Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547004
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 T'OTTUBRU 2026 Abela: Is-suċċess ekonomiku għandu jitqies bħala "punt tat-tluq" għal aktar tkabbir Il-prezz tad-diesel fl-Unjoni Ewropea laħaq livelli rekord hekk kif pressjoni fuq il-provvista globali wasslet lill-pajjiżi tal-G7 biex jirrilaxxaw riżervi taż-żejt IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Jekk, iżda, titlaq minn Kastilja u timxi lejn il-Ministeru għall-Fi- nanzi, dan jinbidel. Hemmhekk hemm Clyde Caruana. Fit-30 ta' Settembru, waqt it-tnedija tad-dokument ta' qabel il-Budget, Caruana qal li s-sussid- ji tal-enerġija u l-ikel mistennija kważi jirduppjaw minn €188.1 miljun fl-2025 għal €391.7 miljun din is-sena. Għall-2027, il-kont mistenni jerġa' jkun madwar €400 miljun, apparti €75 miljun oħra f 'investiment fl-infrastruttu- ra tal-enerġija. Jiġifieri waqt li l-Prim Ministru qed jitkellem fuq "serħan il- moħħ", il-Ministru għall-Finanzi qed jispjega kemm qed jiswa biex dak is-serħan il-moħħ jibqa' jeżisti. Caruana qal ukoll li fi it xhur il-prezzijiet internazzjon- ali tal-enerġija għolew b'mod sinifikanti, filwaqt li l-prezzijiet tal-fuel, tal-elettriku u tal-gass f 'Malta nżammu l-istess bis- saħħa tal-intervent tal-Gvern. Huwa ddeskriva lil Malta bħala l-uniku pajjiż li għadu qed jippro- teġi lill-familji u lin-negozji b'dan il-mod. Dan, ovvjament, huwa wkoll messaġġ politiku pożittiv. Imma huwa pożittiv b'asterisk kbir ħdejh. Għax it jiem qabel, rapport maħruġ mill-MaltaToday xeħet aktar dawl fuq it-ton li Caru- ana kien qed juża wara bibien magħluqa. Skont diversi persuni li at- tendew laqgħa tal-MCESD fil-11 ta' Settembru, Caruana qal lis-so- cial partners biex ma jmorrux għandu b'"wish lists" għax ma kellux minn fejn iħallas. L-istess rapport qal li l-Ministru qalilhom li kienu qed jgħixu b'"rashom fis- sħab" dwar ir-realtajiet finanzjarji li qed jaffaċċja l-Gvern. Caruana ma kkonfermax il-kliem preċiż attribwit lilu, iżda ammetta li kien ta lill-imsieħba soċjali "frank assessment" tar-restrizzjonijiet fuq l-infiq tal-Gvern. U hawn fejn il-kuntrast isir diffiċli biex ma tarahx. Robert Abela qed jgħid lin-nies li ġej "tnaqqis bla preċedent" fit-taxxi. Clyde Caruana qed jgħid lis-social partners li l-Gvern għandu restrizzjonijiet serji fuq kemm jista' jonfoq. Abela qed jitkellem fuq kuraġġ u pożittività. Caruana qed iqiegħed fuq il-mejda kont ta' madwar €400 miljun f 'sussidji għas-sena d-dieħla. Abela qed jgħid li l-Budget se jserraħ moħħ il-ħaddiema. Caruana qed ifakkar lil kulħadd li biex il-kontijiet tad- dawl, il-fuel u l-gass jibqgħu kif inhuma, il-Gvern irid ikompli joħroġ mijiet ta' miljuni. Fil-fatt, Abela stess jirrikonoxxi l-istess pressjonijiet li qed jitkel- lem dwarhom Caruana. Huwa qal li Malta qed topera f 'kuntest in- ternazzjonali ta' inċertezza, sfidi sinifikanti u pressjoni fuq il-prez- zijiet internazzjonali tal-enerġija, iżda sostna li l-Gvern se jkompli joffri stabbiltà u ċertezza. U waqt laqgħa mal-Kamra