Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546637
F 'ħajja ta' leġiżlatura, mitt jum huma it. Imma fil-politika, mitt jum huma biżżejjed biex wieħed jibda jiem id-direzzjoni ta' Gvern, il-prijoritajiet tiegħu u, fuq kollox, jekk dak li ntqal qabel l-elezzjoni hux qed jibda jinbidel f 'azzjoni. Il-Gvern Laburista reġa' ngħata mandat fl-elezzjoni ta' Mejju. Għal darb'oħra, il-poplu ta l-fiduċja tiegħu lil Robert Abela u lill-Partit Laburista biex imexxu lill-pajjiż. Dan il-mandat għandu jiġi rris- pettat. Imma mandat elettorali mhuwiex ċekk vojt. Anzi, mandat ifisser responsab- biltà akbar. U wara 100 jum, wasal iż-żmien li nibdew nagħmlu l-mistoqsijiet. X'għamel il-Gvern? X'm'għamilx? Liema wegħdiet bdew jitwettqu? Liema għadhom kliem fuq il-karta? U x'għallimna bħala pajjiż minn dawn l-ewwel 100 jum? Il-Prim Ministru nnifsu għażel li jagħti importanza lill-ewwel 100 jum tal-Gvern tiegħu. Fil-bidu tal-leġiżlatura ħabbar seba' riformi leġiżlattivi u tliet inizjattivi oħra li kellhom jagħtu sinjali ċari tad-di- rezzjoni li ried jieħu. Fosthom kien hemm riforma fil- liġi tal-IVF, protezzjoni kostituzz- jonali għall-persuni b'diżabilità, protezzjoni akbar għall-adulti vul- nerabbli, salvagwardji għall-parks u spazji miuħa, riforma tal-appelli tal-ippjanar, tnaqqis fil-burokrazi- ja għall-għaqdiet volontarji u struttura ġdida dwar l-ugwaljanza u d-drittijiet tal-bniedem. Dawn huma proposti li, fil-prinċipju, wieħed jista' jappoġġjahom. Imma proprju għaliex il-Prim Ministru għażel li jagħmel mill-ew- wel 100 jum punt ta' referenza, illum irridu nkejlu l-Gvern mhux skont dak li wiegħed, iżda skont dak li wettaq. U hawnhekk jibdew il-mistoqsi- jiet. Għax fl-ewwel 100 jum ma kellniex biss wegħdiet u riformi mħabbra. Kellna wkoll esperjenzi li pajjiżna ma jistax jinjora. Kellna mijiet ta' qtugħ tad-dawl. Kellna sigħat twal fid-dlam. Kellna familji u negozji li sofrew, ikel li spiċċa jintrema u spejjeż li ma kellhomx għalfejn iħallsu. U meta pajjiż jgħaddi minn dan kollu f 'temperaturi estremi, il-kwistjoni ma tkunx sempliċe- ment jekk il-Gvern għandux spjegazzjoni teknika għal kull qtugħ tad-dawl. Il-mistoqsija tkun jekk is-sistema tagħna hijiex tiflaħ. Għax infrastruttura li tiffunzjona biss meta kollox ikun normali mhijiex infrastruttura reżiljenti. U Malta ma tistax tibqa' tippjana għall-bieraħ. Jekk irridu nkunu pajjiż modern, irridu infrastruttura li tkun kapaċi tlaħħaq mat-tkabbir ekonomi- ku, maż-żieda fil-popolazzjoni, mat-temp estrem u mad-domanda dejjem tikber. L-ewwel 100 jum għalhekk ma kellhomx biss jagħtuna lista ta' liġi- jiet. Kellhom jagħtuna indikazzjoni jekk il-Gvern fehemx il-problemi strutturali li qed jaffaċċja l-pajjiż. U mbagħad wasalna għal mu- ment ieħor li ħadd ma jista' jinjora. Għaddejna parti sinifikanti minn dawn l-ewwel 100 jum taħt id-dell ta' ġuri li se