Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546783
02 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2026 • illum Owen Bonnici vs Vincent De Gaetano: Kien hemm tentattiv ta' ndħil fl-inkjesta ta' Daphne? Il-kummenti tal-Eks Prim Imħallef Vincent De Gaetano din il-ġimgħa reġgħu fetħu kapitlu li għal ħafna kien ilu magħluq mill-2019. Kważi seba' snin wara li rriuta li jmexxi l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, De Gaetano qal li rtira minħabba dak li ddeskriva bħala "tentattivi kontinwi ta' ndħil" fil-mod kif kellha titmexxa l-inkjesta. Il-kummenti saru waqt intervista ma' An- drew Azzopardi fuq Campus FM, f 'mument partikolarment sensittiv: it jiem biss wara l-liberazzjoni ta' Yorgen Fenech mill-ġurija fuq l-akkużi relatati mal-qtil ta' Daphne, u f 'nofs dibattitu ġdid dwar x'ġara wara l-ink- jesta pubblika u kemm mill-konklużjonijiet tagħha ġew implimentati. De Gaetano, li dak iż-żmien kien qed iservi bħala l-Imħallef ta' Malta fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Stras- burgu, qal li kien ġie kkuntattjat mill-Min- istru għall-Ġustizzja ta' dak iż-żmien, Owen Bonnici, f 'isem il-Kabinett. Wara li kkunsidra t-talba, kien aċċetta fil-prinċipju li jmexxi l-inkjesta, iżda ried jara t-termini ta' referenza u jkun ċert li dawn ikunu aċċet- tabbli kemm għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll għall-familja Caruana Galizia. Il-problema, skont De Gaetano, ma kinitx biss x'kellha tinvestiga l-inkjesta, iżda min kellu jkollu kontroll fuq kif kellha titmexxa. Huwa qal li f 'korrispondenza li saret wara l-qbil inizjali tiegħu, bdew jaslu suġġerimenti dwar il-proċeduri: kif kellhom isiru l-mis- toqsijiet lix-xhieda, min kellu jagħmilhom u aspetti oħra tal-operat tal-Bord. De Gaetano sostna li t-termini ta' referenza kienu diġà jagħtu lill-Bord il-poter li jirregola l-proċedura tiegħu stess. Għalih, il-prinċipju kien sempliċi: jekk il-Bord kellu jkun indipendenti, kellu jitħalla jirregola lilu nnifsu. Huwa qal li eventwal- ment wasal għall-konklużjoni li ma setax jagħmel xogħol tajjeb f 'dawk iċ-ċirkostanzi u rtira. De Gaetano, madankollu, għamilha ċara li Bonnici kien "xejn ħlief kordjali" fil-komu- nikazzjoni tagħhom, u li s-suġġerimenti ma kinux ippreżentati bħala ordnijiet. Bonnici: ma kien hemm ebda tentattiv biex jiġi influwenzat ir-riżultat L-Eks Ministru għall-Ġustizzja kkonfer- ma li l-komunikazzjoni ma' De Gaetano bdiet f 'Awwissu 2019 u baqgħet għaddejja sakemm De Gaetano ddeċieda li ma jaċċet- tax il-ħatra. Bonnici qal lil din il-gazzetta li De Gae- tano kien ġie avviċinat minħabba l-espe- rjenza u l-kompetenza tiegħu, u li d-disk- ussjonijiet kienu jikkonċernaw it-twaqqif u t-tmexxija prattika ta' inkjesta li dak iż-żmien kienet għadha lanqas ġiet kostitwi- ta formalment. Skont Bonnici, fost is-suġġetti diskussi kien hemm jekk il-mistoqsijiet lix-xhieda kellhomx isiru mill-Bord innifsu jew jekk kienx hemm bżonn ta' Special Counsel, fejn kellhom isiru s-seduti, x'riżorsi ammin- istrattivi u ta' riċerka kienu meħtieġa, kif ukoll kwistjonijiet dwar il-pubblikazzjoni u l-kunfidenzjalità. "Dawn ma kinux istruzzjonijiet lil Bord kostitwit," sostna Bonnici, iżda kwistjonijiet prattiċi diskussi ma' persuna li kienet qed tiġi kkunsidrata bħala Chairperson prospettiv. U jagħmel punt kruċjali: skontu, il-korrispondenza bil-miktub ma kien fiha ebda istruzzjoni, suġġeriment jew talba dwar x'kellha ssib l-inkjesta, lil min kellha temmen jew ma temminx, jew x'kellhom ikunu l-konklużjonijiet tagħha. Bonnici jinsisti wkoll li l-Bord li eventwalment ġie ffurmat — Michael Mallia, Joseph Said Pullicino u Abigail Lofaro — mexxa l-ħidma tiegħu b'mod indipendenti u wasal għall-konklużjonijiet