Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546637
13 arti u kultura IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-festa ta' San Franġisk t'Assisi fir-Rabat Il-Patrijiet Franġiskani tal- Knisja Santa Marija ta' Ġesù fir-Rabat se jiċċelebraw il- Festa ta' San Franġisk t'Assisi permezz ta' programm ta' attivitajiet reliġjużi, kulturali u komunitarji bejn is-Sibt 3 u l-Ħadd 11 ta' Ottubru 2026. Iċ-ċelebrazzjonijiet jiftħu s-Sibt 3 ta' Ottubru bit-tifkira tal-vjaġġ qaddis ta' Missier- na San Franġisk lejn is-se- ma. Filgħaxija ssir it-Talba tar-Rużarju fil-5:30 p.m. segwita fis-6:00 p.m. minn Quddiesa Konċelebrata li matulha jiġi ċċelebrat it-Transitu ta' San Franġisk. Il-Ħadd 4 ta' Ottubru, Jum is-Solennità ta' San Franġisk, il-Quddies ikun fis-7:15 a.m., fit-8:30 a.m., fl-9:45 a.m. u fil- 11:00 a.m. Matul il-Quddiesa tal-9:45 a.m. issir il-vestizzjoni tal-abbatini ġodda. It-Tnejn 5 ta' Ottubru, wara r-Rużarju fil-5:30 p.m., issir Quddiesa fis-Santwarju ta' San Ġużepp Inkurunat fis- 6:00 p.m. Fis-7:00 p.m. tittella' Lejla Mużiko-Letterarja taħt il-patroċinju tal-E.T. Mons. Isqof Sandro Overend Rigillo O.F.M., Vigarju Appostoliku ta' Bengażi. Tieħu sehem il-Banda Dekana u Ċittadina L'Isle Adam taħt id-direzzjoni ta' Mro Wil- liam Debattista. It-Tlieta 6 ta' Ottubru tkun imfakkra l-okkażjoni tal-50 sena saċerdozju ta' Patri Pawl Galea O.F.M. Wara r-Rużarju fil-5:30 p.m., fis-6:00 p.m. tiġi ċċelebrata Quddiesa Konċel- ebrata Solenni fl-okkażjo- ni tal-ħamsin anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. It-Tridu jibda l-Erbgħa 7 ta' Ottubru. Il-Quddiesa tas-6:00 p.m., bil-prietka, titmexxa mir- Rev. Kan. Dun Joseph Mizzi, Arċipriet tal-Parroċċa tar-Ra- bat. Il-Ħamis 8 ta' Ottubru, il-Quddiesa bil-prietka titmexxa minn Patri Pawl Attard O.F.M., Direttur lokali tal-Ordni Franġiskan Sekular. Matulha jsir it-tiġdid tal-Professjoni tal-membri tal-Ordni Franġis- kan Sekular. Fiż-żewġ ġranet, iċ-ċelebrazzjonijiet jintemmu bil-Kant tal-Antifona u l-Barka Sagramentali. Il-Ġimgħa 9 ta' Ottubru, it-Tielet Jum tat-Tridu, tkun iċċelebrata wkoll il-Festa ta' San Carlo Acutis. Fid-9:00 a.m. issir Quddiesa għat-tfal tal-Iskola Primarja tar-Rabat. Fil-5:30 p.m. jitlaq korteo mill-Knisja u s-Santwarju tal-Madonna tas-Saħħa bix-xbihat ta' San Franġisk u San Carlo Acutis. Jieħdu sehem it-tfal, il-1st Rabat Scouts Group, is-7th Rabat Girl Guides u t-tfal tas-Soċ- jetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. Fis-6:00 p.m. issir Quddiesa bil-prietka minn Patri Joseph Caruana O.F.M., Gwardjan tal-Knisja Santa Marija ta' Ġesù. Fi tmiem il-Quddiesa tingħad it-talba ta' interċessjoni lil San Carlo Acutis quddiem il-Bust Relikwarju. Janima l-Kor tat- Tfal Father's Angels tal-Parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor f 'Tas-Sliema. Fis-7:30 p.m. issir Pasta Night fis-Sala tal-Każin tal-Banda L'Isle Adam. Is-Sibt 10 ta' Ottubru, le- jlet il-Festa, fis-5:45 p.m. issir it-Translazzjoni bir-Relikwa ta' San Franġisk, immexxija minn Patri Richard Stanley Grech O.F.M. It-Translazzjoni titlaq mis-Santwarju Nazzjon- ali ta' San Ġużepp Inkurunat u tgħaddi minn Triq San Ġużepp, Pjazza L'Isle Adam, Triq Doni u Triq San Pawl sal-Knisja. Jieħdu sehem il-Patrijiet Franġiskani, membri tal-Arċikonfraterni- tà ta' San Ġużepp u membri tal-Ordni Franġiskan Sekular. Fis-6:00 p.m. issir Konċele- brazzjoni Solenni tal-Quddiesa mmexxija minn Patri Richard. Wara ċ-ċelebrazzjoni, il-pubbli- ku huwa mistieden għar-Riċevi- ment tal-Festa fil-Kunvent. Il-qofol tal-programm jint- laħaq il-Ħadd 11 ta' Ottubru, Jum il-Festa. Il-Quddies ta' filgħodu jkun fis-7:15 a.m. u fit-8:30 a.m. Fid-9:30 a.m. issir il-Quddiesa Solenni Konċele- brata tal-Festa, immexxija minn Patri Ramon Farrugia O.F.M., Ministru Provinċjal. Il-ġabra matul din il-Quddiesa tmur b'risq Dar Bjorn. Fl-10:15 a.m. jibda marċ mill-Banda Dekana u Ċittadina L'Isle Adam minn tarf Triq San Pawl sal-Knisja, fejn tintlaqa' l-vara ta' San Franġisk fil-bieb tal-Knisja. Wara jingħata bidu għat-tberik tal-annimali quddi- em il-Knisja. Il-Kunsill Lokali tar-Rabat jagħti wkoll tifkira tal-okkażjoni. Matul il-jiem tal-festa jieħu sehem il-Kor San Franġisk t'As- sisi, bl-organista Cheryl Ann Vella. Lejlet il-Festa, l-orkestra tkun taħt id-direzzjoni ta' Mro Joseph Galea.