jibqa' mfakkar fl-istorja riċenti ta' pajjiżna. Il-ġuri li ġiegħel lil Malta terġa' tħares lejn il-falli- menti tal-istituzzjonijiet tagħha. Il-lezzjoni ma tistax tkun biss x'ġara fil-passat. Il-lezzjoni għandha tkun x'se nagħmlu biex dak li falla ma jerġax iseħħ. Għax istituzzjonijiet b'saħħithom mhum- iex lussu. Huma l-pedament ta' stat demokratiku. U jekk il-poplu jitlef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet, ma nkunux qed nitilfu biss fiduċja f 'persuna jew fi gvern. Inkunu qed nitilfu parti mill-fiduċja fis-sistema kollha. Għalhekk, meta nitkellmu dwar riformi, ma nistgħux nitkellmu biss dwar kemm ġew ippreżentati abbo- zzi ta' liġijiet. Irridu nistaqsu jekk qed nibnu kultura ġdida ta' gover- nanza, fejn il-poter jiġi akkumpan- jat mill-kontabilità, it-trasparenza u r-responsabbiltà. Wieħed mill-aktar eżempji ċari jibqa' l-ippjanar. Il-Gvern wiegħed riforma biex xogħlijiet ma jkunux jistgħu jibdew waqt li permess ikun għadu taħt appell. Il-Prim Ministru wiegħed li din tidħol fl-ewwel 100 jum. Issa rridu nkunu nafu: fejn wasalna? Għax il-familji, ir-resi- denti u l-komunitajiet m'għand- homx bżonn aktar diskorsi dwar riforma fl-ippjanar. Għandhom bżonn sistema li tagħtihom ċertez- za, li tipproteġi l-ambjent u li ma tippermettix li l-iżvilupp isir qabel ma jkunu ġew eżawriti l-proċeduri kollha. L-istess jgħodd għat-traffiku u t-trasport. Malta ma tistax tkompli tikber mingħajr pjan. Ma nistgħux nibqgħu nżidu l-popolazzjoni, il-bini, il-karozzi u l-attività ekono- mika mingħajr ma nistaqsu jekk l-infrastruttura tagħna tiflaħx. Il-Gvern jitkellem dwar Vision 2050. Imma viżjoni ma titkejjilx bil-kliem f 'dokument. Titkejjel bil-ħajja ta' kuljum. Titkejjel jekk persuna tasalx għax-xogħol fil-ħin. Jekk tifel jasalx l-iskola mingħajr ma jqatta' sigħat fit-traffiku. Jekk familja għandhiex spazju miuħ fejn tista' tgħix u tilgħab. Jekk għandniex enerġija affidabbli. Jekk għandniex servizzi tas-saħħa li jagħtu l-kura fil-ħin. Dawn huma l-punti li jagħmlu l-Vision 2050 realtà. Is-saħħa hija qasam ieħor fejn ma nistgħux nikkuntentaw ruħna bl-intenzjonijiet tajbin. Is-siste- ma tas-saħħa ma titkejjilx biss bil-baġit. Titkejjel bil-ħin li pazjent jistenna, bl-aċċess għall-kura, bil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u bil-kwalità tas-servizz. L-istess prinċipju japplika għall-ekonomija. Il-Gvern għandu kull dritt juri kburija bit-tkabbir ekonomiku. Imma ekonomija b'saħħitha ma tfissirx awtomatika- ment pajjiż li qed jgħix aħjar. Il-mistoqsija hija: it-tkabbir qed jinbidel fi kwalità tal-ħajja? Għax jekk il-PGD jikber iżda jiżdied it-traffiku, jogħlew il-prezzijiet tal-proprjetà, jiżdied il-piż fuq l-infrastruttura u l-familji jibqgħu jħossu pressjoni fuq l-għoli tal- ħajja, irridu nkunu kuraġġużi biżżejjed biex nistaqsu jekk il- mudell ekonomiku tagħna għadux