MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546637

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Christopher Cutajar iħares lejn il- ktieb L-Eżodu taċ-Ċikonji ta' Walid Nabhan, u filwaqt li jagħtina spunti mill-istorja, jirrifletti fuq il-bejta li kulħadd iġorr ġo fih, imur fejn imur. Jekk il-ktieb akkademiku jibni d-dar, ir-rumanz jibni l-bejta Iċ-ċikonji l-bojod u s-suwed huma dawk it-tajr li jpassu miż-żewġ naħat tal-Afrika għaż- żewġ naħat tal-Ewropa. Fix- xitwa jkunu fl-Afrika u fis-sajf ibejtu fl-Ewropa. Għandhom għonqhom twil u saqajhom twal ukoll. Munqarhom huwa tawwali, iebes u ħamrani. L-ewwel darba li kont iltqajt maċ-ċikonji kien fuq il-karta lewn id-deheb tal-butir, jew aħjar tal-marġerina, li kienet tixtri n-nanna. Iċ-ċikonja kont insibha fil-bieba tal-friġġ imqiegħda fi plattina b'għatu tan-nikil apposta! Iżjed 'il quddiem kont żort għall-ewwel darba l-istrett tal-Bosphorus fil-parti ta' Besiktas f 'Istanbul fit-Turki- ja. Hemmhekk stajt ninnota b'kemm tara b'għajnejk ċikonji ta' vera li jitpaxxew fejn ikun hemm l-ilma għax jikkaċċjaw il-ħut u ż-żrinġijiet. Wara kelli wkoll l-okkażjoni nżur Essaouira fin-naħa tal- Punent tal-Marokk fejn l-am- mont ta' ċikonji jħufu fuqna kien wieħed impressjonanti. Bla ma rrid, meta xi ħadd issemmili ċ-ċikonji niftakar f 'Essaouira. Ir-rumanz ta' Walid Nabhan imsemmi proprju L-Eżodu taċ-Ċikonji kien ġie ppubblikat fl-2013 bis-saħħa tal-Klabb Kotba Maltin. Kien ukoll ir-rebbieħ tal-Premju tal-Un- joni Ewropea għal-Letteratura fl-2017. Dan l-istess rumanz kien tradott għall-Ingliż minn Albert Gatt taħt l-isem Exodus of the Storks (2022). Din hija kitba li tinseġ bosta aspet- ti f 'daqqa u tħossha ħierġa direttament mir-ruħ tal-awtur billi r-riflessjonijiet ta' ħajtu jwaħħadhom mal-istruttura tal-istorja. Ir-rumanz Tliet snin ilu, bħal daż- żmien, kont qiegħed fin-naħiet ta' Benevento l-Italja, għal sera- ta li kienet tittratta l-letteratura, il-ġurnaliżmu u d-diplomazija. Fost il-mistednin kien hemm Andrea Nicastro, korrispondent għall-aħbarijiet minn barra, tal-ġurnal Il Corriere della Sera. F'dik il-lejla beda jisp- jegalna l-ħruxijiet tal-gwerra li esperjenza f 'Mariupol ġewwa l-Ukrajna. Fissrilna kif l-iżjed ħaġa meqjusa faċli għalina fil-ħajja ta' kuljum, bħal ngħidu aħna li ssajjar biex tiekol, tispiċċa ssir diffiċli ħafna jekk tkun inter- rotta bosta drabi minn air raids li jitolbuk tinżel tfittex il-kenn taħt l-art. Dakinhar Nicastro spje- ga għaliex ir-rakkont tiegħu msejjaħ L'Assedio – Il romanzo di Mariupol (Solferino, 2022) kien qed iwasslu f 'forma ta' rumanz. Qasam magħna l-ħsieb li l-qarrejja huma iżjed lesti jifhmu bl-uġigħ u t-turufna- ment li ġġib magħha l-gwerra permezz ta' rumanz, milli jekk tippreżentaha lilhom bħala rap- port jew inkella xi esej dettaljat bl-evidenza kollha dokumenta- ta taħt lista ta' referenzi. Huwa proprju hawnhekk fejn rajt lil Nicastro u Nabhan jidħlu id f 'id. Fl-Eżodu taċ-Ċikonji t-tiġrib awtobijografiku ta' Nabhan jintisġu f 'dan ir-ru- manz li minnu nnifsu fih ħafna x'tomgħod u konna nitilfu aspetti importanti tal-ħsieb u l-introspezzjoni, li