Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546637
Is-Snin 30 e Invisible Man (1933). Diret- tur James Whale u l-atturi huma Claude Rains, Gloria Stuart u Una O'Connor. Din il-fantasija brillanti ta' H. G. Wells timmanifesta ruħha fuq il-liżar ċinematografiku fi storja ta' xjentist miġnun li jrendi lilu nnifsu inviżibbli u joħloq kaos sħiħ ġo villaġġ tal-kampanja Ingliża. ings To Come (1936). Film Brittaniku dirett minn William Cameron Menzies minn fuq ir-rumanz ta' H. G. Wells. Viżwal- izzazzjoni li ssaħħar tal-futur bl-atturi Raymond Massey, Cedric Hardwicke u Ralph Richardson. Massey huwa l-mexxej ta' dinja ġdida u Richardson mexxej dittatur tal-gwerra. L-awtur stess kiteb l-iscreen play ta' dan il-film. Produzzjonijiet oħra huma Doctor X (1932) u Flash Gordon (1936 serial). Mill-Germanja waqaf kollox ħesrem meta n-Nazisti ħadu l-poter u pprojbixxew li jinħadmu films ta' dan il-ġeneru. Is-Snin 40 Ma nistgħux ngħidu li f 'dan id-diċennju ħarġu xi xogħlijiet tajbin tax-xjenza fittizja. Fl-ewwel nofs tas-snin 40 parti mid-dinja kienet maħkuma mit-Tieni Gw- erra Dinjija u dan is-suġġett qisu twarrab. F'dan iż-żmien u anki snin qabel kienu popolari sewwa is-"se- rials" (films ta' diversi kapitli ta' madwar 15-20 minuta 'l wieħed li kienu jintwerew qabel il-film prop- ju, kapitlu kull ġimgħa li dejjem iħallik bil-kurżità x'se jissuċċiedi). Fost l-aħjar insemmi Mysterious Doctor Satan (1940), Flash Gordon Conquers e Universe (1940), Superman (1948) u oħrajn. L-aħjar produzzjoni li toqgħod fil-kategorija ta' film kult/klassiku kien Dr. Cyclops (1940). Dan kien l-ewwel tentattiv bil-kulur ta' dan il-ġeneru, maħdum f 'Hollywood dwar xjentist miġnun li jċekken in-nies fil-ġungla. Is-Snin 50 Il-folja nqalbet fid-diċennju ta' wara b'diversi films li fil-preżent huma mfaħħra sewwa minkejja ġieli b'baġit modest, nuqqas ta' kulur u atmosfera ta' konfini limi- tat. Xi films minn dawn għadhom popolari f 'wirjiet ta' billejl. e Day e Earth Stood Still (1951). L-atturi huma Michael Ren- nie, Patricia Neal u Hugh Marlowe bid-direzzjoni tal-bravu Robert Wise. Is-snin 50 ma setax kellhom bidu aħjar minn dan il-kapulavur bla kulur b'andament li jżommok imwaħħal mas-siġġu. Aljen jillendja f 'Washington D.C. jgħid lin-nies prominenti tad-Dinja li hemm bżonn jgħixu fil-paċi, inkella jinqerdu għax ikunu ta' theddida għal pjaneti oħra. L-ordni li jagħti lir-robot kbir tiegħu tal-ħadid "Kla- tu Barada Nikto" saret frażi klassika. Allegorija qawwija għall-Gwerra Bierda. Reġa' nħadem b'mod aktar elaborat fl-2008. e ing From Another World (1951). Id-diretturi huma Christian Nyby u Howard Hawks. Uffiċjali tal-Air Force Amerikana u xi xjentisti jirreżistu organiżmu aljen għatxan għad-demm meta jkunu fi stazzjon remot fl-Artiku. Fl-1982 inħadem bl-isem ta' e ing. e War Of e Worlds (1953). Direttur Byron Haskin. Jaħdmu Gene Barry, Ann Robinson u Les Tremayne. Adazzjoni vivida minn storja ta' H. G. Wells dwar invażjo- ni mill-pjaneta Mars. Film mimli effetti speċjali superjuri li jħalluk bla nifs. Fl-2005 inħadmet verżjoni tajba oħra bl-attur Tom Cruise. em! (1954). Id-direttur hu Gordon Douglas. Il-provi atomiċi li saru xhur qabel fid-deżert ta' New Mexico jikkawżaw lin-nemel li jikbru fi ġganti, isiru mostri li jieklu lin-nies u ta' theddida serja għaċ-ċivilizzazzjoni. L-atmosfera ta' stennija ta' xi ħaġa terribbli hi l-aqwa element ta' din il-ġawhra ta' film bla kulur. Creature From e Black Lagoon (1954). Dirett minn Jack Arnold bl-atturi Richard Carlson, Julia Adams u Richard Denning. Bestja stramba u preistorika qed tħuf fil-fond tal-ilma fil-ġungla tal-Amażonja. Grupp ta' xjentisti jippruvaw jaqbduh u jġibuh lejn iċ-ċivilizzazzjoni biex jistudjawh. Minn din l-istorja tal-Bniedem bil-Garġi bħal ħut ħarġu żewġ films oħra ta' livell adegwat, Revenge Of e Creature (1957) u e Crea- ture Walks Among Us (1956). Forbidden Planet (1956). Jidhru Walter Pidgeon, Ann Francis u Leslie Nielsen taħt id-direzzjoni ta' Fred M. Wilcox. Film ambizzjuż u wieħed mill-aktar intelliġenti tax-xjenza fittizja. Ekwipaġġ ta' vettura spazjali fis-seklu 23 imorru jinvestigaw dwar silenzju perfett fi pjaneta mbiegħda u jsibu tnejn biss li għadhom jgħixu, robot b'ħaf- na poteri u sidu waqt li jiskopru s-sigriet ta' ċivilizzazzjoni mitlufa. Ispirat mix-xogħol letterarju e Tempest ta' William Shakespeare. e Incredible Shrinking Man (1957). Dirett minn Jack Arnold. Wara li Scott Carey jibda jiċkien minn taħlita ta' radjazzjoni u insettiċidji, ix-xjenza moderna ma jkollhiex saħħa li tgħinu. Effetti speċjali mill-aqwa u storja intelliġenti. Produzzjonijiet oħrajn kważi ta' livell klassiku huma: When Worlds Collide (1951), e Fly (1958), Earth Vs e Flying Saucers (1956), Invasion Of e Body Snatchers (1956), e World, e Flesh And e Devil (1959), On e Beach (1958) u It! e Terror From Beyond Space (1958) li kien il-prekursur tal-film Alien (1979) u l-oħrajn li ġew warajh. 14 films IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2026 • illum Carmel Bonnici Films klassiċi u kulti tax-xjenza fittizja IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Superman (1948) War of the Worlds (1953)