tiegħu. "Ma nistax naċċetta l-karat- terizzazzjoni tal-korrispondenza daqslikieku tentattiv min-naħa tiegħi biex ninterferixxi f 'inkjesta li, f 'dak l-ist- adju, kienet għadha lanqas ġiet kostitwita formalment," qal Bonnici. Muscat jiddefendi l-operat tal-inkjesta Il-kummenti ta' De Gaetano kienu diġà ġew preċeduti minn intervent tal-Eks Prim Minsitru Joseph Muscat, li tkellem dwar kif kienet intgħażlet il-kompożizzjoni tal-ink- jesta. Muscat ċaħad li kien hemm indħil u qal li l-inkjesta "ħadmet, għamlet u qalet dak li riedet". Huwa argumenta li l-gvern saħan- sitra kien ġie eskluż minn ċerti seduti jew tħalla jkun rappreżentat bil-kundizzjoni li r-rappreżentant tiegħu ma jipparteċipax. Xi xhieda, qal Muscat, ingħataw ukoll bil- magħluq fuq deċiżjoni tal-Bord. Muscat irrimarka wkoll li l-komunikazz- jonijiet ma' De Gaetano dwar il-loġistika u l-operat tal-inkjesta kienu saru bil-miktub u qabel il-ħatra formali. Il-PN jitlob li l-allegazzjonijiet jiġu eżaminati Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg iddeskriva l-allegazzjonijiet ta' De Gaetano bħala xokkanti u qal li għandhom jiġu eżaminati biex jiġi stabbilit jekk jistgħux jiġu sostanzjati. Skont Borg, il-kwistjoni tmur lil hinn mill-persuni involuti fl-2019 u tqajjem mis- toqsijiet usa' dwar ir-relazzjoni bejn il-poter politiku u l-istituzzjonijiet tal-Istat. Il-PN qal ukoll li se jkompli jagħmel pressjoni dwar l-implimentazzjoni tar-rak- komandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika. U l-inkjesta stess? Forsi l-aktar aspett sinifikanti tal-kummenti ta' De Gaetano huwa li ma waqafx fuq dak li ġara fl-2019. "L-inkjesta saret u l-konkluż- jonijiet huma dawk li huma," qal, iżda mbagħad staqsa: kemm mir-rakkomandazzjonijiet tagħha ġew implimentati? L-inkjesta, li bdiet taħdem fl- 2019 u ppreżentat ir-rapport finali tagħha f 'Lulju 2021, ikkonkludi- et li l-Istat kellu jerfa' responsab- biltà għall-assassinju ta' Daphne għax kienet inħolqot kultura ta' impunità fl-ogħla livelli tal-gvern u l-Istat naqas milli jagħraf u jaġixxi fuq ir-riskji għal ħajjitha. Iżda l-kwistjoni tal-implimentazzjoni baqgħet waħda miuħa. Valutazzjoni ppubblikata din is-sena minn Daphne Caruana Galizia Foundation sabet li tnejn biss mis-26 rakko- mandazzjoni kienu ġew implimentati kompletament, filwaqt li tnejn oħra kienu ġew implimentati parzjalment. Dan jagħti dimensjoni oħra lill-kliem ta' De Gaetano. Għax id-dibattitu mhuwiex biss dwar jekk fl-2019 kienx hemm tentattiv ta' ndħil. Huwa wkoll dwar jekk, seba' snin wara, Malta għamlitx dak li kienet wiegħdet li tagħmel wara l-qtil ta' Daphne. Il-kontroversja li reġgħet tfaċċat din il-ġimgħa għalhekk għandha żewġ livel- li. Fuq livell storiku, hemm il-mistoqsija dwar x'ġara fil-komunikazzjonijiet bejn De Gaetano u l-gvern qabel ma ġiet kostit- wita l-inkjesta. Fuq livell istituzzjonali, hemm mistoqsija aktar profonda: meta Stat iwaqqaf inkjesta biex teżamina l-fallimenti tiegħu stess, kemm għandu jkun hemm distanza bejn min qed jiġi investigat u min qed imexxi l-proċess? De Gaetano għandu l-verżjoni tiegħu. Bonnici għandu tiegħu. Muscat għandu tiegħu. Il-Bord finali, min-naħa tiegħu, mexxa l-inkjesta u ppubblika l-konklużjoni- jiet tiegħu. Iżda f 'dan il-mument, wara l-verdett ta' Fenech, wara l-arresti u l-interrogazzjonijiet ta' ġurati, u b'ħafna mir-rakkomandazzjoni- jiet tal-inkjesta għadhom mhux implimen- tati, il-kwistjoni ta' kemm l-istituzzjonijiet Maltin huma verament protetti minn in- fluwenza politika reġgħet tinsab fiċ-ċentru tad-diskussjoni. U din id-darba, il-mistoqsija ma ġietx minn attivist jew partit politiku. Ġiet minn eks Prim Imħallef li kien intalab imexxi l-inkjesta stess. Owen Bonnici Vincent De Gaetano

