MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546637

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 intervista illum • IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2026 Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia: Liema istituzzjonijiet qed ifallu? Il-Partit Nazzjonalista kkritika l-istituzzjonijiet għax ma saritx ġustizzja sħiħa wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Liema istituzzjonijiet qed ifallu? Li nafu fiċ-ċert hu li disa' snin wara dan l-assassinju, dawk li nqabdu u qed jiskontaw sentenza huma l-eżekuturi, filwaqt li min ħallas u kkummissjona l-qtil għadu barra. Ilna snin ngħidu li l-istituzzjonijiet fallew, u fost l-aktar kruċjali f 'dan it-tip ta' prosekuzzjonijiet hemm l-Uffiċċju tal- Avukat Ġenerali u t-tmexxija tal-Pulizija. F'dan il-każ ukoll rajna nuqqasijiet fl-in- vestigazzjonijiet li ma jnisslux fiduċja. Mhux qed nikkritika lill-proseku- turi jew lill-ħafna pulizija u spetturi li naf li jagħmlu xogħolhom b'diliġenza. Il-problema hija fit-tmexxija ta' dawn iż- żewġ istituzzjonijiet. Illum ma naħsibx li jgawdu l-fiduċja li suppost ikollhom. Rajna wkoll diversi każi fejn saru żbalji serji, fosthom fil-każ marbut mal-avukati ta' Yorgen Fenech, fil-każ tat-Topo, u dan l-aħħar bil-freezing order ta' Keith Schembri. Meta żbalji bħal dawn jirrepe- tu ruħhom u jfixklu l-proċess tal-ġustiz- zja, in-nies jibdew jistaqsu jekk humiex verament biss żbalji. Semmejt ukoll każi fejn sar xogħol investigattiv u mill-prosekuturi, iżda per- suni xorta ma tressqux il-Qorti. Fosthom semmejt lil Rosianne Cutajar, Neville Gafà, Anton Refalo u Justyne Caruana. Dan joħloq sens li l-ġustizzja ma timxix bl-istess mod ma' kulħadd u li l-istituzz- jonijiet iħarsu lejn l-uċuħ. Minn hemm tintilef il-fiduċja. Inti għedt ukoll li l-Avukat Ġenerali hija "korrotta". Għandek informazzjoni li ssostni allegazzjoni daqshekk serja? Joseph Muscat stess kien qal li min ma jiġġilidx il-korruzzjoni huwa korrott, u fuq dan naqbel miegħu. Korrott ma jfissirx biss li xi ħadd ħa l-flus. Jista' jfisser ukoll li persuna tkun nieqsa mill-integ- rità jew mill-fibra morali biex tagħmel dak li għandha tagħmel. Jekk persuna tkun imħallsa mill-Istat biex tieħu azzjoni fuq każijiet ta' korruzz- joni u jkun sar ix-xogħol kollu meħtieġ, iżda mbagħad tagħżel li ma tmexxix, hemm problema serja. Jien diġà semmejt numru ta' każi fejn, fil-fehma tiegħi, kien hemm xogħol biżżejjed biex tittieħed azzjoni iżda din ma ttiħditx. Għalhekk ngħid li qed issir għażla li f 'dawn il-każijiet ma tiġix miġġielda l-korruzzjoni. Imma dak li qed tiddeskrivi mhuwiex aktar inkompetenza milli korruzzjoni? Le, ma nemminx li hija sempliċement inkompetenza. L-iżbalji li jwasslu biex jaqgħu l-akkużi wieħed jista' jippro- va jispjegahom bħala inkompetenza, għalkemm jiena ma nemminx li kull każ jista' jiġi spjegat hekk. Iżda hemm fażi oħra. Meta x-xogħol ikun sar, l-investigazzjoni tkun lesta u jkun hemm kollox biex persuna titressaq il-Qorti, iżda xorta ma titressaqx, dik mhijiex kwistjoni ta' inkompetenza. Jekk għandek kollox lest u tagħżel li ma tressaqx, dik hija għażla. Fil-fehma tiegħi hija għażla li tħares lejn l-uċuħ u li ma tiġġilidx il-korruzzjoni kif suppost, għax hekk irid Robert Abela u hekk irid il-Gvern. Semmejt diversi żbalji mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Liema każi qed tirreferi għalihom? Semmejt il-każ tat-Topo u dak marbut mal-avukati ta' Yorgen Fenech. Dan is-sajf kien hemm ukoll il-każ fejn ma ġiex imġedded il-freezing order fuq Keith Schembri, marbut mal-akkużi dwar tixħim fil-każ tal-passaporti. Kien hemm ukoll kwistjoni dwar attachment order ta' Clayton Bartolo. Barra minn hekk, kważi kull ġimgħa nisimgħu b'każijiet fejn akkużi jaqgħu minħabba żball fid-data jew għax ikun ġie kkwotat artikolu ħażin tal-liġi. Wieħed irid jistaqsi jekk pajjiż jistax jiġġieled il-kriminalità b'dan il-mod. L-Avukat Ġenerali suppost tkun fost l-aktar persuni li l-kriminali jibżgħu minnhom. Mhux sitwazzjoni fejn krim- inali jaħsbu li, b'xi żball jew b'xi għażla, jistgħu jispiċċaw ma jitressqux jew jaqgħu l-akkużi kontrihom. Qed nistennew appell wara l-ġuri. F'perjodu daqshekk delikat, taħseb li bħala politiku għandek toqgħod aktar attent fil-kliem? Jiena noqgħod attent ħafna fil-kliem. Fil-fatt ma għamilt l-ebda kumment dwar il-ġuri jew dwar il-verdett. Il-kum- menti li għamilt kienu dwar l-operat tal-istituzzjonijiet u dwar każi oħra tal-passat. Nemmen li fuq dak li qed joħroġ mill- ġuri għandna nkunu prudenti. Iżda dan ma jfissirx li ma nistgħux nitkellmu dwar il-mod kif dawn l-istituzzjonijiet imxew f 'każi passati. Dak li rajna f 'dawk il-każi ma jagħti- niex fiduċja li l-affarijiet dejjem qed jimxu kif suppost. Anzi, fil-fehma tiegħi jurina li l-ġustizzja mhux dejjem titħad- dem bl-istess mod ma' kulħadd. Il-ġimgħa l-oħra Joseph Muscat qajjem dubji dwar l-inkjesta pubblika u dwar ċerti maġistrati. X'taħseb? Nemmen li hemm tentattiv koordinat mill-Gvern u minn dawk li għandhom influwenza fuqu biex dak li rrakkoman- dat l-inkjesta pubblika jitwarrab jew jitħalla jmut. L-inkjesta tmexxiet minn tliet im- ħallfin rispettati u saret wara insistenza tal-familja, meta l-Gvern inizjalment kien jgħid li ma kienx hemm bżonnha. Din għamlet numru ta' rakkoman- dazzjonijiet biex il-pajjiż isaħħaħ l-is- tituzzjonijiet tiegħu u jagħmilhom aktar indipendenti, proprju biex storja bħal din ma terġax tirrepeti ruħha. Hemm ukoll problema ta' fiduċ- ja fir-regolaturi. Semmejt lil Johann Buttigieg u staqsejt kif jista' jibqa' jmexxi l-Awtorità tal-Ippjanar meta ħarġu kwist- jonijiet dwar ir-relazzjonijiet tiegħu ma' negozjanti. Meta kien imexxi l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kien hemm ukoll il-kun- tratt ta' €90,000 lil Konrad Mizzi wara li dan spiċċa minn Ministru. Dawn huma affarijiet li jagħmlu ħsara lill-fiduċja fl-istituzzjonijiet u fil-mod kif jitmexxa l-Istat. Il-PN qed ibiddel l-istatut u se joħloq kariga ġdida ta' Deputat Kap għall-Affarijiet Parlamentari. Se tikkontesta? Bħalissa għadu għaddej il-proċess tar-riforma tal-istatut. Nemmen ukoll li l-prijorità tal-grupp parlamentari u tal-pajjiż għandha tkun dak li qed jiġri bħalissa u kif il-pajjiż joħroġ mis-sitwa- zzjoni li jinsab fiha. Meta jitlestew il-bidliet fl-istatut u dawn il-karigi jkunu formalment fuq il-mejda, nista' ngħid li ma neskludi xejn. Disa' snin mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, id-deputat tal-PN Mark Anthony Sammut jgħid li l-fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-ġustizzja kompliet tiddgħajjef, u jipponta lejn sensiela ta' każi li, skontu, juru nuqqasijiet serji fil-mod kif qed jitmexxew il- prosekuzzjonijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 September 2026