Jason Micallef, Ricky Caruana u Neville Gafa kienet imxebbha ma' naħqa ta' ħmar. Fil-konferenza stampa tiegħu, Joseph Muscat qal li baqa' "perp- less" bil-verdett li ħeles lil Yorgen Fenech u sostna li matul il-ġuri ngħataw diversi verżjonijiet li, skontu, ma kinux jaqblu mal-fatti. Hu ċaħad li Keith Schembri kien jgħaddi informazzjoni dwar l-in- vestigazzjoni jew li hu stess kien jaf minn qabel bid-dati ta' arresti u tfittxijiet. Muscat iddefenda wkoll id-deċiżjoni tiegħu li jagħti maħfra presidenzjali lil Melvin euma, u qal li kien ġie konvint mill-Avukat Ġenerali u mill-Kum- missarju tal-Pulizija li din kienet meħtieġa biex l-investigazzjoni timxi 'l quddiem. Hu qal ukoll li r-riżenja tiegħu ma kinitx ammis- sjoni ta' falliment, iżda pass biex ma tinħoloqx l-iċken impressjoni ta' ndħil. Fl-istess waqt, Muscat ikkri- tika l-attakki fuq il-ġurati u qal li wieħed ma jistax jiddefendi l-istituzzjonijiet biss meta d-deċiż- jonijiet tagħhom ikunu jaqblu miegħu. Hu kkontesta wkoll parti- jiet mill-inkjesta pubblika u sostna li ċerti konklużjonijiet tagħha ma jaqblux mal-verdett tal-ġuri. Fid-dawl ta' dan kollu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qam għal sfida kbira wara sajf bi sħana bla tmiem. Jidher li hemm ħeġġa kbira fil-PN, u bl-avveni- menti marbutin mal-festi Indip- endenza, il-kap żagħżugħ jidher invigorat u determinat li ma jitlifx iċ-ċans li jiġbed it-tapit minn taħt saqajn il-Prim Ministru Abela. Alex Borg qed jinsisti li l-verdett fil-konfront ta' Yorgen Fenech ma jagħlaqx il-kapitlu tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Hu qal li filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jirrispetta d-deċiżjoni tal-ġurati u l-prinċipju li ħadd ma jista' jinstab ħati jekk il-każ ma jiġix ippruvat lil hinn minn kull dubju raġon- evoli, il-pajjiż għadu mingħajr tweġiba dwar min ordna l-qtil. Borg qed jipprova jqiegħed il-każ ukoll fil-qalba tad-dibat- titu dwar l-istituzzjonijiet. Hu talab aktar riformi biex tissaħħaħ l-indipendenza tal-Pulizija, tal-ġudikatura u tal-istituzzjonijiet l-oħra, filwaqt li qal li l-ġurnalisti għandhom ikunu jistgħu jaħd- mu mingħajr intimidazzjoni. Hu argumenta li dak li ħareġ waqt il-ġuri wera l-konsegwenzi meta ma jkunx hemm separazzjoni ċara bejn l-istituzzjonijiet. Il-Kap tal-Oppożizzjoni attakka wkoll is-skiet inizjali ta' Robert Abela wara l-verdett, li sejjaħlu "xokkanti". Borg qal li l-PN se jibqa' jitlob il-verità, ir-responsab- biltà politika u ġustizzja sħiħa għall-familja Caruana Galizia. 'Daphne ħa tkun it-tarka ta' dawk kollha li jridu jikkritikaw il-Gvern' F'konferenza stampa, l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat (xellug) prova jiġġustifika l-inġustifikabbli waqt li Alex Borg qed jinsisti li l-verdett ma jagħlaqx il-kapitlu tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia

