Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546637
08 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2026 • illum aħbarijiet Hekk kif ix-xhur tas-sajf riesqa lejn tmiemhom, eluf ta' tfal, żgħażagħ u studenti qed iħejju ruħhom biex jerġgħu lura għall-bankijiet tal-iskola u s-swali tal-università. Madwar l-Ewropa, iżda, m'hem- mx data waħda li fiha tibda s-sena skolastika. Filwaqt li f 'ċerti pajjiżi l-istudenti jkunu diġà lura fil-klassi sa minn Awwissu jew mill-ewwel jiem ta' Settembru, f 'oħrajn il-bidu tas-sena skolastika tasal aktar tard matul ix-xahar. Din id-differenza tidher ukoll fid-data miġbura min-network Ew- ropew Eurydice. L-aħħar paragun sħiħ disponibbli dwar il-kalendarji tal-iskejjel Ewropej juri li f 'madwar nofs is-sistemi edukattivi analizza- ti, is-sena skolastika tibda fl-1 ta' Settembru, filwaqt li f 'oħrajn it-tfal jidħlu lura l-iskola f 'Awwissu jew aktar tard f 'Settembru. Eurydice jiġbor informazzjoni dwar għex- ieren ta' sistemi edukattivi Ewropej u jenfasizza kemm il-kalendarji jistgħu jvarjaw minn pajjiż għall- ieħor. Din is-sena, pereżempju, fi Fran- za madwar 11.6 miljun student irritornaw l-iskola fl-1 ta' Settem- bru 2026. Fi Spanja d-dati jvarjaw skont ir-reġjun: f 'Madrid, l-istu- denti tal-kindergarten u l-primarja bdew fis-7 ta' Settembru, filwaqt li dawk tas-sekondarja bdew ġurnata wara. Fil-Katalonja, il-maġġoranza tal-istudenti fl-edukazzjoni ob- bligatorja bdew fit-8 ta' Settembru. Fl-Italja wkoll id-data tvarja bejn reġjun u ieħor. Fil-Lombardija, pereżempju, il-lezzjonijiet għall- biċċa l-kbira tal-istudenti bdew fl-14 ta' Settembru 2026, filwaqt li l-iskejjel tat-tfal iż-żgħar fetħu fis-7 ta' Settembru. Saħansitra fi ħdan pajjiż wieħed id-differenza tista' tkun sostanzjali. Fil-Ġermanja, fejn il-vaganzi jiġu organizzati fuq bażi reġjonali, il-va- ganzi tas-sajf f 'Berlin intemmu fit- 22 ta' Awwissu, filwaqt li fil-Bavarja damu sal-14 ta' Settembru. U f'Malta, meta jerġgħu jiftħu l-iskejjel? F'Malta, l-istudenti fl-iskejjel tal- Istat għandhom jirritornaw fil-klas- si nhar l-Erbgħa 30 ta' Settembru 2026. Il-kalendarju skolastiku tal-Mal- ta Union of Teachers għall-2026/27 juri li t-28 u d-29 ta' Settembru huma jiem ta' preparazzjoni, qabel jibdew il-ġranet skolastiċi. Skejjel tal-Istat li diġà ppubblikaw l-informazzjoni tagħhom lill-ġen- ituri kkonfermaw ukoll li l-ewwel ġurnata tal-iskola għall-istudenti se tkun it-30 ta' Settembru. Fil-livell tal-kindergarten, id-dħul jista' jkun gradwali. Pereżempju, fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi, it-tfal ta' Kinder 2 jib- dew fl-1 ta' Ottubru, filwaqt li dawk ta' Kinder 1 jibdew fil-5 jew is-6 ta' Ottubru skont l-appuntament mogħti mill-iskola. Għaldaqstant, meta mqabbla ma' bosta pajjiżi Ewropej fejn it-tfal ikunu lura fil-klassi mill-ewwel nofs ta' Settembru, il-uħ tal-iskejj- el tal-Istat f 'Malta jasal relattiva- ment tard fix-xahar. Xi ngħidu għall-universitajiet? Is-sitwazzjoni fl-universitajiet Ewropej hija saħansitra aktar varjata, għaliex ħafna mill-istituzz- jonijiet għandhom il-kalendarju akkademiku tagħhom. Eurydice jiġbor ukoll data dwar il-bidu tas-sena akkademika fl-edukazzjoni terzjarja f '40 pajjiż Ewropew, u jinnota li d-differenzi fil-kalendarji huma fattur impor- tanti anke għall-mobilità tal-istu- denti bejn pajjiż u ieħor. Għas-sena akkademika 2026/27, pereżempju, fl-Università ta' Amsterdam l-ewwel semestru beda fil-31 ta' Awwissu 2026 u jibqa' għaddej sad-29 ta' Jannar 2027. Fl-Università ta' Copenhagen, is-semestru tal-ħarifa jibda fl-1 ta' Settembru u jibqa' għaddej sal- aħħar ta' Jannar, għalkemm id-dati speċifiċi tal-lezzjonijiet jistgħu jvar- jaw skont il-fakultà u l-programm. Fl-Università ta' Bologna, min-naħa l-oħra, is-sena akkade- mika formali 2026/27 tibda fl-1 ta' Novembru, iżda t-tagħlim fil-biċċa l-kbira tal-korsijiet jibda qabel, bejn l-14 ta' Settembru u l-ewwel ġimgħa ta' Ottubru. Meta tiftaħ l-Università ta' Malta? Fl-Università ta' Malta hemm differenza bejn studenti li diġà qegħdin jistudjaw hemmhekk u dawk li se jibdew l-ewwel sena tagħhom. Għall-2026/27, l-ewwel semes- tru għall-istudenti li qed ikomplu l-kors tagħhom jibda nhar it-Tnejn 28 ta' Settembru 2026, filwaqt li għall-istudenti tal-ewwel sena jibda nhar it-Tnejn 5 ta' Ottubru. Fl-istess jum, 5 ta' Ottubru, issir ukoll iċ-ċerimonja uffiċjali tal-uħ tal-Università. L-ewwel semestru jibqa' għaddej sas-6 ta' Frar 2027, bit-tieni semes- tru jibda fit-8 ta' Frar. L-Università tispjega wkoll li, b'mod ġenerali, is-sena akkademika tagħha tibda f 'Ottubru, għalkemm ikun hemm ukoll intake iżgħar fi Frar. Għalhekk, filwaqt li ħafna tfal u studenti f 'partijiet oħra tal-Ewropa ilhom diġà ġimgħat lura fil-klassi, għal eluf ta' studenti Maltin il-bidu ta' sena skolastika jew akkademika ġdida għadu it jiem 'il bogħod. HALEY XUEREB L-Air Malta ma setgħetx sempliċement tieqaf tagħti xogħol lil ħaddiema part-time u tħallihom fl-inċertezza dwar jekk kinux għadhom impjegati jew le, iddeċidiet il-Qorti. Il-Qorti ċaħdet l-argument tal-eks linja nazzjonali tal-ajru li grupp ta' skrivani part-time ma kinux tkeċċew meta, wara li l-Air Malta għalqet id-diviżjoni tal-ground handling tagħha, dawn spiċċaw allokati żero sigħat xogħol fil-ġimgħa. Il-ħames ħaddiema kienu ilhom jaħdmu b'mod regolari għal diversi snin, u f 'xi każijiet għal sa disa' snin, b'18-il siegħa xogħol fil-ġimgħa. Meta l-operazzjonijiet tal- ground handling ġew trasferiti lil operatur Taljan f 'Novembru 2022, l-aċċess tagħhom għas-sis- temi tal-informatika tal-Air Malta twaqqaf. Huma intalbu jirritornaw il-passes tas-sigurtà tal-ajruport. L-Air Malta argumentat li dawn ma kinux ġew imkeċċija iżda kienu "casual workers", li l-kun- tratti tagħhom kienu jippermettu lill-kumpanija talloka bejniethom żero u 35 siegħa xogħol fil- ġimgħa. Il-Qorti, iżda, qalet li dak li kien jgħodd kien ir-realtà tal-impjieg, mhux sempliċement il-mod kif kien deskritt il-kuntratt. "Il-persunal għandu d-dinjità tiegħu u ma għandux jintuża qisu switch li tixegħlu u titfih x'ħin trid, u wara li tinqeda titilqu," qal l-Imħallef Lawrence Mintoff. Il-Qorti faħħret ukoll il-mod kif t-Tribunal Industrijali kien ħares lejn il-każ. "It-timbru