MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547004

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 4 T'OTTUBRU 2026 • illum Il-pressjoni mill-bagħal taż-żunżan teħtieġ rispons usa' u aktar koordinat - il-ministeru JAELLE BORG Il-Gvern qed jeżamina miżuri ġodda biex jindirizza ż-żieda fil- preżenza tal-bagħal taż-żunżan, magħruf bħala l-Oriental Hornet, wara li dawk li jrabbu n-naħal irrappurtaw telf sostanzjali ta' kolonji minkejja l-użu ta' nases u miżuri oħra ta' protezzjoni. F'kummenti lill-din il-gazzetta, il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provista tal-Ikel qal li jinsab f 'kuntatt mar-rappreżentanti ta' dawk li jrabbu n-naħal u qed isegwi s-sitwazzjoni kemm f 'żoni urbani kif ukoll f 'dawk agrikoli. It-tweġiba waslet wara li din il-gazzetta rrappurtat il-każ ta' Denise Camilleri, li qalet li hi u s-sieħeb tagħha tilfu kważi 30 kaxxa tan-naħal wara sajf sħiħ jippruvaw jipproteġu aktar minn 200 kaxxa. Camilleri kienet qalet li nefqu madwar €2,000 biex jit- imgħu n-naħal u fuq materjal biex jipproteġu l-kolonji, iżda minkejja dan sabu għexieren minnhom meqruda. Il-Ministeru qal li l-Oriental Hornet huwa indiġenu għall-Gżejj- er Maltin u li l-kolonji tiegħu jilħqu l-ogħla livelli ta' popolazzjoni u attività lejn l-aħħar tas-sajf u l-bidu tal-ħarifa. Madankollu, irrikonoxxa li l-pressjoni li qed jirrapporta s-settur tal-apikultura issa teħtieġ rispons "usa' u aktar koordinat", b'mod partikolari minħabba li parti sostanzjali mill-problema qed tkun marbuta ma' bejtiet f 'żoni urbani u residenzjali. Skont il-Ministeru, il-ħidma tal- Gvern s'issa inkludiet koperazzjoni teknika ma' esperti internazzjonali, materjal ta' gwida, sessjonijiet ta' informazzjoni u taħriġ, kif ukoll it-tixrid permezz ta' AgriCon- nect ta' disinn ta' nassa mibnija lokalment. Il-Ministeru qal li din in-nassa ġiet adottata b'mod wiesa' minn dawk li jrabbu n-naħal u għadha titqies bħala għodda importanti biex titnaqqas il-pressjoni tal-hor- nets madwar l-imġiebaħ. Iżda ammetta wkoll li s-settur qed jgħid li interventi mmirati biss lejn dawk li jrabbu n-naħal m'għad- homx biżżejjed. "Is-settur indika li interventi mmirati biss lejn dawk li jrabbu n-naħal m'għadhomx suffiċjenti u talab għal approċċ aktar ċentraliz- zat li jinvolvi sorveljanza, identi- fikazzjoni tal-bejtiet u t-tneħħija sigura tagħhom f 'żoni urbani u periurbani," qal il-Ministeru. Żied li l-Gvern bħalissa qed jeżamina miżuri possibbli u qed jikkollabora mas-settur dwar azzjonijiet li jistgħu jittieħdu biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata b'mod aktar effettiv. Madankollu, il-Ministeru ma indikax f 'dan l-istadju x'forma se jieħdu dawn il-miżuri, meta jistgħu jidħlu fis-seħħ, jew jekk hux se jitwaqqaf programm nazzjon- ali speċifiku għas-sorveljanza u t-tneħħija tal-bejtiet. Ebda impenn ġdid dwar kumpens Mistoqsi jekk il-Gvern hux se joffri kumpens jew għajnuna finan- zjarja lil dawk li tilfu kolonji din is-sena, il-Ministeru rrefera għal skema introdotta fl-2023. Dik is-sena, il-Gvern kien nieda skema ta' għajnuna finanzjarja għal dawk li jrabbu n-naħal irreġis- trati, b'pagament ta' darba għal kull kolonja rreġistrata. L-għan tal-iskema kien li jittaffa t-telf mar- but mal-predazzjoni mill-hornets u jingħata appoġġ għal miżuri pre- ventivi, fosthom ix-xiri u t-tqegħid ta' nases. L-eżistenza tal-iskema u l-għan tagħha kienu ġew ippub- blikati wkoll fil-Gazzetta tal-Gvern fi Frar tal-2023. Il-Ministeru qal li din l-iniz- jattiva għenet