tal-Kummerċ, Abela rrikonoxxa wkoll "it-turbulenzi internazzjon- ali", iżda enfasizza tkabbir ekono- miku ta' 3.7% imbassar għal din is-sena u 3.6% għall-2027, filwaqt li qal li s-suċċess ekonomiku għandu jitqies bħala "punt tat- tluq" għal aktar tkabbir sostenib- bli u produttività. Għalhekk il-kwistjoni mhix li wieħed qed jgħid abjad u l-ieħor iswed. Hija aktar sottili minn hekk — u forsi aktar interessanti politi- kament. Abela jrid jbigħ Budget. Caruana jrid iħallsu. Wieħed għandu bżonn jgħid lill-pubbliku x'se jingħata. L-ieħor għandu jgħodd kemm se jiswa. U bħalissa, waqt li Kastilja qed tippromwovi "serħan il-moħħ", il-Ministeru għall-Finanzi qed jagħmel ċar kemm dak is-serħan il-moħħ ma jiġix b'xejn. U hekk kif joqrob il-Budget, il-mistoqsija mhix jekk il-Gvern għandux storja pożittiva x'jirrak- konta. Il-mistoqsija hi kemm jiflaħ jibqa' jirrakkontaha qabel ma l-kont jibda jitkellem waħdu. ARA L-EDITORJAL PAĠNA 11 Il-prezz tad-diesel fl-UE jilħaq livelli rekord hekk kif tiżdied il-pressjoni fuq il-provvista JAELLE BORG Il-prezz tad-diesel fl-Unjoni Ewropea kompla jiżdied fl-aħħar jiem, bil-medja fil-pompa tilħaq madwar €2.24 kull litru, skont l-aħħar ċifri tal-Kummissjoni Ewropea. Iż-żieda qed isseħħ fi sfond ta' provvista globali aktar ristretta u pressjoni dejjem akbar fuq is-suq tal-uwils raffinati. B'reazzjoni għal din is- sitwazzjoni, il-pajjiżi tal-G7 – il- Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti – qablu li joħorġu madwar 100 miljun barmil ta' diesel u riżervi oħra taż-żejt permezz tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija. L-għan tal-miżura huwa li jiżdied il-volum ta' uwil disponibbli fis-suq u titnaqqas il- pressjoni fuq il-prezzijiet. Parti mir-riżervi mistennija tidħol fis- suq fi żmien qasir. Il-problema qed tkun xprunata minn diversi fatturi, fosthom tfixkil fil-produzzjoni u fl- esportazzjoni, restrizzjonijiet fuq provvisti mir-Russja u tnaqqis fl-esportazzjonijiet minn pajjiżi oħra. Fl-istess waqt, il-kapaċità tar- raffinar fl-Ewropa naqset matul dawn l-aħħar snin, u dan għamel lill-kontinent aktar dipendenti fuq diesel importat minn swieq oħra. Il-Kummissjoni Ewropea qalet li, għalissa, il-provvista tad-diesel fl-UE għadha stabbli, iżda l-prezzijiet jibqgħu għoljin minħabba s-suq internazzjonali ristrett. Fit-2 ta' Ottubru, l-Energy Union Task Force iltaqgħet biex tiddiskuti l-provvista u l-prezzijiet, kif ukoll il-ħtieġa ta' koordinazzjoni bejn l-istati membri. Malta, madankollu, għadha f 'sitwazzjoni differenti mill- biċċa l-kbira tal-UE. Il-prezz tad-diesel lokali baqa' madwar €1.21 kull litru, fost l-orħos fl- Unjoni, minħabba l-politika tal- Gvern li jżomm il-prezzijiet tal- uwil stabbli minkejja ż-żidiet internazzjonali. Sadanittant, il-prezzijiet internazzjonali taż-żejt bdew juru xi tnaqqis wara d-deċiżjoni dwar ir-riżervi, iżda l-awtoritajiet Ewropej qalu li se jkomplu jsegwu s-suq mill-qrib. Abela qed jgħid li l-Budget se jserraħ moħħ il-ħaddiema Għalissa, il-provvista tad-diesel fl-UE għadha stabbli

