MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546783

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

"L-assassinju tal-politika huwa mument fejn is-soċjetà tasal f 'xifer l-irdum għax tilfet il- kapaċità li tkun soċjetà" 10 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2026 • illum opinjoni Kittieb, artist viżiv u professur universitarju JOHN BALDACCHINO N ixtieq nikteb dan l-artiklu b'udjenza li trabbejt fiha, f 'dar politika li darba kienet tgħinni niem id-dinja, u fejn bit-tajjeb u l-ħażin tagħha konna nsibu fiha għarfien morali u soċjali, valuri li bihom konna nemmnu li xi darba nistgħu inkunu aħjar. Udjenza li tirra- ppreżenta dar ta' ħsieb u aġir fejn kont għadek issib dik li l-President Taljan Sandro Pertini kien isejjaħ "fidi politika". Għal Pertini kulħadd għan- du dritt għal fidi politika. U bħala bniedem li ġġieled għad-demokrazija kien jemmen li kull persuna għandha d-dritt tesprimi dak li temmen fih, anke meta mhux dejjem hemm qbil. Anzi, Pertini kien jemmen li n-nuqqas ta' ehim huwa l-peda- ment li fuqu tinbena u tissaħħaħ id-demokrazija. Hemm biss eċċezzjoni waħ- da: il-faxxiżmu. "Le!" kien jgħid Pertini, "il-faxxiżmu mhuwiex fidi politika, imma krimini." Il-faxx- iżmu jeqred 'il-politika u ma jħallilna l-ebda dritt jew mezz biex nesprimu rwieħna b'mod ħieles. Il-faxxiżmu ineħħi kull libertà, inkluża l-ħelsien li ma naqblux. Il-faxxiżmu ma jittollerax pop- lu b'ideat diversi u b'rispett lejn xulxin. Kankru soċjali Il-faxxiżmu huwa kankru soċjali. Filwaqt li sa għoxrin, tletin, sena ilu konna naħsbu li mhux se mmorru lura għall-intolleranza u l-awtoritarjaniżmu, illum is-soċjetà u l-politika qed jinqerdu minn ġewwa: razziżmu, żenofobja, stmerrija lejn persuni b'sesswalità u ġeneru differenti, vjolenza lejn il-mara, intolleranza politika jew reliġjuża, mibegħda lejn apparen- za jew abilità fiżika, aġir fanatiku kontra kull min hu meqjus barrani, ħdura lejn l-immigrant ... Il-lista ma tispiċċa qatt. Dan jimmanifesta ruħu fit-trib- aliżmu li qed narawh immanifestat f 'theddid u tgħajjir fuq il-mezzi soċjali, aġir ostili fejn uħud lanqas jifilħu jaraw persuni jesprimu rwieħhom fil-pubbliku. Meta jaraw protesta li ma togħġobhomx arahom jgħajruhom "mogħoż" jew "erbat iqtates". Fiż-żmien kienu jitf- għulek xi patalott żebgħa, jew ikiss- rulek il-każin, jekk mhux agħar u jagħmlulek bomba, jaħarqulek il-bieb jew il-faċcata. Jagħtuk xi xebgħa. Jew itajruk b'kollox. Imma llum m'aħniex aħjar għax il-vjolen- za internalizzat ruħħa b'impunità. Pertini u l-ġenerazzjoni tiegħu ġġieldu kontra din l-impunità. Impunità li biha l-faxxisti bbum- bardjaw lill-Maltin fit-Tieni Gw- erra Dinjija. Vjolenza li rreżistew ommijietna, missirijietna, zijietna u nannietna b'tant sagrifiċċji u erojiżmu. Appartenenza Illum diffiċli tkun taf jekk jekk hemmx min lest jisma'. Diffiċli tkun taf min jagħmel parti minn xiex: familja jew soċjetà; moviment, union, jew partit; komunità jew oħra; sħubija ta' xi forma jew oħra; kotra li hija "tiegħek", anke jekk mhux dejjem se taqbel magħha. Hemm ħafna tribaliżmu, hemm ħafna "aħna" u "huma", imma din hija assoċjazzjoni ta' konvenjenza personali intiż biex tieħu vantaġġ fuq ħaddieħor. Mhijiex sinjal ta' assoċjazzjoni komuni jew soċjali. Bl-Ingliż il-kelma hija "belong- ing". Bil-Malti "appartenenza". Ma nafx hemmx kelma aħjar Maltija, imma żgur li s-sens issibu xi mkien bejn lokalità u kotra, inħawi u sħubija, qbil u taħdit imqanqal għalkemm mhux intiż li jsikket taħdit ieħor. Din l-appartenenza jew belong- ing mhix hemm biex teskludi lil ħaddieħor, jew biex turik kemm taparsi tħobbok, bħalma ġieli tisma' xi wħud fuq tal-linja jgħajru xi immigrant għax skonthom "dawk mhux bħalna" — anke meta dawn huma l-istess nies li jikkuraw il-pazjenti l-isptar, jieħdu ħsieb ix-xjuħ, iservu fil-ħwienet, jiġbru ż-żibel, jieħdu it-take outs fid- djar, isuqu tal-linja, u ħafna drabi jitħallsu bil-qamel għax illum, il-"Maltin" ma jridux jagħmlu dax-xogħol. Politika