kieku ma kienx iwassalhulna b'dan il- mod. Art it-twelid Għal bosta minna meta nit- kellmu dwar liema hi dik l-art li fiha twelidna, ir-risposta toħroġ ċara kristall. Iżda għall-per- sonaġġ ewlieni f 'dan ir-rumanz, l-istorja hija differenti. Dan għaliex il-karattru ewlieni tar-rumanz, Nabil, twieled f 'kamp tar-refuġjati fil-limiti Xlokkajri t'Amman il-Ġordan, minn familja ta' Palestinjani, u iżjed 'il quddiem ġie Malta bħala student, fejn imbagħad tefa' l-ankri. Minn dan kollu toħroġ nisġa ta' rakkonti personali ma' oħra- jn li għandhom x'jaqsmu ma' artu. Infatti fil-biċċa meta jmut missieru, Nabil jikteb hekk: "Hu ħareġ mill-Palestina u l-Palestina qatt ma ħarġet minnu, u jiena qatt ma rfist fil-Palestina u l-Palestina qatt ma nqalgħet minn ġo fija. Dejj- em tirrombla u titkebbeb ġo fija qisha tumur. Kif tista' tħobb ħamrija li qatt ma ddemmilt fiha? Kif tista' tħobb siġar li qatt ma xxabbatt magħhom? Kif tista' tinġibed lejn triqat li qatt ma tħammiġt jew intlift fihom? Kif tista' tħobb dawn kollha sal-mewt, mingħajr ma qatt kont rajthom? ..." Nisġa Din in-nisġa tkompli timtela bis-saffi mal-milja tar-rumanz. L-istess metodu li bih il-moħħ jintilef fi ħsibijietu, jużah l-awtur biex jgħaddina qalb it-thewdin ta' Nabil. Il-mod li bih inwaħħdu l-esperjenzi per- sonali, ir-relazzjonijiet tagħna ma' ħaddieħor u saħansitra nas- lu ngħaqqduhom ma' ġrajjiet dinjija, jispiċċaw jieħdu tifsira waħdanija għal kull wieħed minna. Xi waqtiet f 'dan ir-rumanz tirrealizza kif il-ġrajjiet dinjija huma perċepiti skont il-mod kif ikunu twasslu lilek, il-kuntest li fih kont tgħix meta waslulek u l-laqta ta' twemminek dwar dak li ġara. Il-qarrej bilfors japprezza l-awtentiċità li biha Walid Nab- han jikteb dan ir-rumanz. Meta jqalleb biex ifittex il-ġewwieni nett tal-ħsieb, dan ma jagħmlux billi jagħżel kif jaqbillu u jip- prova jippreżentalna xi aġenda minn tiegħu. Il-personaġġi li jlaqqagħ- na magħhom tul dan ir-ru- manz huma proprju għodda li joħorġu fid-dieher il-faċċati kollha li bihom tista' tippro- va tinterpreta l-ġrajjiet. Firxa sħiħa ta' avvenimenti li seħħew fil-Lvant Nofsani bejn il-gwerra tas-Sitt Ijiem f 'Ġunju tal-1967 sal-perjodu tal-attakki terror- istiċi fuq it-Torrijiet Tewmin fi New York fl-Istati Uniti fl-2001, proprju 25 sena ilu. Dan kollu huwa rrakkuntat minn kuntest familjari ħafna għal dawk li bħali għexu f 'Mal- ta fis-snin disgħin u l-bidu tal-millennju. Jien u naqrah fakkarni ħafna fil-Belt Valletta kif konna nafuha f 'dak il-per- jodu. Bejta Iċ-ċikonji jagħmlu premura kbira fuq il-bejta. Meta jmor- ru lura għall-bejta tagħhom jaraw li jkomplu jibnu fuq l-istess waħda li jkunu ħallew warajhom, fuq xi siġra jew xi bejt, xhur qabel ma jkunu passew lejn il-kontinent l-ieħor. Nabil ifehemna kif huwa kien il-ħdax-il wild fil-familja u kif għal raġuni jew oħra kemm hu u anke ħutu sabu skop għalfejn jaħarbu mill-bejta oriġinali u jkunu parti mill-eżodu. Iżda fl-istess waqt, Nabil ifissrilna kif 'ħafna drabi meta naħarbu nkunu qed inġorru magħna dak kollu li ħrabna minnu'.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 September 2026