Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547004
www.illum.com.mt NRU 1032 €1.50 IL-ĦADD 4 T'OTTUBRU 2026 PAĠNA 4 Il-vape taħt assedju fl- Ewropa... x'ser tagħmel Malta? ARA PAĠNA 8 INTERVISTA PAĠNI 6-7 IKOMPLI F' PAĠNA 3 ABELA JWIEGĦED, CARUANA JWISSI JAELLE BORG Kieku l-Budget 2027 kellu jkollu filmat qasir, minn Kastilja jkun wieħed ottimist ħafna. "Direzzjoni ċara." "Kuraġġ." "Fiduċja." "Pożittività." "Serħan il-moħħ." Dawn huma l-kliem li l-Prim Ministru Robert Abela għażel ripetutament fl-aħħar ġimgħat biex jiddeskrivi dak li l-Gvern se jippreżenta fis-26 ta' Ottubru. Fis- 16 ta' Settembru qal li l-Budget għandu jkompli jagħti "direzzjoni ċara, kuraġġ u fiduċja", isaħħaħ "is-sens ta' pożittività" u jsostni ekonomija li qed tikseb riżultati pożittivi. Ġimagħtejn wara, il-messaġġ baqa' kważi identiku: il-Budget, qal Abela, se jagħti "sens ċar ta' direzzjoni u serħan il-moħħ" lill-investituri u, fuq kollox, lill-ħaddiema. Huwa qal ukoll li l-ħaddiema se jkomplu jaraw il-qagħda tagħhom titjieb u l-pro- tezzjoni tagħhom tissaħħaħ. U qabel dan kollu, fid-9 ta' Settembru, Abela kien diġà żvela wieħed mill-akbar selling points politiċi tal-Budget: "titjib bla preċedent" fis-servizzi soċjali u "tnaqqis bla preċedent" fil-piż tat-taxxi. Grupp ta' Maltin li kienu qegħ- din iqattgħu btala f 'residenza fix-Xewkija, Għawdex, ċemplu lill-pulizija għall-ħabta tas-2am wara li, skont dak li allegaw, esperjenzaw sensiela ta' fenomeni li ma setgħux jispjegaw. Raġel saħansitra allega li figura qabditu minn wara u waddbitu fuq sodda. Dil-gazzetta tkelmet ma' Sayan Cassar, li għandu podcast fuq il-paranormali, u ma' grupp li jinvestigaw fenomeni paranorma- li f 'Malta u Għawdex. FATATI U SPIRTI Meta l-linja li tissepara l-fatti mill- folklor kważi tisparixxi Il-lejl bejn it-22 u t-23 ta' Settembru reġa' fetaħ kapitlu antik fl- istorja tal-folklor Malti Robert Abela qed iwiegħed Budget ta' "kuraġġ", "fiduċja", "serħan il-moħħ" u tnaqqis bla preċedent fit-taxxa. Clyde Caruana, fl-istess ġimgħat, qed jitkellem fuq restrizzjonijiet fl- infiq, kważi €400 miljun f'sussidji u kaxxa tal-Gvern li trid tassorbi pressjoni ferm akbar. L-istess Gvern. L-istess Budget. Iżda żewġ modi differenti ħafna. Id-Dar tax-Xjaten fil-Mellieħa hija meqjusa fost l-aktar imsaħħra
