MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546783

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2026 • illum analiżi JAELLE BORG Il-Kap Deputat tal-Partit Nazz- jonalista Mark Anthony Sammut din il-ġimgħa poġġa mistoqsija diretta dwar il-mod kif qed jitmexxew ċerti prosekuzzjoniji- et kriminali. F'intervista mal-ILLUM, Sam- mut qal li "kważi kull ġimgħa" jinstemgħu każijiet fejn akkużi jaqgħu "minħabba żball fid-data jew għax ikun ġie kkwotat artikolu ħażin tal-liġi". Huwa semma fost oħrajn il-każ tal-avukati ta' Yorgen Fenech, każ ieħor li rrefera għalih bħala dak "tat-Topo", kif ukoll kwistjonijiet marbuta ma' freezing order fuq Keith Schembri u attachment order fuq Clayton Bartolo. L-allegazzjoni politika ta' Sam- mut tmur lil hinn minn sempliċi kritika dwar inkompetenza. Huwa sostna li meta żbalji bħal dawn jirrepetu ruħhom, "in-nies jibdew jistaqsu jekk humiex verament biss żbalji". Iżda x'juru l-każijiet? Meta artikolu ħażin tal-liġi jispiċċa jkun deċiżiv Wieħed mill-aktar każijiet ċari huwa dak tal-Avukati Gianluca Caruana Curran u Charles Mer- cieca. It-tnejn kienu tressqu fuq alle- gazzjonijiet ta' attentat ta' tixħim ta' ġurnalist, iżda l-proċeduri spiċċaw f 'ħelsien wara problema fin-nota ta' rinviju tal-Avukat Ġenerali. Il-Qorti osservat li filwaqt li l-al- legazzjoni kienet tirrigwarda forma ta' tixħim attiv, in-nota tal-Avukat Ġenerali kienet irreferiet għal dispożizzjoni oħra tal-liġi. Il-ħelsien tagħhom sussegwente- ment ġie kkonfermat fl-appell. Dan huwa wieħed mill-każijiet li Sammut innifsu semma meta mis- toqsi liema żbalji kien qed jirreferi għalihom. Deċiżjoni tal-AG annullata mill- Qorti F'Mejju ta' din is-sena, każ dif- ferenti poġġa taħt skrutinju mhux dokument tekniku iżda deċiżjoni prosekutorjali tal-Avukat Ġenerali stess. Fil-każ ta' Emma Agius, l-Imħallef Mark Simiana annulla d-deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali li ma tipproċedix kontra eks care worker ta' Mount Carmel Hospital fuq allegazzjoni ta' stupru. Il-Qorti sabet li r-raġunament dwar il-kunsens kien difettuż u li d-deċiżjoni ma kinitx waħda raġonevoli, u ordnat lill-Avukat Ġenerali terġa' tikkunsidra l-każ. Dan ma kienx każ fejn akkuża "waqgħet" minħabba typo jew żball fid-data, iżda huwa eżemp- ju ċar fejn deċiżjoni direttament attribwibbli lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ma għaddietx mill-iskru- tinju ġudizzjarju. Matul din is-sena kien hemm ukoll każijiet fejn akkużati ġew illiberati minħabba dettalji żbaljati fl-akkużi jew minħabba li tressqu taħt artikolu ħażin tal-liġi. F'każ deċiż f 'Awwissu, pereżempju, Tonio Aquilina ġie lliberat wara li l-Qorti sabet li l-provi setgħu jindikaw reat differenti minn dak li bih kien ġie akkużat. Il-Qorti osservat li l-prosekuzz- joni kienet ressqitu taħt Artikolu 188 tal-Kodiċi Kriminali, filwaqt li l-fatti setgħu jaqgħu taħt dispożizz- joni oħra. Dan wassal għall-ħelsien tiegħu. Iżda dak il-każ ma jistax awtomatikament jitqiegħed fuq il-kont tal-Avukat Ġenerali. F'ħafna każijiet quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, l-akkużi jkunu tressqu mill-Pulizija. Għalhekk, biex tiġi ttestjata b'mod ġust l-affermazzjoni ta' Sammut dwar l-Uffiċċju tal- Avukat Ġenerali, jeħtieġ issir distinzjoni bejn żball tal-Pulizija, żball tal-prosekuzzjoni tal-AG, żball ġudizzjarju u każ li sem- pliċement ma jkunx ġie ppruvat lil hinn minn kull dubju raġonevoli. Il-każijiet li Sammut qed isemmi Fl-intervista tiegħu, Sammut indika wkoll problemi relatati ma' ordnijiet ta' ffriżar jew ta' sekwe- stru. Fil-każ ta' Clayton Bartolo, ordni temporanja fuq l-assi tiegħu kienet oriġinarjament inħarġet wara talba tal-Avukat Ġenerali, b'rabta ma' investi- gazzjoni fuq suspett ta' ħasil ta' flus. Aktar tard, l-ordni fuq Bar- tolo tneħħiet mingħajr oġġez- zjoni, filwaqt li dik relatata ma' martu baqgħet fis-seħħ. L-aktar parti konkreta tal-istqarrija ta' Sammut hija proprju l-frekwenza li jsemmi. Jekk "kważi kull ġimgħa" qed jaqgħu akkużi minħabba żbalji fid-data jew artikoli ħżiena tal-liġi, dan għandu jkun pos- sibbli li jiġi vverifikat permezz tas-sentenzi tal-qrati. Il-mistoqsija għalhekk mhi- jiex biss jekk seħħewx żbalji. Hija kemm-il darba seħħew, f 'liema tip ta' każ, min kien responsabbli għalihom, u kemm minnhom kellhom effett dirett fuq l-eżitu tal-proċeduri. Dan huwa wkoll fejn l-Uffiċċ- ju tal-Avukat Ġenerali jista' jipprovdi stampa aktar ċara. Il-każijiet magħrufa diġà juru li żball f 'artikolu tal-liġi jew deċiżjoni prosekutorjali jista' jkollu konsegwenzi konkreti. Dak li għadu jrid jiġi stabbilit huwa jekk dawn humiex każijiet iżolati — jew jekk, kif qed jalle- ga Sammut, humiex parti minn problema aktar frekwenti. Żbalji fid-dati u fl-artikoli tal-liġi: Kemm-il każ waqa' minħabba żball Ħarsa lejn sentenzi u każijiet riċenti turi li żbalji proċedurali u legali tassew kell- hom konsegwenzi fuq proċeduri kriminali — iżda mhux kull wieħed minnhom jista' jiġi attribwit lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali MILL-ĠIMGĦA 2 T'OTTUBRU FL-9.45PM FUQ TVM+ L-Avukat Ġenerali kien talab għal ordni temporanja fuq l-assi ta' Clayton Bartolo b'rabta ma' investigazzjoni fuq suspett ta' ħasil ta' flus

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 September 2026