tat-Tribunal mhux wieħed legalistiku iżda strument biex kemm jista' jkun jagħraf is-sustanza tal-mertu u jagħmel kull sforz biex issir ġustizzja reali aktar minn waħda legalistika," qalet il-Qorti. L-Air Malta argumentat ukoll li ma setax jingħad li l-ħaddie- ma kienu ġew imkeċċija għaliex il-kumpanija qatt ma kienet irreġistrat it-terminazzjoni tal-im- pjieg tagħhom mal-Jobsplus. Il-Qorti ċaħdet dan l-argument. Qalet li l-ħaddiema ma setgħux jitħallew jippruvaw jimu minn sensiela ta' avvenimenti, fost- hom li ngħalqilhom l-aċċess għas-sistemi u ntalbu jirritornaw il-passes, li l-impjieg tagħhom ġie tterminat. Il-ħaddiema ma setgħux jieħdu l-benefiċċju mingħajr il-kundizz- jonijiet Il-każ kellu wkoll konsegwen- zi fuq il-Voluntary Retirement Scheme (VRS) li kienet introduċi- et l-Air Malta waqt li kienet qed tagħlaq l-operat tagħha. Dawn il-ħaddiema part-time kienu ġew esklużi mill-iskema. It-Tribunal Industrijali susseg- wentement sab li l-ħaddiema kienu tkeċċew b'mod inġust u ord- na lill-Air Malta tikkumpensahom b'wieħed minn żewġ modi. Dawk li riedu l-ekwivalenti pro rata tal-ħlas tal-VRS kellhom jirriżenjaw mill-impjieg full-time tagħhom fis-servizz pubbliku u jaċċettaw il-kundizzjoni tal-iske- ma — li ma jkunux jistgħu jaħdmu fis-settur pubbliku għal sitt snin. Dawk li ma ridux iħallu l-imp- jieg tagħhom fis-servizz pubbliku kellhom minflok jirċievu somma f 'daqqa minflok in-notice pay, ikkalkulata fuq l-ogħla numru ta' sigħat fil-ġimgħa u r-rata tal-paga bażika tagħhom. Kemm l-Air Malta kif ukoll il-ħaddiema appellaw id-deċiżjoni. Il-ħaddiema argumentaw li ma kellhomx jiġu mġiegħla jagħżlu bejn il-karriera tagħhom fis-servizz pubbliku u l-ħlas dovut lilhom bħala kumpens għat-tkeċċija inġusta. L-Air Malta, min-naħa tagħha, baqgħet tinsisti li l-allokazzjoni ta' żero sigħat ma kinitx tkeċċija. Il-Qorti tal-Appell, madankollu, żammet mad-deċiżjoni li l-ħaddie- ma kienu ġew imkeċċija b'mod inġust. Hija qalet ukoll li l-ħaddiema ma setgħux jieħdu l-benefiċċju finanz- jarju tal-VRS u fl-istess ħin jagħżlu li ma josservawx il-kundizzjoni li jirriżenjaw mill-impjieg tagħhom fis-servizz pubbliku. "Taħt skema ta' irtirar volontarju, ma jista' qatt ikun il-każ li impjegat jieħu l-lump sum benefit, jirtira mix-xogħol, u sussegwentement jerġa' jiġi impjegat f 'kumpannija oħra li hija taħt il-kontroll tal-ist- ess persuna jew entità li tkun qed tħaddem, f 'dan il-każ il-Gvern," qalet il-Qorti. Li kieku kellhom jirċievu l-ħlas tal-iskema filwaqt li jibqgħu jirċie- vu salarju full-time mill-Gvern, dan ikun ifisser li jkunu qed jieħdu benefiċċju doppju minn fondi pub- bliċi u jdgħajjef l-għan tal-iskema. Għaldaqstant, il-Qorti kkon- fermat kemm id-deċiżjoni li l-Air Malta kienet keċċiet lill-ħaddiema b'mod inġust, kif ukoll il-kundizz- jonijiet marbuta mal-kumpens taħt il-VRS. Lura lejn il-bankijiet: Meta jiftħu l-iskejjel u l-universitajiet f 'Malta u madwar l-Ewropa? L-Air Malta ma setgħetx tieqaf tagħti x-xogħol lil ħaddiema part-time u tinsisti li ma keċċithomx, tiddeċiedi l-Qorti Fl-Ewropa m'hemmx data waħda li fiha tibda s-sena skolastika

