Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546554
aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2026 • illum 06 Rabja fl-Ewropa għal kif Ratko Mladić, ġeneral ħati ta' ġenoċidju, ingħata l-unuri fil-mewt Il-kunsens "kruċjali " dwar il-ħatra ta' Prim Imħallef ġdid għadu ma tfaċċax Il-mewt ta' Ratko Mladić reġgħet fetħet waħda mill-aktar feriti koroh tal-gwerer tal-Balkani tas-snin disgħin. Iżda dak li qanqal rabja internazzjonali ma kienx biss il-mewt tiegħu, iżda l-mod kif ġie mfakkar f 'Belgrad: b'eluf ta' nies jinġabru biex isellmulu, it-tebut tiegħu mgħot- ti bil-bandiera Serba, unuri militari u l-preżenza ta' diversi uffiċjali għolja tal- Gvern Serb. Għalkemm l-awtoritajiet Serbi insistew li l-funeral ma kienx formalment funeral tal-Istat, u li ma kienx hemm unuri uffiċjali tal-Istat skont il-protokoll, il-mod kif saru ċ-ċerimonji wassal lill-Unjoni Ewropea u lil bosta organizzazzjonijiet internazzjonali biex jiddeskrivu dak li seħħ bħala glorifika- zzjoni ta' kriminal tal-gwerra. Għal ħafna Serbi, madankollu, Mladić jibqa' simbolu ta' reżistenza u ta' difiża tal-poplu Serb. Għall-vittmi tal-gwerra fil-Bożnija u għall-familji tagħhom, huwa simbolu ta' dak kollu li l-Ewropa kellha titgħallem qatt ma terġa' tippermetti. Il-ġeneral tal-Bożnija Ratko Mladić kien uffiċjal tal-Armata Jugoslava li sar il-kmandant tal-Armata tar-Repubblika Srpska, il-forza militari tas-Serbi tal-Bożnija, matul il-gwerra li faqqgħet fl-1992 wara li l-Bożnija-Ħerzego- vina ddikjarat l-indipendenza. Il-kunflitt bejn il-forzi Serbi, Bożnijaċi Musulmani u Kroati wassal għal waħda mill-agħar kriżijiet umanitarji fl-Ewropa mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn. Aktar minn 100,000 persuna nqatlu u miljuni oħra spiċċaw spostati jew refuġjati. Mladić kellu rwol ċentrali fl-operazzjoni- jiet militari tas-Serbi tal-Bożnija, inkluż l-as- sedju ta' Sarajevo, li dam kważi erba' snin. Il-belt kienet suġġetta għal bombardamenti u sparar kontinwu minn pożizzjonijiet Serbi madwarha, bil-popolazzjoni ċivili tgħix taħt theddida kostanti. Iżda l-isem ta' Mladić sar marbut b'mod inseparabbli ma' Srebrenica. Srebrenica u l-ġenoċidju F'Lulju tal-1995, il-forzi taħt il-kmand ta' Mladić ħatfu l-kontroll ta' Srebrenica, żona li kienet ġiet iddikjarata mill-Ġnus Magħquda bħala "safe area". Wara l-waqgħa tagħha, aktar minn 8,000 raġel u tifel Bożnijak, ħafna minnhom Musulmani, inqatlu. L-irġiel u s-subien ġew separati min-nisa u t-tfal, u ħafna ġew maqtula b'mod sistematiku. Srebrenica saret l-agħar massakru fl-Ew- ropa mit-Tieni Gwerra Dinjija u wieħed mill-aktar każijiet ċari ta' ġenoċidju fil-kon- tinent Ewropew fl-era moderna. L-atroċitajiet wasslu għal akkużi kontra Mladić quddiem it-Tribunal Internazzjon- ali Kriminali għall-Eks Jugoslavja, l-ICTY, li kien twaqqaf mill-Ġnus Magħquda biex jipproċedi kontra dawk responsabbli għall-agħar delitti mwettqa matul il-gwerer tal-Balkani. 16-il sena jaħrab mill-ġustizzja Mladić kien ilu mfittex għal snin twal. Minkejja l-akkużi gravi kontrih, huwa rnexxielu jibqa' moħbi għal kważi 16-il sena. Fl-aħħar ġie arrestat fis-26 ta' Mejju 2011 fis-Serbja u it jiem wara ġie ttrasferit lejn l-Aja biex jaffaċċja l-proċess. Il-proċess tiegħu sar wieħed mill-aktar importanti fl-istorja tal-ġustizzja inter- nazzjonali. Fl-2017, l-ICTY sabu ħati ta' ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u ksur tal-liġijiet u d-drawwiet tal-gwerra, u kkun- dannah għal priġunerija għal għomru. Il-funeral li qanqal rabja Mladić miet fl-Aja fis-27 t'Awwissu 2026 