MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546554

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

"Il-Buyers Charter se joffri l-opportunità li flimkien nistabbilixxu sett komuni ta' prinċipji u aspettattivi li japplikaw għax- xerrejja kollha ta' proprjetà residenzjali " Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar MATTHEW ZERAFA 10 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2026 • illum opinjoni I x-xiri ta' proprjetà huwa fost l-aktar deċiżjonijiet impor- tanti li ħafna minna nieħdu tul ħajjitna. Dan mhux biss impenn finanzjarju kbir. Id-dar hija l-post fejn nagħmlu l-ewwel pass lejn ħajja indipendenti, inrab- bu l-familji tagħna u nippjanaw għall-futur. Iżda kull meta nitkellmu maż- żgħażagħ waqt l-attivitajiet regolari tagħna, hemm tweġiba waħda li ni- simgħu ta' spiss meta nistaqsuhom dwar ix-xiri tal-ewwel proprjetà: "Ma nafx minn fejn se nibda." U mhux diffiċli nimu għaliex. Ix-xiri ta' proprjetà hu proċess kumpless. Hemm diversi profess- jonisti involuti, kunsiderazzjonijiet legali u finanzjarji, taxxi u firxa wiegħsa ta' skemi u inċentivi tal-Gvern. Għal min ikun se jixtri għall-ewwel darba, dan il-proċess hu partikolarment diffiċli. Iżda anke min ikun diġà xtara proprjetà jista' jiltaqa' ma' inċertezzi meta jkun qed jaffaċċja ċirkostanzi ġodda. Hawnhekk għandha rwol impor- tanti l-Awtorità tad-Djar. Is-sena l-oħra, l-Awtorità tad-Djar ħadet pass importanti biex tipprovdi aktar għarfien u informazzjoni għal dawk li jkunu qed jikkunsidraw jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, bis-saħħa tal-pubblikazzjoni tal-First-Time Buyers Guide. Din il-gwida ġiet imfassla biex tipprov- di informazzjoni prattika dwar ix-xiri ta' proprjetà, mill-ippjanar finanzjarju u l-iskemi tal-Gvern, sal-iffirmar tal-kuntratt finali. Nedejna wkoll online portal li jiġi aġġornat regolarment biex jirrifletti skemi, inizjattivi u bidliet regola- torji ġodda. Din il-gwida twieġeb mistoqsija importanti: Kif nixtri proprjetà? Iżda nemmnu li rridu mmorru pass oltre u nistaqsu wkoll: X'għan- di nistenna meta nixtri proprjetà? Hawnhekk jidħol il-Buyers Charter. Nedejna konsultazzjoni pubblika biex niżviluppaw Charter li jkollu applikazzjoni aktar wies- għa. Fil-fatt, qed nipproponu li dan ma jkunx indirizzat biss lejn min ikun qed jixtri l-ewwel proprjetà tiegħu, iżda lejn ix-xerrejja kollha ta' proprjetà residenzjali. Dan jirrifletti r-realtà li l-ħtiġijiet tagħna relatati mal-akkomodazz- joni jinbidlu tul ħajjitna. Persuna żagħżugħa tista' tkun qed tixtri l-ewwel proprjetà tagħha. Familja li qed tikber taf tkun teħtieġ pro- prjetà akbar. Persuni anzjani jafu jridu jċekknu l-proprjetà tagħhom. Persuna separata teħtieġ tistab- bilixxi akkomodazzjoni ġdida. Il-programm tal-Gvern fil-qa- sam tal-akkomodazzjoni qiegħed dejjem aktar jirrikonoxxi dawn l-istadji differenti fil-ħajja. Dan qed isir permezz ta' miżuri u diversi forom ta' għajnuniet u tnaqqis fit- taxxa tal-boll li jappoġġjaw mhux biss lill-first-time buyers, imma anki lil dawk li jixtiequ jkabbru jew iċekknu l-proprjetà tagħhom, u lill-persuni separati. Il-Buyers Charter għalhekk se joffri l-opportunità li flimk- ien nistabbilixxu sett komuni ta' prinċipji u aspettattivi li japplikaw għax-xerrejja kollha ta' proprjetà