MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547004

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 4 T'OTTUBRU 2026 • illum 04 Il-vape taħt assedju fl- Ewropa Rapporti dwar il-possibbiltà li l-Unjoni Ewropea timxi lejn projbizzjoni tal-vapes qed jerġgħu jqajmu dibattitu jaħraq dwar wieħed mill-aktar prodotti kontro- versjali fid-dinja tan-nikotina. Dak li qed jiġri fil-fatt huwa reviżjoni wiesgħa tal-politika Ewropea dwar it-tabakk u l-prodotti tan-nikoti- na, b'attenzjoni partikolari fuq dis- posable vapes, togħmiet, reklamar u l-użu fost iż-żgħażagħ. Il-Kummissjoni Ewropea qed tirrevedi l-qafas leġiżlattiv tagħha dwar il-prodotti tat-tabakk u r-reklamar, u f 'Mejju 2026 nediet konsultazzjoni pubblika bħala parti minn dan il-proċess. Il-proposti leġiżlattivi mistennija jkomplu jiġu żviluppati aktar tard din is-sena. Il-Kummissjoni stess irrikonoxxiet li l-qafas attwali ma baqax ilaħħaq mal-iżvilupp mgħaġġel ta' prodotti ġodda, fosthom e-cigarettes, dis- posable devices, prodotti tat-tabakk imsaħħan u nicotine pouches. M'hemmx, sa issa, deċiżjoni tal-UE li tipprojbixxi l-vapes kollha madwar l-Istati Membri. Iżda hemm moviment ċar lejn regolamentazzjoni aktar stretta, u diversi pajjiżi diġà ħadu passi biex jeliminaw mill-kummerċ ċerti tipi ta' prodotti. X'qed tagħmel Malta? Il-Ministru għas-Saħħa Ian Borg qal lil din il-gazzetta li l-ministeru qed isegwi mill-qrib l-iżviluppi u l-evidenza xjentifika dwar it-tabakk u l-prodotti tan-nikotina, f 'kon- formi mal-prinċipji ta' prevenzjoni u l-prekawzjoni. Il-ħarsien tas-saħħa pubbli- ka, partikolarment tat-tfal u ż-żgħażagħ, jibqa' l-prijorità. "Malta żammet il-kontrolli fuq it-tabakk u żiedet gradwalment it-taxxi fuq is-sigaretti. Għandna wkoll projbizzjoni tat-tipjip f 'posti- jiet tax-xogħol magħluqa u f 'posti- jiet pubbliċi magħluqa, inklużi bars u ristoranti," qalilna Borg. "Dawn il-miżuri huma kkumpli- mentati minn regoli Ewropej dwar l-ippakkjar, it-twissijiet tas-saħħa, l-ingredjenti u r-reklamar." Rigward ir-reviżjoni tal-qafas Ewropew, Borg qal li l-Gvern jappoġġja regoli aktar b'saħħithom li jipproteġu lit-tfal u ż-żgħażagħ, flimkien ma' monitoraġġ Ewropew li jipprovdi data komparabbli dwar il-prodotti emerġenti, ir-reklamar u l-użu tagħhom. Insista li kwalunkwe bidla għandha tkun proporzjonata u konformi mar-regoli tas-suq intern u l-moviment liberu tal-merkanzija fl-UE. "Se nkomplu nsegwu l-proċess mill-qrib u nevalwaw il-proposta formali tal-Kummissjoni Ewropea meta tiġi ppubblikata," qal Borg. Id-disposable vape L-aktar prodott li spiċċa fil-mira huwa l-vape li jintuża darba u jin- trema. Il-Belġju, Franza u l-Bulgar- ija diġà għandhom projbizzjonijiet approvati taħt il-qafas Ewropew, filwaqt li fl-2026 l-Awstrija, l-Irlan- da, il-Polonja u Spanja nnotifikaw ukoll miżuri nazzjonali dwar ċerti e-cigarettes jew disposable products. Il-Kummissjoni nnifisha tgħid li din is-sitwazzjoni qed toħloq suq frammentat: prodott jista' jkun legali f 'pajjiż iżda pprojbit f 'ieħor. Dan mhux biss joħloq problemi għall-industrija iżda jagħmilha aktar diffiċli biex tiġi applikata politika Ewropea konsistenti. Hemm ukoll argument amb- jentali qawwi. Disposable vape fih batterija, elettronika, plastik u kom- ponenti oħra li jispiċċaw jintremew wara użu relattivament qasir. Il-problema, għalhekk, mhijiex biss in-nikotina iżda wkoll muntanji ta' apparat elettroniku żgħir li qed jidħol fil-fluss tal-iskart. Iżda l-akbar tħassib Ewropew huwa s-saħħa taż-żgħażagħ. Il-Kummissjoni tirreferi għall-popolarità tal-vapes fost l-adolexxenti, partikolarment minħabba togħmiet ħelwin u tal- frott, prezzijiet relattivament baxxi, disinji attraenti u disponibbiltà wiesgħa. Il-valutazzjoni tagħha tgħid li