biex jiżdied l-użu tan-nases u ta' miżuri oħra ta' kontroll madwar l-imġiebaħ. Iżda fit-tweġiba tiegħu ma ħab- bar ebda skema ġdida ta' kumpens għall-kolonji mitlufa fl-2026. Skont il-Ministeru, il-feedback mis-settur jindika li n-nases huma effettivi biex inaqqsu l-pressjoni madwar imġiebaħ individwali. Fl-istess waqt, qal li rapporti matul l-2025 u l-2026 jindikaw li l-proble- ma usa', partikolarment fiż-żoni urbani, żdiedet. Il-Gvern m'għandux stima tal- popolazzjoni tal-hornets Il-Ministeru kkonferma wkoll li m'għandux stima nazzjonali tal-popolazzjoni tal-Oriental Hornet. Qal li l-informazzjoni dis- ponibbli tindika żieda "notevoli" fil-preżenza tiegħu f 'dawn l-aħħar snin, iżda saħaq li rapporti ta' dehriet, ċifri dwar nases u rapporti dwar it-tneħħija ta' bejtiet ma jist- għux jitqiesu bħala kejl xjentifiku standardizzat tal-popolazzjoni. Għaldaqstant, qal li ċifri mressqa minn dawk li jrabbu n-naħal jew minn operaturi tal-pest control għandhom jiġu interpretati bħala osservazzjonijiet lokali u mhux bħala stima nazzjonali. Materjal ippubblikat mill-istess awtoritajiet dwar l-Oriental Hornet jgħid li, minkejja li l-ispeċi hija indiġena għal Malta, sa madwar għaxar snin ilu l-preżenza tagħha kienet tant baxxa li kienet kważi mhux magħrufa fost dawk li jrabbu n-naħal. Il-gwida tgħid ukoll li, għal raġunijiet li għadhom mhux ċerti, il-preżenza tagħha bdiet tiżdied b'mod konsiderevoli. Dan ifisser li, minkejja ż-żieda rikonoxxuta mill-Gvern, għad m'hemmx ċifra xjentifika nazz- jonali li turi kemm kibret il-popo- lazzjoni jew kemm hi mifruxa madwar Malta u Għawdex. Tħassib dwar id-dakkir u l-biedja Fl-ewwel rapport tagħha ma' din il-gazzetta, Camilleri kienet wissiet li l-konsegwenzi jistgħu jmorru lil hinn mit-telf dirett għal dawk li jrabbu n-naħal, minħabba r-rwol tan-naħal fid-dakkir tal-frott u l-ħaxix. Il-programm nazzjonali tal-api- kultura stess jirrikonoxxi li t-trob- bija tan-naħal għandha rwol mhux biss fil-produzzjoni tal-għasel u prodotti oħra iżda wkoll fiż-żamma tal-bilanċ ekoloġiku. Madankollu, fit-tweġiba tiegħu lill-ILLUM, il-Ministeru ma pprovdiex stima tal-impatt li aktar telf ta' kolonji jista' jkollu fuq id-da- kkir, il-produzzjoni agrikola jew il-produzzjoni lokali tal-ikel. Lanqas ma ta kalendarju għal meta l-miżuri l-ġodda li qed jiġu kkunsidrati jistgħu jitħabbru jew jidħlu fis-seħħ. Il-Ministeru, immexxi minn Anton Refalo bħala Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provista tal-Ikel, qal biss li l-ħid- ma mal-istess settur għaddejja biex jinstabu azzjonijiet aktar effettivi. Dan iseħħ hekk kif dawk li jrab- bu n-naħal qed jitolbu li l-proble- ma ma tibqax titħalla f 'idejhom biss, iżda tiġi indirizzata permezz ta' azzjoni koordinata mill-awtor- itajiet, fosthom identifikazzjoni u tneħħija ta' bejtiet f 'żoni fejn dawk li jrabbu n-naħal m'għandhomx kontroll dirett. Wara rapporti ta' telf sostanzjali ta' kolonji tan-naħal, il-Ministeru għall-Agrikoltura jgħid li qed jeżamina miżuri aktar ċentralizzati, fosthom sorveljanza, identifikazzjoni u tneħħija sigura ta' bejtiet f'żoni urbani "Is-settur indika li interventi mmirati biss lejn dawk li jrabbu n-naħal m'għadhomx suffiċjenti u talab għal approċċ aktar ċentralizzat li jinvolvi sorveljanza, identifikazzjoni tal-bejtiet u t-tneħħija sigura tagħhom" It-trobbija tan-naħal għandha rwol mhux biss fil-produzzjoni tal- għasel u prodotti oħra iżda wkoll fiż-żamma tal-bilanċ ekoloġiku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 October 2026