fl-età ta' 84 sena waqt li kien qed jiskonta l-kundanna ta' għomor il-ħabs. Il-fdalijiet tiegħu ttieħdu lura lejn Belgrad fuq ajruplan tal-Gvern Serb. It-tebut tiegħu ġie mgħotti bil-bandiera Serba u l-ġisem tiegħu ntlaqa' minn uffiċjali militari u tas-sigurtà. Għall-funeral f 'Belgrad attendew eluf ta' persuni, inklużi ministri Serbi u personalita- jiet assoċjati man-nazzjonaliżmu Serb. Kien hemm ukoll rappreżentanza Russa. Għal dawk li baqgħu jħarsu lejn Mladić bħala eroj, iċ-ċerimonja kienet okkażjoni biex jonoraw ġeneral li jemmnu li ddefenda l-interessi Serbi. Għall-vittmi ta' Srebrenica u Sarajevo, iżda, kienet insult. Ir-risposta tal-Ewropa Ir-reazzjoni tal-Unjoni Ewropea kienet waħda mill-aktar qawwija. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew António Costa sejħu l-immaġni mill-fu- neral "xokkanti", u enfasizzaw li Mladić kien kriminal tal-gwerra misjub ħati ta' ġenoċidju, delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità. Il-Kummissarju Ewropew għat-Tkabbir Marta Kos ikkanċellat żjara ppjanata fis-Ser- bja u wissiet li l-glorifikazzjoni ta' Mladić hija inkompatibbli mal-valuri li fuqhom hija mibnija t-triq tas-Serbja lejn is-sħubija fl-UE. Il-messaġġ minn Brussell kien ċar: il-pas- sat ma jistax jiġi mfarrak taħt it-tapit jekk is-Serbja trid tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Anke l-Kunsill tal-Ewropa talab lill-aw- toritajiet Serbi jiġġieldu kontra l-glorifikazz- joni ta' kriminali tal-gwerra kkundannati. Il-kontroversja tista' tħalli wkoll konseg- wenzi konkreti fuq in-negozjati tas-Serbja mal-UE. Il-proċess ta' adeżjoni diġà jinsab taħt pressjoni minħabba tħassib dwar l-istat tad-dritt, id-demokrazija u l-allinja- ment ta' Belgrad mal-politika barranija tal-UE. JAELLE BORG Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg qal li ressaq erba' ismi- jiet lill-Prim Ministru Robert Abela għall-kariga ta' Prim Imħallef, iżda sal-lum għadu ma rċieva ebda risposta min- għand il-Gvern. Waqt intervista fuq Campus FM is-Sibt filgħodu, Borg in- sista li l-ħatra ta' Prim Imħallef ġdid ma tistax tibqa' tittardja, u qal li l-pajjiż ma jistax jibqa' f '"limbu" dwar kariga daqstant importanti. Huwa ma żvelax l-ismijiet li ressaq, u qal li dan qed jagħmlu b'rispett lejn l-in- dipendenza tal-ġudikatura. Il-kummenti tiegħu jitf- għu dawl ġdid fuq dak li din il-gazzetta kienet irrappurtat ftit ġimgħat ilu, meta l-Gvern kien ġie mistoqsi jekk kinux għaddejjin diskussjonijiet, meta kienet saret l-aħħar laqgħa u jekk kienx hemm kandidati ġodda fuq il-mejda. Dakinhar, f 'risposta konġunta f 'isem Kastilja u l-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Gvern kien qal li l-kunsens dwar il-ħatra huwa "kruċjali" u li kien qed iħares 'il quddiem lejn it-tkom- plija tad-diskussjonijiet biex jintlaħaq qbil fuq persuna idonea. Iżda minkejja li l-Gvern kien sejjaħ dan il-kunsens "kruċjali", Borg issa qed jgħid li wara li ressaq erba' ismijiet, lanqas biss irċieva feedback dwarhom. Għalhekk, il-mistoqsija tibqa' waħda ċara: kemm jista' jkun tassew "kruċjali" l-kunsens jekk il-proposti tal-Kap tal-Op- pożizzjoni jibqgħu mingħajr risposta? Ftit ġimgħat ilu, il-Gvern qal lil din il-gazzetta li l-kunsens dwar il-ħatra tal-Prim Imħallef huwa "kruċjali " • Issa Alex Borg qed jgħid li ressaq erba' ismijiet lill-Prim Ministru iżda sal-lum ma rċieva ebda feedback Ratko Mladić kien arrestat fis-26 ta' Mejju 2011 fis-Serbja Il-Prim Imħallef Mark Chetcuti kellu jirtira fl-4 ta' Frar 2026, iżda jrid jibqa' fil-kariga sakemm jinħatar Prim Imħallef ġdid