sostenibbli. Il-Gvern wiegħed prosperità ġdida. Din il-prosperità għandha tkun aktar minn slogan. Għandha tfisser aktar produttività, aktar investiment ta' kwalità, pagi aħjar, infrastruttura li tiflaħ u ekonom- ija li ma tiddependix dejjem fuq iż-żieda fil-popolazzjoni u fuq aktar ħaddiema. U fuq il-finanzi pubbliċi wkoll irridu nkunu viġilanti. Kull ewro li joħroġ mit-Teżor huwa flus tal-poplu. Il-mistoqsija għalhekk m'għandhiex tkun biss kemm se jonfoq il-Gvern. Għandha tkun: kemm se jikseb il-poplu għal dak li qed jonfoq? Dan huwa l-prinċipju tal-valur għall-flus. Wara dawn l-ewwel 100 jum, ma nistgħux nibqgħu niġġudikaw gvern skont kemm jagħmel stqarri- jiet jew kemm jippreżenta iniz- jattivi. Irridu niġġudikawh skont ir-riżultati. Hemm differenza bejn li tħabbar riforma u li twettaqha. Hemm differenza bejn li twiegħed inves- timent u li tara r-riżultat tiegħu. U hemm differenza bejn li tgħid li għandek viżjoni għall-2050 u li tieħu d-deċiżjonijiet diffiċli li jwass- lu lil Malta hemmhekk. L-ewwel 100 jum ma jistgħux isolvu l-problemi kollha ta' Malta. Imma jistgħu juru jekk hemmx rie- da politika li jiġu solvuti. Għalhekk, issa rridu l-kontijiet. Fejn huma l-liġijiet imwiegħda? Fejn huma r-riformi? Fejn huma r-riżultati? X'għamel il-Gvern dwar il-qtugħ tad-dawl? X'għamel biex isaħħaħ l-istituzzjonijiet? X'għamel dwar l-ippjanar, it-traffiku u s-saħħa? U x'għamel biex jiżgura li l-ekonom- ija ma tibqax tkejjel is-suċċess tagħha biss bil-kwantità, iżda wkoll bil-kwalità? Dawn mhumiex mistoqsijiet ta' Oppożizzjoni li trid topponi kollox. Huma mistoqsijiet li kull ċittadin għandu dritt jagħmel. U jekk il-Gvern jagħmel xi ħaġa tajba, se ngħiduha. Għax Oppożizzjoni responsabbli ma topponix għal kollox. Tikkri- tika fejn hemm bżonn, tipproponi fejn hemm nuqqas u tappoġġja dak li jkun fl-interess tal-pajjiż. Imma l-istess Oppożizzjoni għandha dmir li ma tħallix lill-Gvern jaħseb li mandat elettorali jfisser immu- nità mill-iskrutinju. Il-mandat ingħata. Issa jrid jitwettaq. Għax il-poplu ma jivvotax kull ħames snin biex jagħti lill-politiċi d-dritt jiggvernaw għalihom infushom. Jivvota biex jagħti lill-Gvern ir-responsabbiltà li jaħdem għalih. Mitt jum huma biss il-bidu. Imma huma wkoll l-ewwel test. U minn issa 'l quddiem, il-kejl m'għandux ikun kemm hi twila l-lista tal-wegħdiet. Il-kejl għandu jkun kemm minnha saret realtà. Il-poplu ma jridx aktar wegħdiet. Irid riżultati. Issa huwa ż-żmien tal-kontijiet. opinjoni illum • IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2026 09 Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi ADRIAN DELIA "Ma nistgħux nibqgħu nżidu l-popolazzjoni, il-bini, il-karozzi u l-attività ekonomika mingħajr ma nistaqsu jekk l-infrastruttura tagħna tiflaħx" 100 jum ta' Gvern: Żmien tal-kontijiet It-tkabbir ekonomiku qed jinbidel fi kwalità tal-ħajja?