assassinata Qed naraw kif il-politika llum qed tiġi maqtula, assassinata, fejn kulħadd iwaħħal f 'tan-naħa l-oħra, fejn it-tribù qiegħed hemm biex jaqdik. Dan isir fuq kull pretest: jew għax jaraw lil "ta' kontra" bħala qabda marmalja "baxxa", jew għax iqisu lil dawk li ma jaqblux magħhom "tal-pepè" u pprivileġġ- jati, u jekk mhux ħaġa, oħra. L-assassinju tal-politika huwa mument fejn is-soċjetà tasal f 'xifer l-irdum għax tilfet il-kapaċità li tkun soċjetà. Dawk li qed jaħsbu li għax jifilħu jgħajru b'dagħdija tribali għandhom xi dritt isikktu lil ħaddieħor, mhumiex qed jindunaw li bħan-nagħaġ ta' Bendu jinstabu f 'xifer l-irdum huma stess, jekk mhux diġà waqgħu fl-abbiss. Din l-antipolitika tintgħaraf f 'kif anke jekk tnejn min-nies jgħidu l-istess ħaġa, biex taqbel jew ma taqbilx magħhom, l-ewwel tara "ma' min" huma. Jekk mhux tal-istess partit tiegħek, malajr se tgħidilhom: "Insejtuh żmienkom?" u l-argument jieqaf hemm. Flok nisimgħu u nitħaddtu b'intelliġen- za u rispett, naraw biss min qed jgħidu. U dan narawh mhux biss fuq il-mezzi socjali, imma anke fl-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż, inkluż fil-Parlament, fejn suppost jafu aħjar. Kollox qed nieħdu bil-ponta tas-sejf, fejn jekk taqbel issir "patri- jott" imma jekk le issir "traditur." Bqajna b'mentalità kolonjali fejn nieħdu għalina għax xi ħadd jikkritikana "minn barra", bħallik- ieku aħna ċ-ċentru tal-univers u Alla ħoloq lill-Maltin biss. Bqajna qisna tfal nugżaw lil xulxin għax m'aħniex kapaċi niddjalogaw bejnietna. Bla tmexxija Imma hawn se jkollna nistaqsu: fejn hija t-tmexxija politika u morali minn dawk li nqisu bħala responsabbli tal-istituzzjonijiet tagħna? Fejn huma dawk li kull ħames snin iwegħduna l-Ġenna fl- art bil-katalgu tal-prodotti li jridu jbigħulna b'irħis? Meta kien l-aħħar darba li smajna mexxejja ta' partit jew ieħor jikkundannaw ir-razziżmu u l-mibegħda b'mod dirett? U żgur li le! jgħidulek. U jekk nitilfu l-voti? Qatt xi mexxej qal li r-razzisti, l-omofobiċi, il-miżoġeni, l-Iżlam- ofobiċi, l-Antisemiti, u dawk kollha li jedhew ikattru l-mibegħda m'għandhomx posthom fil-Partit? Fejn hija t-tmexxija politika? Min qed jeduka lill-elettorat? Dawk ta' età tali li jiakru ċerta mexxejja tal-passat (fuq kull naħa) jafu li dawn mexxew, iggwidaw u edukaw lill-partitarji tagħhom. Kellhom ideat b'saħħith- om anke jekk mhux dejjem se taqbel magħhom. Imma kellhom viżjoni. Iġġieldu għall-Indipen- denza, għall-Ħelsien, qablu dwar ir-Repubblika u n-Newtralità. Ma qablux fuq kollox, speċjalment meta ġejna għall-Ewropa. Imma rrispettaw dak li ddeċieda l-poplu. U waqt li llum naraw mexxejja lebsin pulit u kollhom pulikarja qishom managers ta' xi bank tar- raħal, tistenna xejn ċar mingħand- hom. Meta jitkellmu, qishom qed jomogħdu ċ-chewing gum. Ma tafx eżatt x'qed jgħidu. Jagħmlu konferenzi grandjużi imma ma jgħidu xejn ta' sugu. Meta tistenna direzzjoni ma ssibhiex. Għax ma jridux jitilfu voti. Illum lanqas għadek tismagħhom jgħidulek fiex jemmnu, u meta jgħidu xi ħaġa — bħal meta jiakru li darba kienu soċjalisti jew demokristjani — ħadd ma jemminhom. Dan huwa l-assassinju tal-politi- ka. Għandek nies li f 'isem il-Partit tagħhom jisparaw qishom kanuni bla rażan. Imma l-mexxejja ma jgħidu xejn. Qatt ma tisma' li xi ħadd tkeċċa mill-Partit għax f 'isem il-Partit mar fuq mezzi soċjali u qal li ġieħ f 'moħħu u saħansitra qal affarijiet li huma kontra l-Istatut jew it-twemmin storiku tal-istess Partit. U mbagħad niskantaw kif u għaliex meta nitkellmu fuq ġusti- zzja ma naqblux. Meta l-politika hija assassinata fil-miuħ u b'tant ċiniċiżmu, u meta l-ebda mexxej ma jrid jitniffes għax inkella se jidher ikrah, kif tistenna ġustiz- zja, demokrazija miuħa, jew xi saltna tad-dritt? Ara jekk tisraq xi ħabbata ta' bieb jew landa tonn taż-żejt, malajr jibagħtuk il-ħabs jew jiddeportawk! Il-mewt tal-politika u l-għejbien tal-mexxejja Sandro Pertini

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 September 2026