residenzjali. Fil-qalba taċ-Charter hemm sfida li ħafna xerrejja jħabbtu wiċċhom magħha: id-differenza fl-informazzjoni u fl-għarfien bejn ix-xerrej u l-persuni l-oħra involuti fix-xiri tal-proprjetà. Meta persuna tkun qed tixtri proprjetà, ħafna drabi tkun qed tagħmel dan darba jew it drabi f 'ħajjitha. Min-naħa l-oħra, il-professjonisti involuti jittrattaw dawn it-tip ta' tranżazzjonijiet b'mod regolari u għandhom għarfien speċjalizzat li x-xerrej mhux neċessarjament ikollu. Dan jista' jwassal biex ix-xerrej ma jkunx jaf x'mistoqsijiet għandu jagħmel, għal xiex għandu joqgħod attent jew x'għandu jisten- na mill-persuni differenti involuti fil-proċess. Iċ-Charter ma jistax jelimina din il-kumplessità iżda jista' jgħin biex inaqqasha. L-għan huwa li x-xerrej ikollu aċċess għal infor- mazzjoni ċara u faċli biex jiimha, ikun jaf x'inhuma d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħu, u jkun jaf x'għandu jistenna mill-parti- jiet interessati involuti fix-xiri ta' proprjetà. Irridu nenfasizzaw li ċ-Charter mhux se jissostitwixxi l-liġijiet eżistenti, il-qafas regolatorju jew il-mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim. Ir-rwol tiegħu hu li jagħmilhom aktar faċli biex jin- iehmu u jiġu segwiti. Iċ-Charter għalhekk se jkun intiż li jipprovdi direzzjoni aktar ċara dwar il-mek- kaniżmi disponibbli diġà eżistenti għal meta jintalab rimedju, ovvja- ment skont in-natura tal-każ. Irridu wkoll li ċ-Charter ikun prattiku. Għalhekk biħsiebna ninkludu eżempji ta' sitwazzjoni- jiet li x-xerrejja jistgħu jiltaqgħu magħhom matul il-proċess tax-xiri. Se nenfasizzaw ukoll żbalji komuni li x-xerrejja għandhom ikunu konxji tagħhom. Fl-aħħar mill-aħħar, l-ambizzjo- ni tagħna hija li l-Buyers Charter iservi ta' dikjarazzjoni nazzjonali ta' x'jinvolvu prattiċi tajbin fis-suq tal-proprjetà residenzjali f 'pajjiżna. Iżda dokument bħal dan ma jistax jiġi żviluppat mill-Awtorità tad-Djar waħedha. Huwa għalhekk li nedejna din il-konsultazzjoni pubblika. Irridu nisimgħu lil dawk kollha involuti f 'dan is-settur, mix-xerrejja sal-iżviluppaturi, l-aġenti tal-propr- jetà, il-periti, in-nutara, l-istituzz- jonijiet finanzjarji, l-organizzazz- jonijiet tal-konsumatur u l-partijiet interessati kollha fis-settur. Irridu nkunu nafu fejn il-proċess attwali qed jaħdem tajjeb, fejn hemm nuqqasijiet, liema problemi jiltaqgħu magħhom ix-xerrejja u, fuq kollox, liema miżuri u prattiċi jistgħu jagħmlu l-proċess tax-xiri ta' proprjetà aktar trasparenti u affidabbli. Ir-rwol tal-Awtorità tad-Djar mhux biss li tipprovdi għajnuna fil-qasam tal-akkomodazzjoni. Huwa wkoll li tikkontribwixxi biex ikollna suq tal-proprjetà li jaħdem aħjar għan-nies. Għalhekk, inħeġġu lil kull min għandu interess fis-suq tal-pro- prjetà residenzjali f 'Malta jieħu sehem f 'din il-konsultazzjoni. L-es- perjenzi, l-għarfien u s-suġġeri- menti tagħkom se jgħinuna nfasslu Charter li jkun prattiku, relevanti u li jkun jista' jagħmel differenza reali għal dawk li jkunu qed jagħmlu wieħed mill-akbar investimenti f 'ħajjithom. Aktar trasparenza u ċarezza għax- xerrejja tal-proprjetà permezz tal- Buyers Charter Iċ-Charter mhux se jissostitwixxi l-liġijiet eżistenti, il-qafas regolatorju jew il-mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 September 2026