l-użu tan-nikotina f 'età żgħira jista' jikkawża dipendenza u jaffettwa l-iżvilupp tal-moħħ, filwaqt li teżisti wkoll evidenza li l-e-cigarettes jistgħu jkunu assoċjati ma' bidla lejn it-tipjip tradizzjonali. Din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn id-dibattitu qed imur lil hinn mid-disposable vapes u lejn it-togħmiet u l-marketing. Min-naħa l-oħra hemm il-komunità tal-vapers u organiz- zazzjonijiet li jippromovu l-hekk imsejħa tobacco harm reduction. L-argument tagħhom huwa li m'għandux ikun hemm ekwiva- lenza awtomatika bejn sigarett tradizzjonali u vape. Il-vaping, jgħidu, mhuwiex mingħajr riskju, iżda għal persuna li diġà tpejjep jista' jkun alternattiva inqas ta' ħsara milli tibqa' tpejjep sigaretti. Għaldaqstant, projbizz- joni jew restrizzjoni eċċessiva tista' twassal lil xi adulti lura għas-siga- retti jew lejn suq illegali. Il-European Tobacco Harm Reduction Advocates (ETHRA), li tirrappreżenta organizzazzjonijiet tal-konsumaturi favur il-harm reduction, kienet kritika tal- proċess ta' konsultazzjoni tal-UE u sostniet li l-politika futura għandha tagħmel distinzjoni bejn il-livelli differenti ta' riskju tal-prodotti. L-istess argument qed isir minn gruppi oħra tal-vaping. Il-World Vapers' Alliance, pereżempju, tgħid li projbizzjonijiet fuq togħmiet jist- għu jneħħu wieħed mill-elementi li jgħinu lil xi adulti jħallu s-sig- aretti. Dawn huma, madankollu, organizzazzjonijiet favur il-vaping, u l-pożizzjonijiet tagħhom għand- hom jinqraw f 'dan il-kuntest. Min-naħa oħra, il-komunità tas- saħħa pubblika tinsisti li l-prijorità għandha tkun li ma jinħolqux ġenerazzjonijiet ġodda ta' nies dipendenti fuq in-nikotina. Riċerka u kummenti reċenti fil-European Respiratory Journal enfasizzaw li r-regolamentazzjoni għandha tiffoka mhux biss fuq il-prodott innifsu iżda fuq riżultati konkreti fost iż-żgħażagħ, fosthom inqas inizjazzjoni, inqas użu doppju ta' sigaretti u vapes u inqas problemi respiratorji. Malta mhijiex barra minn dan id-dibattitu Għal Malta, il-kwistjoni hija partikolarment relevanti. Il-pajjiż diġà għandu sistema ta' kontroll fuq l-importazzjoni u l-bejgħ tal-e-cigarettes, u r-regoli Maltin jittrasponu d-Direttiva Ewropea dwar il-Prodotti tat-Tabakk. Bejgħ transfruntier online ta' e-cigarettes u refill containers lill-konsumaturi f 'Malta huwa wkoll ipprojbit. Fl-istess ħin, l-operazzjoni inter- nazzjonali JCO VAPE, immexxija mill-OLAF fl-2025 u rrappurtata fl-2026, tat indikazzjoni tal-iskala tal-problema tal-kummerċ illegali. Aktar minn 94 miljun oġġett u aktar minn 2,500 kilogramma/litru ta' prodotti tat-tabakk, e-cigarettes, apparat u prodotti relatati ġew sek- westrati f 'operazzjoni li involviet 23 Stat Membru u pajjiżi oħra. Xi trid l-Ewropa? Jekk l-għan huwa li jiġu protetti t-tfal, hemm argument qawwi għal kontroll fuq il-bejgħ lill-minorenni, reklamar, disinji infantili, togħmi- et li jattiraw lit-tfal u disposable products. Iżda projbizzjoni ġenerali tista' tqajjem mistoqsijiet oħra: x'jiġri mill-adulti li jużaw vaping biex ma jibqgħux ipejpu? X'jiġri jekk id-domanda tibqa' teżisti u tiċċaqlaq lejn is-suq l-iswed? U kif tista' l-Ewropa tirregola prodott li qed jinbidel b'rata aktar mgħaġġla? Dak li qed naraw huwa proċess ta' reviżjoni li jista' jwassal għal reg- olamentazzjoni ferm aktar stretta. Il-konfront li jmiss se jkun bejn żewġ objettivi ta' politika pubblika: liż-żgħażagħ jinżammu 'l bogħod min-nikotina, filwaqt li l-adulti li jpejpu jingħataw alternattivi li jistgħu jkunu inqas ta' ħsara mis-si- garetti tradizzjonali. Il-Ministru tas-Saħħa Ian Borg jgħid li l-Gvern jappoġġja regoli aktar b'saħħithom li jipproteġu lit-tfal u ż-żgħażagħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 October 2026